|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
150 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ġunju 2005
dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi
(notifikata taħt id-dokument C(2005) 1827)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/464/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja biex jittieħdu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għal edukazzjoni u taħriġ veterinarju. |
|
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benesseri ta’ l-Annimali f’rapport ta' nhar is-27 ta’ Ġunju 2000 irrakkomanda li jsir stħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fuq qatgħat tat-tjur ta' l-irziezet u għasafar selvaġġi, l-iktar biex tiġi ddeterminata l-prevalenza ta' l-infezzjonijiet mas-sottotipi tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur H5 u H7. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (2) tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarji li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet. Madankollu, ma tipprevedix stħarriġ regolari ta’ dik il-marda fit-tjur ta' l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/649/KE (3) u 2004/111/KE (4) ipprevedew il-preżentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/673/KE (5) u 2004/630/KE (6) approvaw programmi mressqa mill-Istati Membri għall-istħarriġ dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar selvaġġi għall-perjodi speċifikati f’dawk il-programmi. |
|
(6) |
Waqt dan l-istħarriġ, f’bosta Stati Membri nstabet il-preżenza ta’ sottotipi differenti ta’ virus ta’ l-influwenza tat-tjur H5 u H7. Għalkemm il-prevalenza bħalissa tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur tista’ tiġi kkunsidrata bħala pjuttost baxxa, huwa importanti li s-sorveljanza titkompla u titjib sabiex tkun tista’ tinftehem iktar l-epidemjoloġija tal-virus ta’ l-influwenza patoġenika baxxa u l-vajruses ma jitħallewx jiċċirkulaw mingħajr wieħed ma jintebaħ bihom fil-popolazzjoni tat-tjur ta' l-irziezet. Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ mwettaq fl-Istati Membri kienu verament utili fl-immonitorjar tal-preżenza tas-sottotipi tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur li tista’ tippreżenta riskju sostanzjali jekk jgħaddu minn mutazzjoni għal forma iktar virulenti. Meta jitqiesu r-riżultati miksuba u s-sitwazzjoni ta' bħalissa tal-mard fil-Komunità, jidher xieraq li għandu jiżdied l-ammont totali tal-kontribuzzjoni Komunitarja biex tiġi żgurata sorveljanza aħjar |
|
(7) |
Skond dan, l-Istati Membri għandhom iressqu il-programmi tagħhom għas-servejs għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sabiex tingħata l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Sat-30 ta’ Ġunju 2005, l-Istati Membri jridu jressqu għall-approvazzjoni programmi lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-servejs dwar l-influwenza tat-tjur u l-għasafar selvaġġi bi qbil ma’ dan l-Anness.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri previsti fl-Artikolu 1 se tkun ta’ rata ta’ 50 % ta’ l-infiq mġarrab fl-Istati Membri sa total massimu ta’ EUR 1 200 000 għall-Istati Membri.
Artikolu 3
L-ammonti massimi ta’ l-infiq ta’ l-ittestjar li jrid jintradd lura m’għandux jeċċedi:
|
a) |
it-test ELISA |
: |
1 EUR kull test; |
|
b) |
agal gel immune diffusion test |
: |
0,6 EUR kull test; |
|
c) |
it-test HI għall-H5/H7 |
: |
4 EUR kull test; |
|
d) |
test għall-iżolament tal-virus |
: |
30 EUR kull test; |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(2) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 213, 9.8.2002, p. 38.
(4) ĠU L 32, 5.2.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2004/615/KE (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 59).
(5) ĠU L 228, 24.8.2002, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjnoi 2003/21/KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 37).
(6) ĠU L 287, 8.9.2004, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar minn 2004/679/KE (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 75).
ANNESS
Programmi ta’ stħarriġ li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur fit-tjur u għasafar selvaġġi fl-2005 u fl-2006.
A. GĦANIJIET
|
1. |
L-istima tal-prevalenza ta’ l-infezzjonijiet mis-sottotipi tal-virus ta’ l-influenza H5 u H7 fl-ispeċi differenti tat-tjur ta' l-irziezet bir-repetizzjoni ta’ eżerċizzji ta’ screening minn qabel previsti fid-Deċiżjonijiet 2004/111/KE u 2004/630/KE f’mod modifikat u aktar iffukat. |
|
2. |
Biex titkompla s-sorveljanza ta’ l-influenza tat-tjur fuq bażi volontarja fl-għasafar selvaġġi. Ir-riżultat ta’ sorveljanza bħal din għandha tipprovdi informazzjoni utli għal sistema ta’ twissija bikrija tal-varjetajiet li jistgħu jiddaħħlu fil-qatgħat tat-tjur ta’ l-irziezet mill-għasafar selvaġġi. |
|
3. |
Biex tikkontribwixxi għall-għarfien dwar it-theddid ta’ l-influwenza tat-tjur fuq is-saħħa ta’ l-annimali mill-ambjent naturali selvaġġ. |
|
4. |
Sabiex titrawwem il-konnessjoni u l-integrazzjoni tan-netwerks umani u veterinarji għas-sorveljanza tal-influwenza. |
B. REKWIŻITI U KRITERJI ĠENERALI GĦALL-ISTĦARRIĠ DWAR IT-TJUR TA’ L-IRZIEZET
|
1. |
Il-kampjunar se jkopri l-perjodu xieraq għall-perjodi ta’ produzzjoni għal kull kategorija tat-tjur ta’ l-irziezet kif meħtieġ. Per eżempju, f’ħafna Stati Membri f’żmien il-Milied jinqatlu ammont kbir ta’ tjur ta’ l-irziezet (partikolarment, id-dundjani u l-wiżż). Il-kampjunar mhux se jiġi estiż lil hinn mill-31 ta’ Jannar 2006. |
|
2. |
Il-31 ta’ Marzu 2006 se tkun id-data għat-tressiq tar-riżultati finali tas-stħarriġ. |
|
3. |
L-ittestjar tal-kampjunar mhux se jsir fil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur (NL) fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti jew taħt il-kontroll ta’ l-NL. |
|
4. |
Ir-riżultati kollha (kemm seroloġiċi u kemm viroloġiċi) se jintbagħatu lil-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja (CRL) biex jinġabru flimkien. Għandu jiġi żgurat fluss tajjeb ta’ informazzjoni. Is-CRL se jipprovdi appoġġ tekniku u se jżomm stokk ikbar ta’ reaġenti diagnostiċi. L-antiġeni għall-użu fl-istħarriġ se jiġu fornuti lill-NL mis-CRL biex tiġi żgurata l-uniformità. |
|
5. |
L-iżolati tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur (AI) se jingħataw lis-CRL bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-vajruses tas-sottotip H5/H7 se jingħataw mingħajr dewmien u se jkunu soġġetti għat-testijiet standard ta’ karatterizzazzjoni (nucleotide sequencing/IVPI) skond id-Direttiva 92/40/KEE. Barraminnhekk, is-CRL jeħtieġ li l-H5 u l-H7 sera pożittiva miġbura mill-anseriformes jiġu ppreżentati “blind” sabiex l-arkivju jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-izvilupp tat-testijiet ġejjiena. |
|
6. |
Kull sejbiet pożittivi se jiġu investigati retrospettivament fl-istabbiliment u l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni se jiġu rrapportati lill-Kummissjoni u lis-CRL. |
|
7. |
Il-protokolli speċifiċi li jakkumpanjaw il materjal li qed jintbgħat lis-CRL u t-tabelli tar-rapportar għall-ġbir tad-data ta' l-istħarriġ se jipprovdihom is-CRL. F’dawk it-tabelli se jintwerew il-metodi tat-testijiet fil-laboratorju: It-tabelli provduti se jintużaw biex jagħtu r-riżultati f’dokument wieħed. |
|
8. |
Se jinġabru kampjuni tad-demm għall-eżami seroloġiku mill-ispeċi kollha tat-tjur ta’ l-irziezet li jinkludu dawk mrobbija fis-sistemi fejn t-tjur jistgħu jimirħu, minn għall-inqas 5 sa 10 għasafar (minbarra papri, wizz u summien) għal kull stabbiliment, u minn kmamar differenti, jekk hemm iktar minn kamra waħda f'kull stabbiliment. |
|
9. |
Il-kampjunar se jiġi stratifikat mat-territorju ta’ l-Istat Membru kollu, biex il-kampjuni jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għat-total ta’ l-Istat Membru.
|
|
10. |
Id-disinn tal-kampjunar se jqis ukoll:
|
Tabella 1
Numru ta’ razez għall-kampjunar ta’ kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet (minbarra l-istabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz)
|
In-numru ta’ rziezet għall kull kategorija tat-tjur ta' l-irziezet Kull Stat Membru Ġdid |
In-numru ta' rziezet għall-kampjunar |
|
Sa limitu ta' 34 |
Kollha |
|
35-50 |
35 |
|
51-80 |
42 |
|
81-250 |
53 |
|
> 250 |
60 |
Tabella 2
In-Numru ta’ stabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wizz għall-kampjunar
|
Numru ta’ stabbilimenti kull Stat Membru |
In-numru ta' stabbilimenti għall-kampjunar |
|
Sa limitu ta' 46 |
Kollha |
|
47-60 |
47 |
|
61-100 |
59 |
|
101-350 |
80 |
|
> 350 |
90 |
C. ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ L-INFEZZJONIJIET BIS-SOTTOTIPI H5/H7 TA’ L-INFLUENZA TAT-TJUR FIL-PAPRI, IL-WIZZ U S-SUMMIEN
|
1. |
Kampjuni tad-demm għall-ittestjar seroloġiku se jittieħdu preferibbilment mill-għasafar li qegħdin jinżammu barra fl-għelieqi. |
|
2. |
Minn kull stabbiliment magħżul, se jittieħdu minn 40 sa 50 kampjun tad-demm għall-ittestjar seroloġiku. |
D. STĦARRIĠ GĦALL-INFLUENZA TAT-TJUR FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
F’dwak l-Istati Membri fejn is-sorveljanza tikkonċerna wkoll l-għasafar selvaġġi, se jiġu segwiti il-linji ta’ gwida li ġejjin.
D.1. Tfassil tas-stħarriġ u implimentazzjoni
|
1. |
Hija meħtieġa l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet tal-konservazzjoni ta' l-għasafar/dawk li josservaw l-għasafar u ma’ tal-istazzjonijiet fejn jitwaħħlu ċ-ċrieket fuq it-tjur. Meta jixraq il-kampjunar jitwettaq mill-persunal minn dawn il-gruppi/stazzjonijiet jew mill-kaċċaturi. |
|
2. |
L-esperjenza miksuba mis-servejs preċedenti wriet li r-rata ta' iżolament tal-vajrus kien baxx ħafna, u għalhekk il-kampjunar se jiffoka fuq l-għasafar li qegħdin jemigraw lejn in-nofsinhar matul il-ħarifa u fil-bidu tax-xitwa. |
D.2. Proċeduri biex jittieħdu l-kampjuni;
|
1. |
Se jittieħdu cloacal swabs għall-eżami viroloġiku. Ma dawk l-għasafar “ta’ l-ewwel sena” fil-ħarifa, l-ispeċi vulnerabbli ħafna li fuqhom jgħix il-mard u kuntatt iktar spiss mat-tjur ta’ l-irziezet (bħalma huma il-papri Mallard) jistgħu joffru l-ikbar ċans ta’ suċċess. |
|
2. |
Se jittieħdu kampjuni minn speċi differenti ta’ għasafar li jgħixu fil-beraħ. It-tjur ta’ l-ilma u ix-shorebirds se jkunu l-miri tal-kampjunar ewlenin |
|
3. |
Swabs bil-feċi, jew feċi miġbura bir-reqqa għandhom jittieħdu minn għasafar selvaġġi maqbuda, ikkaċċati u dwak li jinstabu meta ma tantx ilhom mejta. |
|
4. |
Huwa possibbli li jinġabru sa ħames kampjuni mill-istess speċi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-ħżin u t-trasport tal-kampjuni. Jekk mhuwiex iggarantit it-trasport rapidu lejn il-laboratorju fi ħdan 48 siegħa (fi trasport medju ta’4 Celsius), jinħaznu l-kampjuni u imbagħad jinġarru fis-silġ niexef f’temperatura ta’ -70° Celsius. |
E. L-ITTESTJAR FIL-LABORATORJU;
It-testijiet fil-laboratorju se jsiru fi qbil mal-proċeduri diagnostiċi għall-konfermazzjoni u d-diagnostika differenzjali ta’ l-influenza fit-tjur (AI) stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 92/40/KEE (inkluża l-eżaminazzjoni tas-sera mill-papri u l-wizz permezz tat-test tal-haemagglutination-inhibition (HI). Madankollu jekk huma previsti testijiet tal-laboratorju mhux stabbiliti fid-Direttiva 92/40/KEE, jew deskritti fil-Manwal OIE Terrestriali, l-Istati Membri se jipprovdu d-data ta’ validazzjoni meħtieġa lis-CRL, waqt li jressqu il-programm tagħhom għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni. Is-sejbiet kollha seroloġiċi pożittivi se jkunu kkonfermati mill-laboratorji Nazzjonali għall-influenza tat-tjur permezz ta’ test tal-haemagglutination-inhibition, billi jużaw razez deżinjati mill-Laboratorju tar-Referenza Komunitarja:
|
H5 |
|
||||
|
H7 |
|