European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/458

11.3.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/458

tal-10 ta’ Marzu 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 (2) fihom żball fl-Appendiċi B2, ir-regola 8.2, it-tieni subparagrafu, fir-rigward tal-obbligu tas-sewwieq. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 fihom żball fl-Appendiċi C2, il-punt 3, it-tielet paragrafu fir-rigward tal-għoti tal-istruzzjoni operazzjonali. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(3)

Il-verżjoni bl-Olandiż tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 fiha żbalji fil-punt 4.7.1.1, l-ewwel paragrafu; fl-Appendiċi A, il-punt 4.2, it-tabella 1, id-definizzjoni ta’ “vjaġġ”; fl-Appendiċi A, il-punt 6.36.2 (ii); fl-Appendiċi A, il-punt 7.13.2, it-tieni paragrafu; fl-Appendiċi B2, il-punt 18; fl-Appendiċi C1, il-punt 2.4; fl-Appendiċi C2, il-punt 1(7); fl-Appendiċi C2, il-punt 6, it-titolu tal-formola “Struzzjoni Ewropea 7” u fl-Appendiċi D1, it-tabella, it-tieni ringiela dwar “ETCS”, is-sitt kolonna. L-iżbalji ġew introdotti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1693 (3), u jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(4)

Il-verżjoni bil-Franċiż tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 fiha żball fil-punt 4.2.2.5.1, il-punt B), it-tielet paragrafu, il-punt (c), l-ewwel paragrafu fir-rigward ta’ wieħed mill-parametri rilevanti għall-kompatibbiltà tar-rotot; kif ukoll żball fl-Appendiċi A, il-punt 3.1, it-tielet u r-raba’ paragrafi, fir-rigward tar-referenzi għal-livell 1 tal-ETCS u l-livell 2 tal-ETCS f’dak l-appendiċi. L-iżbalji ġew introdotti permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1693, u jaffettwaw is-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, li ngħataw qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1693,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(2)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(3)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(4)

fl-Appendiċi B2, it-tieni paragrafu tar-regola 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk is-sewwieq isir jaf li l-komunikazzjoni primarja tar-radju bil-vuċi għandha l-ħsara, is-sewwieq għandu jinforma lis-sinjalatur hekk kif ikun fattibbli billi juża kwalunkwe mezz disponibbli.”,

(5)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(6)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(7)

l-Appendiċi C2 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(b)

it-tielet paragrafu tal-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Struzzjoni operattiva għandha tingħata fl-eqreb punt fattibbli miż-żona affettwata.”,

(c)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija),

(8)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/797/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/773/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1693 tal-10 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 222, 8.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1693/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/458/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)