European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3980

20.6.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

(C/2024/3980)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness IX tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u fl-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

Il-Kunsill qed jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw dawk l-entitajiet.

L-entitajiet ikkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi sas-27 ta' Ġunju 2024 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3980/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)