31987R2095



Official Journal L 196 , 17/07/1987 P. 0003 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0022
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0022


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2095/87

tat-13 ta’ Lulju 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mit-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3769/85 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 [2] tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi lista ta’ miżuri li tikkostitwixxi l-interventi għalbiex jistabbilizzaw is-swieq agrikoli skond l-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 tidher fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 801/87 [4]; billi l-Anness kien aġġornat perjodikament mill-Kunsill;

Billi, minħabba l-ħafna bidliet li qegħdin isiru mill-Kunsill u mill-Kummissjoni lill-miżuri ddisinjati għalbiex jistabbilizzaw is-swieq, il-fatt illi huwa meħtieġ aġġornament aktar spiss tal-lista li tinkludi dawn il-miżuri kollha u mogħtija n-natura purament dikjaratorja tal-lista, ikun opportun li jiġi pprovdut illi fil-futur jiġi ssimplifikat it-tfassil ta’ din il-lista u l-aġġornamenti tagħha għalbiex il-miżuri msemmija jibqgħu jinżammu mar-regoli applikabbli skond l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1 ta’ Regolament (KEE) Nru 1883/78 huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Il-lista tal-miżuri li jikkonformaw mal-kunċett ta’ l-intervent maħsub għalbiex jistabbilizza s-swieq agrikoli, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70, għandha titfassal mill-Kummissjoni skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 13 tar-Regolament imsemmi u għandha tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta’ Lulju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Schall Holberg

[1] ĠU L 94, tat-28. 4. 1970, p. 13.

[2] ĠU L 362, tal-31. 12. 1985, p. 17.

[3] ĠU L 216, tal-5. 8. 1978, p. 1.

[4] ĠU L 79, tal-21. 3. 1987, p. 14.

--------------------------------------------------