2001R2133 — MT — 01.12.2007 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2133/2001

tat-30 ta' Ottubru 2001

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1897/94, (KE) Nru 306/96, (KE) Nru 1827/96, (KE) Nru 1970/96, (KE) Nru 1405/97, (KE) Nru 1406/97, (KE) Nru 2492/98, (KE) Nru 2809/98 u (KE) Nru 778/1999

(ĠU L 287, 31.10.2001, p.12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2004 tas-26 ta’ April 2004

  L 123

50

27.4.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2006 tad-19 ta' Ġunju 2006

  L 167

18

20.6.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1996/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006

  L 398

1

30.12.2006

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 880/2007 tal-25 ta’ Lulju 2007

  L 194

3

26.7.2007

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1381/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007

  L 309

24

27.11.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2133/2001

tat-30 ta' Ottubru 2001

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1897/94, (KE) Nru 306/96, (KE) Nru 1827/96, (KE) Nru 1970/96, (KE) Nru 1405/97, (KE) Nru 1406/97, (KE) Nru 2492/98, (KE) Nru 2809/98 u (KE) Nru 778/1999



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/582/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1995 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambji ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropeja, minn naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera, minn naħa 'l oħra, li tikkonċerna ċerti prodotti agrikoli ( 3 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżżla fl-Iskeda CXL imħejjija bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 ( 4 ), u m'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-arranġamenti li japplikaw għal prodotti u oġġetti agrikoli li jirriżultaw mill-proċessar ta' prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (Stati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 715/90 ( 5 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 miġjub fih,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2000 tal-31 ta' Lulju 2000 li jistabblixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti tat-tariffa tal-Komunità fuq ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessonijiet agrikoli provduti bil-Ftehim Ewropew ma 'l-Ungerija ( 6 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2290/2000 tad-9 ta' Ottubru 2000 li jistabblixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti tat-tariffa tal-Komunità fuq ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, għal ċerti konċessonijiet agrikoli provduti bil-Ftehim Ewropew mal-Bulgarija ( 7 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 jippreskrivi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita ( 8 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 ( 9 ), ikkodifika r-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa maħsuba biex jintużaw billi jsegwu l-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali għas-sorveljanza ta' importazzjonijiet preferenzjali.

(2)

Fl-interessi ta' simplifikazzjoni u bil-ħsieb tal-volum żgħir ta' xi wħud mill-kwoti u l-limiti provduti fid-Deċiżjoni 95/582/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/126/KE tas-6 ta' Diċembru 1996 li jikkonċernaw il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropeja, minn naħa 'l waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern responsabbli mill-gżejjer Faroe, minn naħa 'l oħra ( 10 ) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96, (KE) Nru 1706/98, (KE) Nru 1727/2000 u (KE) Nru 2290/2000, Regolamenti (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw wkoll għal dawk il-kwoti u limiti.

(3)

Għal raġunijiet amministrattivi, numru tas-serje ġdid għandu jiġi mgħoti lil kull wieħed mill-kwoti u l-limiti konċernati.

(4)

Sabiex tiġi żgurata t-tmexxija effettiva ta' ċerti kwoti u limiti koperti minn dan ir-Regolament, ċertifikat li jiċċertifika l-oriġini ta' l-oġġetti għandu jinħtieġ.

(5)

Bil-ħsieb tal-kwalità tal-qamħ meħtieġ għall-kwota Nri 09.0074 u 09.0075, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konformità mal-ħtiġijiet ta' kwalità qabel ma' jingħata l-intitolament għall-kwota. Biex jiġi żgurat li dawn il-kwoti jkunu mmexxijia effettivament, sistema ta' sigurtajiet għandha tiġi ntrodotta.

(6)

Jekk il-limiti koperti minn dan ir-Regolament jintlaħqu matul sena partikolari, il-Kummissjoni tista' terġa' tintroduċi, permezz ta' Regolament, l-impożizzjoni ta' dazji doganali normali mnaqqsa b'50 %.

(7)

L-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru No 2454/93 għal dawn il-kwoti u limiti tagħmel mhux meħtieġa ir-regoli dettaljati ta' implimentazzjoni li jirrigwardjawhom prekritti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1897/94 ( 11 ), (KE) Nru 306/96 ( 12 ), (KE) Nru 1827/96 ( 13 ), 1970/96 ( 14 ), (KE) Nru 1405/97 ( 15 ), (KE) Nru 1406/97 ( 16 ), (KE) Nru 2492/98 ( 17 ), (KE) Nru 2809/98 ( 18 ) u (KE) Nru 778/1999 ( 19 ). Dawk ir-Regolamenti għandhom għalhekk jitħassru b'effett mid-dati li fihom d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jibdew jgħoddu.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali ma tax opinjioni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Il-kwoti tat-tariffa elenkati fl-Anness I għandhom jinfetħu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju għal kull sena tas-suq mill-1 ta' Lulju 2002.

2.  Il-kwoti tat-tariffa elenkati fl-Anness II għandhom jinfetħu għal kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2002.

3.  Il-limiti tat-tariffa elenkati fl-Anness III għandhom jinfetħu għal kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2002.

Artikolu 2

▼M3 —————

▼B

2.  Il-prodotti importati taħt kwota tat-tariffa 09.0779 għandhom jiġu rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fuq presentazzjoni ta' ċertifikat EUR.1 ta' ċaqliq maħruġ mill-pajjiż ta' esportazzjoni skond l-Anness IV għal Ftehim bilaterali konkluż ma' dak il-pajjiż, jew alternattivament dikjarazzjoni fuq il-fattura maħruġa skond dak il-ftehim.

▼M5

3.  Il-prodotti importati skond il-kwota tariffarja 09.0689 għandhom jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa hekk kif jiġu ppreżentati

(a) prova ta’ l-oriġini kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Ġżejjer Faroe, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ l-oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u

(b) dikjarazzjoni f’wieħed mit-testi fl-Anness V, iċċertifikata mill-Awtorità tal-Gżejjer Faroe li ġejja:

Heilsufrøðiliga starvsstovan/Aġenzija veterinarja u ambjentali ta’ l-ikel

Falkavegur 6, 2. floor.

FO-100 TÓRSHAVN

FAROE ISLANDS

Tel.. 00 298 35 64 00

Feks: 00 298 35 64 01

Tel.. għas-servizz: 00 298 55 64 03 (miftuħ sal-23.00)

E-mail: HFS@HFS.FO

Web: www.hfs.fo

▼B

4.  Prodotti importati taħt kwota tat-tariffa 09.1633 u l-limiti tat-tariffa elenkati fl-Anness III li jinsab ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fuq presentazzjoni ta' ċertifikat EUR.1 taċ-ċaqliq jew dikjarazzjoni fuq il-fattura maħruġa mill-pajjiż ta' esportazzjoni skond il-Protokoll 1 li jinsab ma' l l-Anness V tal-Konvenzjoni ACP-EC.

Artikolu 3

1.  Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti importati taħt kwoti tat-tariffa 09.0074 u 09.0075, eliġibilità għad-dazju ta' importazzjoni zero għandha tkun kondizzjonali fuq importaturi li jiddepożitaw, b'żieda ma' xi sigurtà meħtieġa taħt l-Artikolu 248 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, sigurtà ta' importazzjoni ta' 5 EUR għal kull tunellata metrika ma' l-awtoritajiet kompetenti fil-ġurnata li hija aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa.

2.  L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu kampjuni rappresentattivi ta' kull importazzjoni taħt kwota tat-tariffa 09.0075 bil-ħsieb li jitwettqu t-testijiet meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-kwalità importata ttikkonforma mal-kriterju ta' kwalità imsemmija fl-Anness IV. Jekk il-kwalita ma tkunx adegwata, għandu jiġi rrifjutat aċċess għall-kwota.

3.  L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu kampjuni rappresentattivi ta' kull importazzjoni taħt kwota tat-tariffa 09.0074 bil-ħsieb li jitwettqu t-testijiet meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-kontenut vitriju tal-qamħa huwa 73 % jew aktar. Jekk il-kwalita ma tkunx adegwata, għandu jiġi rrifjutat aċċess għall-kwota.

4.  Is-sigurtà ta importazzjoni ta' 5 EUR kull tunnellata metrika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata fir-rigward tal-kwantità ta' prodotti importati taħt kull kwota li hija konformi mal-kriterji msemmija fil-paragrafi 2 u 3, skond il-każ. Jekk it-testijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 juru li l-kwalità tal-prodott importat hija taħt l-istandard, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 ( 20 ), għandu japplika. L-ammont ta' 5 EUR kull tunnellata metrika msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinżamm lura bħala penalità.

Artikolu 4

1.  Il-kwoti tat-tariffa msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) għandhom jiġu amministrati mill-Kumissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.  Il-limiti tat-tariffa msemmija fl-Artikolu 1(3) għandhom ikunu is-suġġett ta' sorveljanza tal-Komunità mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri skond l-Artikolu 308d tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

1.  Ir-Regolamenti (KE) Nru 1970/96, (KE) Nru 1405/97 u (KE) Nru 1406/97 u (KE) Nru 778/1999 għandhom jitħassru b'effett mill-1 ta' Lulju 2002.

2.  Ir-Regolamenti (KE) Nru 1897/94, (KE) Nru 306/96, (KE) Nru 1827/96, (KE) Nru 2809/98 u (KE) Nru 2492/98 għandhom jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2002.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 2002 għall-kwoti koperti mill-Artikolu 1(1) u mill-1 ta' Jannar 2002 għall-kwoti u l-limiti koperti mill-Artikolu 1(2) u (3).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I



Kwoti tat-tariffi b'perjodi ta' kwoti mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

(NLF: nazzjon l-aktar favorit)

Nru fl-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (1)

Volum ta' kwota f'piż nett

(tunnellati metriċi)

Dazju ta' kwota tat-tariffa

Oriġini

09.0071

1008 20 00

Qaraboċċ

1 300

7 EUR/t

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

09.0074

1001 10 00

Il-qamħ duru

50 000

0

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

▼M1 —————

▼M3 —————

▼B

(1)   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huwa kkonsidrat li m'għandux aktar mill-valur indikattiv, bit-trattament preferenzjali jiġi stabbilit, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżisti fil-waqt ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.




L-ANNESS II



Kwoti tat-tariffi b'perjodi ta' kwoti mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(NLF: nazzjon l-aktar favorit)

Nru fl-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (1)

Volum ta' kwota f'piż nett

(tunnellati metriċi)

Dazju ta' kwoti tat-tariffa

Oriġini

09.0072

2302 30 102302 30 90

Nuħħala, ponot u fdalijiet oħra ta' qamħ u ċereali oħra għajr qamħ ir-rum u ross

475 000

30,60 EUR/t

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

2302 40 102302 40 90

62,25EUR/t

09.0075

1001 10 00 u 1001 90 99

Il-qamħ duru u qamħ komuni ta' kwalità li tissodisfa l-kriterji preskritti fl-Anness IV

300 000

0

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

09.1633

1001 10 00

Qamħ duru

15 000

50 % ta' dazju ta' NLF

Stati ta' ACP

1001 90 91

Qamħ komuni

1001 90 99

Qamħ ieħor

1002 00 00

Segala

1003 00

Xgħir

1004 00 00

Ħafur

1008

Buckwheat, skalora, triticale u ċereali oħra

09.0073

2309 90 312309 90 412309 90 51

Preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali

2 800

7 % ad valorem

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

09.0779

ex230990 31

Tgħam għall-ħut

1 177

0

Norveġja

▼M5

09.0689

ex230990 10 (2)

ex230990 31 (2)

ex230990 41 (2)

Oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut

20 000

0

Mill-Ġżejjer Faroe

▼M2

09.0089

2309 10 13

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 33

2309 10 39

2309 10 51

2309 10 53

2309 10 59

2309 10 70

Ikel għall-klieb u l-qtates, ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut

2 058

7 % ad valorem

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)

▼M4

09.0070

2309 90 31

2309 90 41

2309 90 51

2309 90 95

2309 90 99

Preparati tat-tipi użati fl-għalf ta' l-annimali

2 700

7 % ad valorem

Kull pajjiż terz (erga omnes)

▼B

(1)   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huwa kkonsidrat li m'għandux aktar minn valur indikattiv, bit-trattament preferenzjali jiġi stabbilit, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżisti fil-waqt ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn kodiċi ex NM huma indikati, t-trattament preferenzjali għandu jiġi stabbilit permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrespondenti meħuda flimkien.

(2)   Għalf tal-ħut li jibbenifika mir-reġim preferenzjali ta’ importazzjoni ma jistax ikun fih gluten miżjud, minbarra dak il-gluten li jinstab fiċ-ċereali b’mod naturali, li jista’ jiġi mħallat ma’ dan l-għalf.




L-ANNESS III



Kwoti tat-tariffi b'perjodi ta' kwoti mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(NLF: nazzjon l-aktar favorit)

Nru fl-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (1)

Limitu f'piż nett

(tunnellati metriċi)

Dazju applikabbli

Oriġini

120201

1007

Sorgu

100 000

40 % tad-dazju ta' NLF

Stati ta' l-ACP

120203

1008 20 00

Qaraboċċ

60 000

0

Stati ta' l-ACP

(1)   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti huwa kkonsidrat li m'għandux aktar minn valur indikattiv, bit-trattament preferenzjali jiġi stabbilit, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżisti fil-waqt ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.




L-ANNESS IV



Kriterji minimu ta' kwalità għal qamħ importat taħt kwota Nru 09.0075 għal 300 000 tunnellata metrika ta' qamħ ta' kwalità miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1095/96

Kriterju ta' kwalità

Tip ta' qamħ

Qamħ duru

Qamħ komuni

Kodiċi NM 1001 10 00

Kodiċi NM 1001 90 99

Piż speċifiku f'kg/hl aktar minn jew ugwali għall-

80

78

Qmugħ li tilfu l-aspett vitriju tagħhom

Massimu 20,0 %

—

Materja li m'hijiex frak ta' qmugħ ta' kwalità bla mittiefsa, li minnu:

Massimu 10,0 %

Massimu 10,0 %

— qmugħ miksura u/jew imkemmxa

Massimu 7,0 %

Massimu 7,0 %

— qmugħ danneġġjati minn dud u nsetti qerrieda

Massimu 2,0 %

Massimu 2,0 %

— qmugħ affettwati minn fusarjosi u/jew qmugħ imżewwqa b'kuluri differenti

Massimu 5,0 %

—

— qamh li jibda' jnibbet

Massimu 0,5 %

Massimu 0,5 %

Impuritajiet mixxellanji (Schwarzbesatz)

Massimu 1,0 %

Massimu 1,0 %

“In-numru li jaqa” ta' Hagberg

Minimu 250

Minimu 230

Kontenut ta' proteina (13,5 % kontenut ta' umidità)

—

Minimu 14,6 %

▼M5




ANNESS V

DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITAJIET TAL-ĠŻEJJER FAROE

(BG)

„Продуктите от риба, предназначени за храна на животни, изнасяни за ЕС по преференциални квоти, не съдържат добавъчен глутен, освен глутена, който присъства естествено в зърнените храни, които могат да влязат в състава на тези продукти.“

(ES)

«Estos piensos para peces exportados a la UE al amparo del contingente preferencial no contienen gluten añadido, con excepción del presente de manera natural en los cereales que puedan intervenir en su composición.»

(CS)

„Toto rybí krmivo vyvážené do EU v rámci preferenční kvóty neobsahuje přidaný lepek, kromě lepku přirozeně přítomného v obilovinách, který se může dostat do složení rybího krmiva.“

(DA)

»Dette fiskefoder, der eksporteres til EU inden for rammerne af præferencetoldkontingentet, indeholder ikke anden gluten end den, der forekommer naturligt i det korn, der kan anvendes i fiskefodersammensætningen.«

(DE)

„Dieses im Rahmen des Präferenzzollkontingents in die EU ausgeführte Fischfutter enthält außer dem Gluten, das von Natur aus in dem im Fischfutter enthaltenen Getreide vorhanden ist, kein zugesetztes Gluten.“

(ET)

„Sooduskvootide raames ELi eksporditud kalasööt ei sisalda lisatud gluteeni peale teraviljas looduslikult esineva gluteeni, mis kokkusegamisel võib sattuda kalasööda sisse.”

(EL)

«Οι ιχθυοτροφές που εξάγονται στην ΕΕ βάσει της προτιμησιακής ποσόστωσης δεν περιέχουν πρόσθετη γλουτένη, επιπλέον της γλουτένης που απαντάται υπό φυσική μορφή στα σιτηρά τα οποία ενδέχεται να αποτελούν συστατικό στοιχείο της σύνθεσης των ιχθυοτροφών.»

(EN)

‘This fish feed exported to the EU under preferential quota does not contain added gluten, in addition to the gluten naturally present in the cereals that may enter in the compounding of the fish feed.’

(FR)

«Ces aliments pour poissons exportés vers l'Union européenne dans le cadre du contingent préférentiel ne contiennent pas de gluten autre que celui naturellement présent dans les céréales qui peuvent entrer dans la composition des aliments pour poissons.»

(IT)

«Gli alimenti per pesci esportati nell'UE nell'ambito del presente contingente preferenziale non contengono glutine aggiunto, oltre al glutine naturalmente presente nei cereali che possono entrare nella composizione degli alimenti per pesci.»

(LV)

“Šīs preferenciālās kvotas ietvaros uz ES eksportētai zivju barībai nav pievienots lipeklis papildus tam lipeklim, kas dabiski atrodams labībā un var nonākt zivju barības maisījumā.”

(LT)

„Šiame į ES pagal lengvatinę kvotą eksportuojamame žuvų pašare nėra pridėta daugiau glitimo, nei jo natūraliai yra grūduose, kurie gali būti viena iš žuvų pašaro sudėtinių dalių.“

(HU)

„A preferenciális vámkontingens keretében az EU-ba exportált haltáp nem tartalmaz az összetevői között szereplő gabonákban természetesen jelen lévő gluténon felül hozzáadott glutént.”

(MT)

“Dan l-għalf tal-ħut esportat għall-UE skond kwota preferenzjali ma fihx gluten miżjud, minbarra dak il-gluten li jinstab fiċ-ċereali b'mod naturali, li jista' jiġi mħallat ma' l-għalf tal-ħut.”

(NL)

„Dit visvoeder dat naar de EU wordt uitgevoerd in het kader van het preferentiële contingent, bevat geen toegevoegde gluten bovenop de gluten die van nature aanwezig zijn in het graan dat is gebruikt bij de samenstelling van het visvoeder.”

(PL)

„Niniejszy wywóz paszy dla ryb do UE w ramach preferencyjnego kontyngentu nie zawiera dodatku glutenu, ponad tę ilość glutenu, która występuje naturalnie w zbożach, które mogą wchodzić w skład tej paszy.”

(PT)

«Os alimentos para peixe exportados para a UE ao abrigo de contingentes preferenciais não podem conter glúten adicionado, para além do glúten naturalmente presente nos cereais que podem entrar na composição dos alimentos para peixe.»

(RO)

„Această hrană pentru pești exportată în UE în cadrul contingentului preferențial nu conține gluten ca aditiv, cu excepția celui care se găsește în mod natural în cerealele care pot intra în compoziția acestor produse.”

(SK)

„Toto krmivo pre ryby vyvážané do EÚ v rámci preferenčnej kvóty neobsahuje pridaný lepok iný ako lepok prirodzene obsiahnutý v obilninách, ktoré môžu tvoriť zložku krmiva pre ryby.“

(SL)

„Ta hrana za ribe, ki se izvaža v EU v preferencialni kvoti, ne vsebuje dodanega glutena poleg tistega, ki je naravno prisoten v žitaricah, ki se lahko nahajajo v tej hrani.“

(FI)

”Tässä etuuskiintiössä EU:hun viety kalanrehu ei sisällä lisättyä gluteenia kalanrehun valmistuksessa mahdollisesti käytettävässä viljassa luonnostaan olevan gluteenin lisäksi.”

(SV)

”Detta fiskfoder, som exporteras till EU inom ramen för en förmånskvot, innehåller inte tillsatser av gluten utöver det gluten som förekommer naturligt i den spannmål som kan ingå i fiskfodret.”



( 1 ) ĠU L 181, 01.07.1992, p. 21.

( 2 ) ĠU L 193, 29.07.2000, p. 1.

( 3 ) ĠU L 327, 30.12.1995, p. 17.

( 4 ) ĠU L 146, 20.06.1996, p. 1.

( 5 ) ĠU L 215, 01.08.1998, p. 12.

( 6 ) ĠU L 198, 04.08.2000, p. 6.

( 7 ) ĠU L 262, 17.10.2000, p. 1.

( 8 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

( 9 ) ĠU L 141, 28.05.2001, p. 1.

( 10 ) ĠU L 53, 22.02.1997, p. 1.

( 11 ) ĠU L 194, 29.07.1994, p. 4.

( 12 ) ĠU L 43, 21.02.1996, p. 1.

( 13 ) ĠU L 241, 21.09.1996, p. 23.

( 14 ) ĠU L 261, 15.10.1996, p. 34.

( 15 ) ĠU L 194, 23.07.1997, p. 7.

( 16 ) ĠU L 194, 23.07.1997, p. 10.

( 17 ) ĠU L 309, 19.11.1998, p. 35.

( 18 ) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 41.

( 19 ) ĠU L 101, 16.04.1999, p. 36.

( 20 ) ĠU L 161, 29.06.1996, p. 125.