21997D0904(06)



Official Journal L 242 , 04/09/1997 P. 0075 - 0075


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 26/97

tat-30 ta' April 1997

li temenda l-Anness Nru XX (Ambjent) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonmika Ewropea, kif aġġustjat bil-Protokoll li jaġġustja l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness Nru XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/96 tat-13 ta' Diċembru 1996 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/703/KE tas-26 ta' Novembru 1996 li tistabbilixxi l-kriterja ekoloġiċi biex jingħata ċertifikat ta' Eko-tikketta Komunitarja għar-refriġeraturi [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara punt 2ek (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/467/KE) fl-Anness Nru XX mal-Ftehim:

"2el. 396 D 0703: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/703/KE tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' ċertifikat dwar Eko-tikketta Komunitarja għall-friġġis (ĠU L 323, tat-13.12.1996, p. 34)."

.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 96/703/KE fil-Lingwa Islandisa u Norveġiża li huma annessi mal-verżjoni ta' din id-Deċiżjoni bil-lingwa rispettiva, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1997, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta' April 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

C. Day

[1] ĠU L 100, tas-17.4.1997, p. 71.

[2] ĠU L 323, tat-13.12.1996, p. 34.

--------------------------------------------------