|
15.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10460 — DMK/Uelzena/Niesky/Milchtrocknung Südhannover)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 418/13)
1.
Fid-29 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Molkerei Niesky GmbH (“Niesky”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil DMK Deutsches Milchkontor Gmbh (“DMK”, il-Ġermanja), |
|
— |
Uelzena eG (“Uelzena”, il-Ġermanja), |
|
— |
Milchtrocknung Südhannover eG (“MTS”, il-Ġermanja), attwalment ikkontrollata minn DMK. |
DMK u Uelzena jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ MTS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal DMK u Niesky: Il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ firxa diversifikata ta’ prodotti tal-ħalib, inklużi prodotti tal-ħalib, ġobon, prodotti bbażati fuq ix-xorrox, ikel tat-trabi, ġelat, prodotti tas-saħħa u ingredjenti bbażati fuq il-ħalib għall-produzzjoni tal-ikel. |
|
— |
għal Uelzena: Il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ materja prima tal-ħalib, xorrox, butir, butir ikkonċentrat, trab tal-ħalib, ġobon, xarbiet istantanji, prodotti tas-saħħa, ikel fin, ħalib tal-bott magħmul ħelu u xaħmijiet imħallta. |
|
— |
għal MTS: Ix-xiri ta’ xorrox u konċentrat tax-xorrox, u l-ipproċessar tiegħu biex isir konċentrat tal-proteina tax-xorrox u lattożju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10460 — DMK/Uelzena/Niesky/Milchtrocknung Südhannover
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).