<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0800874701.case.xml"><NO.CASE>C-133/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0133</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8749</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8767</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100930">30.9.2010</DATE> — KAWŻA C-133/09</LEFT><RIGHT>UZONYI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100930">30 ta' Settembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-133/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090223">23 ta’ Frar 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">József Uzonyi</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, K. Schiemann, L. Bay Larsen (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8750"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. Uzonyi, minn Y. Uzonyi, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn R. Somssich, M. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Simon u F. Clotuche-Duvieusart, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-8751"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-<DATE ISO="20060220">20 ta’ Frar 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 335M, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 1782/2003<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn J. Uzonyi u Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (korp ċentrali tal-Uffiċċju tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Hivatal<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), rigward talba ta’ pagament separat għaz-zokkor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8752"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Komunitarju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament Nru 1782/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Pagament separat għaz-zokkor<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku bl-area [żona] jistgħu jiddeċiedu sat-<DATE ISO="20060430">30 ta’ April 2006</DATE>, li fir-rigward tas-snin 2006, 2007 u 2008, jagħtu pagament separat għaz-zokkor lill-bdiewa eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament uniku bl-area. Dan għandu jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-kwantitajiet ta’ pitravi zokkrija, kannamieli jew ċikwejra koperti minn kuntratti ta' forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001,</P></ITEM><ITEM><P>il-kwantitajiet ta’ zokkor jew ta’ ġulepp ta’ l-inulina prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001,</P></ITEM><ITEM><P>in-numru medju ta’ ettari ta’ pitravi zokkrija, kannamieli jew ċikwejra użati għall-produzzjoni taz-zokkor jew tal-ġulepp ta’ l-inulina u koperti permezz ta’ kuntratti ta’ forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001;</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-8753"?><P>u fir-rigward ta’ perijodu rappreżentattiv li jista’ jkun differenti għal kull prodott ta’ waħda jew aktar mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007 li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri qabel it-<DATE ISO="20060430">30 ta’ April 2006</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2011/2006 tad-<DATE ISO="20061219">19 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u tar-Rumanija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352" PAGE.FIRST="945" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 945</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, issostitwixxa t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 143ba(1), bit-test segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dan jingħata fir-rigward ta’ perjodu rappreżentattiv li jista’ jkun differenti għal kull prodott ta’ wieħed jew aktar minn wieħed fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007 kif jiġi determinat mill-Istati Membri qabel it-<DATE ISO="20060430">30 ta’ April 2006</DATE>, u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-kwantitajiet ta’ pitravi taz-zokkor, ta’ kannamieli jew ċikwejra koperti permezz ta’ kuntratti ta’ forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif jixraq,</P></ITEM><ITEM><P>il-kwantitajiet ta’ zokkor jew ta’ ġulepp ta’ l-inulina prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif jixraq;</P></ITEM><?PAGE NO="I-8754"?><ITEM><P>l-għadd medju ta’ ettari ta’ pitravi taz-zokkor, ta’ kannamieli jew ċikwejra użati għall-produzzjoni taz-zokkor jew tal-ġulepp ta’ inulina u koperti permezz ta’ kuntratti ta’ forniment konklużi skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, kif jixraq;<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Din l-emenda, mhux applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali, hija invokata mill-konvenuta, bħala element ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament 48/2006 (VI. 22.) tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (FVM) dwar pagament separat għaz-zokkor mogħti lill-bdiewa eliġibbli fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament uniku biż-żona (<HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT>, 2006/75, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Huma eliġibbli għall-pagament il-bdiewa li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma eliġibbli għall-pagament uniku biż-żona taħt il-leġiżlazzjoni speċifika matul is-sena ta’ referenza;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8755"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiddisponu minn dritt ta’ kunsinna ta’ pitravi matul il-perijodu ta’ referenza jew minn kuntratt ibbażat fuq il-kwota ta’ zokkor ta’ Slovenja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>issodisfaw l-obbligi tagħhom relatati mad-dritt ta’ kunsinna tal-pitravi zokkrija.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ kunsinna jikkorrispondi għall-kwantità ta’ pitravi zokkrija neċessarji għall-produzzjoni tal-kwantità ta’ zokkor koperta mill-kwota ta’ zokkor allokat lill-Istat Membru taħt id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Arikolu 5 tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dokumenti ġustifikattivi segwenti għandhom jiġu mehmuża mat-talba ta’ pagament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dokument ipprovdut mill-Kunsill taz-zokkor dwar il-kwantità (f’tunnellati) ta’ drittijiet ta’ kunsinna (sa 16 %) mogħtija lill-applikant fl-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> u fl-<DATE ISO="20050701">1 ta’ Lulju 2005</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(li għandha tiġi kkalkolata b’mod uniformi abbażi ta’ ammont ta’ produzzjoni ta’ 140 kg),</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dokument ipprovdut mill-organu li jamministra l-kwota tal-ipproċessar tal-pitravi zokkrija relatata mal-kwantità (f’tunnellati) ta’ pitravi zokkrija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>A<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>B<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> (sa 16 %) ikkunsinjati taħt kuntratti ta’ koltivazzjoni matul is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni<?PAGE NO="I-8756"?> 2004/2005 jew 2005/2006 (id-dokumenti tal-impriżi ta’ proċessar għandhom jiġu koretti, jekk ikun il-każ, sabiex jittieħed kont tal-mod uniformi ta’ ammont ta’ produzzjoni ta’ zokkor ta’ 140 kg);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>dokument ipprovdut mill-federazzjoni reġjonali kompetenti tal-produtturi tal-pitravi zokkrija li jiċċertifika li l-applikant issodisfa l-obbligi relatati mad-drittijiet ta’ kunsinna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kull dokument ieħor li jistabbilixxi l-eliġibbiltà.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal dak li jikkonċerna l-membri ta’ grupp ta’ produtturi, dawk li jipproċessaw għandhom jiċċertifikaw il-kwalità totali kkunsinjata mill-grupp ta’ produtturi, filwaqt li dan tal-aħħar għandu jiċċertifika l-kwantitajiet ikkunsinjati mill-membri fi ħdan il-grupp.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060628">28 ta’ Ġunju 2006</DATE>, J. Uzonyi, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, ressaq quddiem il-Hivatal, għas-sena 2006, talba ta’ pagament separat għaz-zokkor fir-rigward tal-produzzjoni ta’ pitravi zokkrija tiegħu kkunsinjati permezz ta’ integratur, korp li jeżerċita rwol ta’ intermedjazzjoni, ta’ koordinazzjoni u ta’ għajnuna għall-attività ta’ produzzjoni tal-bdiewa li jagħmlu parti minnu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8757"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>J. Uzonyi ma setax, madankollu, jipproduċi prova tad-drittijiet tiegħu ta’ kunsinna ta’ pitravi u tal-osservanza tal-obbligi relatati ma’ tali drittijiet biss fir-rigward tal-integratur.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070418">18 ta’ April 2007</DATE>, il-Hivatal ċaħad it-talba tiegħu minħabba li huwa ma kienx eliġibbli għall-għajnuna, peress li huwa ma kienx ipprovda d-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>J. Uzonyi ressaq ilment kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-imsemmi lment ġie miċħud bid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20070706">6 ta’ Lulju 2007</DATE> tal-Ministru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, li s-suċċessur tiegħu huwa l-Hivatal, konvenut fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn taċ-ċaħda, ġie kkunsidrat li huma eliġibbli biss għall-pagament il-bdiewa li għandhom drittijiet ta’ kunsinna ta’ pitravi u li jissodisfaw l-obbligi relatati magħhom. B’hekk, sa fejn id-dokumenti annessi mat-talba ma kinux jirrigwardaw id-drittijiet ta’ kunsinna u l-osservanza tal-obbligi relatati magħhom fir-rigward tal-applikant stess, iżda fir-rigward tal-integratur, huwa għalhekk ma ssodisfax l-ħtiġiet tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>J. Uzonyi appella d-deċiżjoni ta’ ċaħda quddiem il-qorti tar-rinviju. Huwa jinvoka l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni bejn il-produtturi li jikkunsinjaw huma stess pitravi zokkrija u dawk li jikkunsinjaw pitravi zokkrija permezz ta’ integraturi. Huwa jitlob l-applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Ministeru<?PAGE NO="I-8758"?> tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, dwar il-kunsinni ta’ pitravi permezz ta’ gruppi ta’ produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-konvenut fil-kawża prinċipali jsostni quddiem il-qorti tar-rinviju li l-applikazzjoni ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji tikkonċerna l-perijodu rappreżentattiv li jirreferi għalih l-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003 u mhux il-persuni eliġibbli għall-pagament imsemmija mill-istess dispożizzjoni. Huwa jikkonferma l-affermazzjoni tiegħu fl-emenda li saret fl-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003 mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2011/2006. Din l-emenda sempliċiment ippreċiżat il-kliem tar-regola, mingħajr ma bidlet is-sens tiegħu. Qabel l-istess bħal wara l-emenda, l-applikazzjoni ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji kienet tikkonċerna biss il-perijodu rappreżentattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali jeskludu mill-pagament il-bdiewa li ma humiex direttament marbuta b’kuntratt mal-produttur taz-zokkor, iżda li kkonkludu kuntratt ta’ koltivazzjoni ma’ integratur li għandu drittijiet ta’ kunsinna bbażati fuq iż-żoni kkoltivata mill-produtturi li jagħmlu parti minnu. Fil-fatt, dawn il-bdiewa ma humiex f’pożizzjoni li juru li huma għandhom drittijiet ta’ kunsinna meħtieġa mir-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali għall-finijiet tal-ksib tal-pagament.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-istess qorti tosserva li, min-naħa l-oħra, il-bdiewa membri ta’ grupp ta’ produtturi li ma humiex direttament marbuta b’kuntratt mal-produttur taz-zokkor, iżda li kkonkludew kuntratt ta’ koltivazzjoni ma’ grupp li għandu drittijiet ta’ kunsinna abbażi taż-żoni kkoltivati mill-membri tal-grupp, jistgħu jiksbu pagament separat għaz-zokkor taħt id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament<?PAGE NO="I-8759"?> tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali, billi jipproduċu d-dokument ipprovdut minn dan il-grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skontha, hemm lok li jittieħed kont tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34 KE, li jistabbilixxi l-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni fil-kuntest tal-politika agrikola komuni, huwa sempliċiment l-espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali tal-ugwaljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-kliem tad-dispożizzjoni Komunitarja li għandu jiġi interpretat ma huwiex ċar, fid-dawl, qabel kollox, tal-fatt li din id-dispożizzjoni ġiet sussegwentement emendata. Hija żżid li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li, taħt l-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003, il-produtturi ta’ pitravi li jikkunsinjaw dawn permezz ta’ integratur huma wkoll eliġibbli għall-pagament separat għaz-zokkor bħal dawk li jikkunsinjawhom huma stess, tali pagament jista’ mbagħad jingħata, għas-sena 2006, lir-rikorrent fil-kawża prinċipali kif ukoll lil diversi persuni li ressqu proċeduri attwalment pendenti, permezz ta’ applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Fővárosi Bíróság iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari inkwistjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[Il-frażi] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[d]an [il-pagament] għandu jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskiminatorji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> li tinsab fl-Artikolu143ba(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sal-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, timplika li ma kienx possibbli li ssir distinzjoni għall-finijiet tal-eliġibbiltà tal-pagament għaz-zokkor separatament mill-iskema ta’ pagament uniku li tipprovdi li l-bdiewa jipprovdu l-pitravi zokkrija direttament (huma stess) jew indirettament (permezz ta’ integratur) sabiex dawn jiġu pproċessati?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8760"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, moqrija fid-dawl tal-motivi tad-deċiżjoni preliminari, il-qorti nazzjonali qed issaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-benefiċċju ta’ pagament separat għaz-zokkor bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ integratur li għandu tali drittijiet, filwaqt li tali leġiżlazzjoni tagħti pagament separat lil bidwi li għandu drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija direttament lill-produttur ta’ zokkor, kif ukoll bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna, li huwa membru ta’ grupp ta’ produtturi, li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ dan il-grupp, li għandhom drittijiet ta’ kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk tali leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxix diskriminazzjoni projbita mill-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjonijiet imressqa fil-kuntest tal-kawża prinċipali mill-konvenut, għandu jiġi kkonstatat l-ewwel nett li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003, fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-verżjoni tiegħu applikabbli fil-kawża prinċipali, jiddisponi b’mod ċar li l-pagament separat għaz-zokkor għandu jingħata abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji lill-bdiewa eliġibbli fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament uniku biż-żona;</P></ITEM><?PAGE NO="I-8761"?><ITEM><P>ebda mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-imsemmi artikolu ma tistabilixxi relazzjoni bejn, minn naħa, kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u, min-naħa l-oħra, id-determinazzjoni ta’ perijodi rappreżentattivi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-emenda sussegwenti tal-Artikolu 143ba li tirriżulta mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2011/2006 ma tqegħidx inkwistjoni dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li, bħala eċċezzjoni, dispożizzjoni li temenda tista’ sservi ta’ element ta’ interpretazzjoni, tali possibbiltà hija <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> eskluża meta d-dispożizzjoni preċedenti hija ċara fil-verżjonijiet lingwistiċi tagħha kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’kull każ, jidher li d-dispożizzjoni li temenda invokata f’din il-kawża ma hijiex ċara fid-dsatax-il verżjoni lingwistika disponibbli. Fil-fatt, f’sitta minnhom, jiġifieri l-verżjonijiet ta’ lingwa Daniża, Estonjana, Franċiża, Ungeriża, Pollakka u Portugiża, hija fiha differenzi fil-kliem li joħolqu, tal-anqas, ambigwità fuq il-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji għandhiex isseħħ waqt l-għoti tal-pagament jew waqt id-determinazzjoni tal-perijodu rappreżentattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tlettax-il verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, jiġifieri l-verżjonijiet tal-lingwa Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Ingliża, Taljana, Latvjana, Litwana, Olandiża, Slovena, Slovakkja, Finlandiża u Svediża, għandhom l-istess sens ċar bħad-dispożizzjoni li għandha tiġi interpretata.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jingħad li l-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003 tissuġġetta l-għoti mill-Istati l-Membri l-ġodda ta’ pagament separat għaz-zokkor għall-applikazzjoni minnhom ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8762"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, dan jirriproduċi sempliċiment il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 34(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fil-kuntest tal-politika agrikola komuni hija biss l-espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza, li jirrikjedi li sitwazzjonijiet simili ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod simili sakemm differenza bħal din ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (ara, b’mod partikolari, fir-rigward tas-subparagrafu 2 tal-Artikolu 34(2) KE, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Franz Egenberger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/04" PAGE.ECR="I-6331" YEAR="2006">C-313/04, Ġabra p. I-6331</REF.DOC.ECR>, punt 33; tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Agrana Zucker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/08" PAGE.ECR="I-5035" YEAR="2009">C-33/08, Ġabra p. I-5035</REF.DOC.ECR>, punt 46, u tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Agrana Zucker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/08" PAGE.ECR="I-4341" YEAR="2010">C-365/08, Ġabra p. I-4341</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 319/2006 daħħal l-Artikolu 143ba fir-Regolament Nru 1782/2003 fil-verżjoni tiegħu qabel l-emendi li saru fih.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Jirriżulta mit-tieni, is-sitt, is-seba’, id-disa’ sal-ħdax-il premessa r-Regolament Nru 319/2006 li dan għandu bħala għan li jiġi żgurat sostenn għad-dħul tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li jipproduċu pitravi zokkrija u li huma eliġibbli fil-kuntest tal-iskema ta’ pagament uniku biż-żona.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-imsemmi regolament ma jistabbilixxi l-ebda rabta bejn l-għoti ta’ pagament separat għaz-zokkor u l-mod ta’ kunsinna, dirett jew indirett, ta’ pitravi zokkrija mill-bdiewa lill-produtturi ta’ zokkor. Lanqas ma hija stabbilita rabta bejn pagament separat għaz-zokkor u l-fatt li l-bidwi ma għandux drittijiet ta’ kunsinna.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8763"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan tar-Regolament Nru 319/2006, bdiewa li jipproduċu pitravi zokkrija jinsabu għalhekk f’sitwazzjonijiet simili kemm jekk jikkunsinjaw dawn il-prodotti direttament jew indirettament lil produttur ta’ zokkor u kemm jekk għandhom jew ma għandhomx huma stess drittijiet ta’ kunsinna previsti minn leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, skont l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, mogħtija mill-qorti tar-rinviju u kkonfermata minnha f’risposta għal domanda ta’ kjarifiki mibgħuta mill-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba d-differenzi ta’ interpretazzjoni ta’ dan id-dritt li dehru fl-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati quddiemha, bidwi li jagħmel parti minn intergratur, li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna, li jikkunsinja pitravi zokkrija lill-produttur ta’ zokkor permezz ta’ integratur li għandu drittijiet ta’ kunsinna ma jistax jingħata direttament pagament separat għaz-zokkor, għall-kuntrarju, minn naħa, ta’ bidwi li għandu drittijiet ta’ kunsinna li jipproċedi hu stess għal kunsinna u, min-naħa l-oħra, bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi lill-produttur ta’ zokkor permezz ta’ grupp ta’ produtturi li għandhom tali drittijiet, li tiegħu huwa membru.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tittratta b’mod differenti sitwazzjonijiet simili.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk dan it-trattament differenti huwiex oġġettivament iġġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Ungeriż sostna li l-integratur huwa ġeneralment f’pożizzjoni aħjar sabiex jittratta xogħol amministrattiv relatat mal-pagament separat għaz-zokkor. Il-proċedura taħt id-dritt nazzjonali hija ġeneralment iktar favorevoli għall-produttur. Hija tgħin sabiex l-applikazzjonijiet jiġu ttrattati<?PAGE NO="I-8764"?> b’mod iktar effikaċji peress li l-amministrazzjoni għandha tiddeċiedi biss fuq it-talbiet tal-integraturi u mhux fuq it-talbiet ta’ kull produttur li jagħmel parti minn integratur.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Matul il-proċedura orali, il-Gvern Ungeriż ippreċiża li, skontu, sabiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003, integratur għandu hu stess ikun eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku biż-żona.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, irid jiġi rrelevat li, skont l-interpretazzjoni tal-qorti tar-rinviju, il-fatt li bidwi jagħmel parti minn grupp li għandu drittijiet ta’ kunsinna ma jipprekludix l-għotja diretta lill-imsemmi bidwi ta’ pagament separat għaz-zokkor, anki jekk l-interessat ma għandux hu stess drittijiet ta’ kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk jidher li l-bdiewa membri ta’ grupp ta’ produtturi jistgħu jippreżentaw talba ta’ pagament separat għaz-zokkor huma stess mingħajr ma jqumu oġġezzjonijiet li trattament kollettiv ta’ talbiet huwa iktar effikaċi. Issa, oġġezzjonijiet paralleli jistgħu jgħoddu kemm għal din il-kategorija ta’ bdiewa kif ukoll għal dik ta’ bdiewa li jagħmlu parti minn integratur, li ma għandhomx drittijiet ta’ kunsinna.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għall-bqija, anki jekk dawn l-oġġezzjonijiet jistgħu jitqajmu fir-rigward tal-bdiewa li jagħmlu parti minn integratur jew membri ta’ grupp li ma jikkunsinjawx huma stess lill-produtturi ta’ zokkor, dawn ma jistgħux, f’kull każ, jikkostitwixxu ġustifikazzjoni oġġettiva ta’ trattament differenti ta’ dawn it-tipi ta’ bdiewa meta mqabbla ma’ bidwi li jikkunsinja hu stess lill-produttur ta’ zokkor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8765"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, huma ma jistgħux jiġu invokati jekk il-kundizzjonijiet previsti għall-għoti ta’ pagament separat fuq talba tal-intermedjarju kellhom bħala effett li jipprivaw il-bdiewa kkonċernati mill-benefiċċju ta’ dan il-pagament, pereżempju fil-każijiet fejn:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dawn il-bdiewa, jekk l-intermedjarju naqas milli jaġixxi, ma jkunux ammessi sabiex jippreżentaw direttament, minflok dan, talba ta’ pagament separat;</P></ITEM><ITEM><P>il-preżentazzjoni, mill-intermedjarju, ta’ talba ta’ pagament separat f’isem il-bdiewa hija suġetta għall-kundizzjoni li huwa stess huwa eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku biż-żona, filwaqt li l-Artikolu 143ba tar-Regolament Nru 1782/2003 ma jeħtieġx dan biss fir-rigward tal-bidwi li jrid pagament separat u mhux fir-rigward tal-intermedjarju li jippreżentah.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li trattament differenti bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex oġġettivament iġġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda mressqa hija li l-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament Nru 1782/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-benefiċċju ta’ pagament separat għaz-zokkor bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ integratur li għandu tali drittijiet, filwaqt li tali leġiżlazzjoni tagħti pagament separat lil bidwi li għandu drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija direttament lill-produttur ta’ zokkor, kif ukoll bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna, li huwa membru ta’ grupp ta’ produtturi, li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ dan il-grupp, li għandhom drittijiet ta’ kunsinna.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8766"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’kull każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk huwiex possibbli li tingħata lill-leġiżlazzjoni nazzjonali interpretazzjoni konformi għad-dritt Komunitarju applikabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-<DATE ISO="20060220">20 ta’ Frar 2006</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi mill-benefiċċju ta’ pagament separat għaz-zokkor bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor<?PAGE NO="I-8767"?> permezz ta’ integratur li għandu tali drittijiet, filwaqt li tali leġiżlazzjoni tagħti pagament separat lil bidwi li għandu drittijiet ta’ kunsinna li jikkunsinja l-pitravi zokkrija direttament lill-produttur ta’ zokkor, kif ukoll bidwi li ma għandux drittijiet ta’ kunsinna, li huwa membru ta’ grupp ta’ produtturi, li jikkunsinja l-pitravi zokkrija lil produttur ta’ zokkor permezz ta’ dan il-grupp, li għandhom drittijiet ta’ kunsinna.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>