|
22.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/40 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1015
tas-17 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ, apparat tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali, tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użi oħra, tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika, apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar, ħiters tal-kmamar, ħdejjed tal-mogħdija elettriċi, stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili, stimers tad-drappijiet, apparati elettromekkaniċi għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili u ċertu tagħmir elettriku ieħor iddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titli tal-istandards armonizzati u biex jabbozzaw, jirrevedu u jlestu l-istandards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE. L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn mindu saret it-talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat u l-emendi għalih, EN 60335-2-24:2010, EN 60335-2-24:2010/A1:2019, EN 60335-2-24:2010/A2:2019 u EN 60335-2-24:2010/A11:2020, għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati EN 61010-2-010:2014 u EN 61293:1994, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) (3). Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020 għall-apparat tal-laboratorju għat-tisħin ta’ materjali u EN IEC 61293:2020 għal tagħmir elettriku bi klassifikazzjonijiet relatati mal-provvista elettrika. |
|
(5) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u Cenelec emendaw l-istandards armonizzati EN 60335-2-17:2013 għal kutri, pads, drapp u applikazzjonijiet ta’ tisħin flessibbli simili u EN 60335-2-85:2003 għal stimers tad-drappijiet, li r-referenzi tagħhom huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (4). Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji EN 60335-2-17:2013/A1:2020 u EN 60335-2-85:2003/A2:2020. Is-CEN u s-Cenelec emendaw ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02): EN 60335-2-27:2013 għal apparati għall-espożizzjoni tal-ġilda għal radjazzjoni ultravjola u infraaħmar; EN 60335-2-30:2009 għal ħiters tal-kmamar; u EN 60335-2-6:2015 għal stufi bl-ifran, superfiċji għas-sajran, fran u apparati simili li jintużaw fid-dar. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji li ġejjin: EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020; EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020; u EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020. |
|
(6) |
Abbażi tat-talba M/511, is-CEN u s-Cenelec irrevedew ukoll l-istandard armonizzat EN 61010-2-081:2015 għal tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użijiet oħra u l-istandard armonizzat emendat EN 60335-2-3:2016 għal ħdejjed tal-mogħdija elettriċi. Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-081:2020 u l-istandard armonizzat emendatorju EN 60335-2-3:2016/A1:2020. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi għalihom jikkonformawx mat-talba M/511. |
|
(8) |
L-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020, EN IEC 61010-2-081:2020, EN IEC 61293:2020, EN 60335-2-17:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A1:2020), EN 60335-2-27:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020), EN 60335-2-30:2009 (kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020), EN 60335-2-3:2016 (kif emendat b’EN 60335-2-3:2016/A1:2020), EN 60335-2-6:2015 (kif emendat b’EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020) u EN 60335-2-85:2003 (kif emendat b’EN 60335-2-85:2003/A2:2020), u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standard ieħor, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni rilevanti għalihom. |
|
(9) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu inklużi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(10) |
It-Tabella ZZA.1 tal-istandard armonizzat EN 60335-2-24:2010 (kif emendat b’EN 60335-2-24:2010/A1:2019, EN 60335-2-24:2010/A2:2019 u EN 60335-2-24:2010/A11:2020) jipprovdi spjegazzjoni tat-test “erja li taqbeż il-75 cm2”, li tintuża fil-klawżoli tagħha 30.2 u 30.2.101. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-koerenza, ir-referenza ta’ dak l-istandard, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji għalih, jenħtieġ li jiġu ppubblikati b’restrizzjoni fir-rigward ta’ dak it-test. |
|
(11) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jipprevedi li r-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li huma ppubblikati b’restrizzjoni jkunu elenkati fl-istess att, jeħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat u jiddaħħal Anness separat li jkun fih ir-referenzi ta’ tali standards armonizzati. |
|
(12) |
Is-CEN u s-Cenelec abbozzaw ukoll ir-rettifika EN 60947-5-1:2017/AC:2020-05 li tikkoreġi l-istandard armonizzat EN 60947-5-1:2017 għal apparati u elementi ta’ kommutazzjoni għaċ-ċirkwiti tal-kontroll, li r-referenza tiegħu hija inkluża fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. Peress li r-rettifika tintroduċi korrezzjonijiet tekniċi għal dak l-istandard u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati, jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard armonizzat tiġi inkluża flimkien mar-referenza tar-rettifika fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(13) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin, mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew riveduti jew emendati, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 61010-2-010:2014; EN 61293:1994. EN 60335-2-27:2013; EN 60335-2-30:2009; u EN 60335-2-6:2015. |
|
(14) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness. |
|
(15) |
Jeħtieġ li jiġu rtirati wkoll ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60335-2-17:2013, EN 60335-2-85:2003 u EN 60947-5-1:2017, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni għalihom ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mis-serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi dawn ġew emendati jew ikkoreġuti. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. |
|
(16) |
Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 61010-2-010:2020, EN IEC 61293:2020, EN 60335-2-17:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-17:2013/A1:2020), EN 60335-2-27:2013 (kif emendat b’EN 60335-2-27:2013/A1:2020 u EN 60335-2-27:2013/A2:2020), EN 60335-2-30:2009 (kif emendat b’EN 60335-2-30:2009/A12:2020 u EN 60335-2-30:2009/A1:2020), EN 60335-2-6:2015 (kif emendat b’EN 60335-2-6:2015/A11:2020 u EN 60335-2-6:2015/A1:2020), EN 60335-2-85:2003 (kif emendat b’EN 60335-2-85:2003/A2:2020), u EN 60947-5-1:2017 (kif ikkoreġut b’EN 60947-5-1:2017/AC:2020-05), u kif emendati jew ikkoreġuti bi kwalunkwe standard ieħor li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi għall-istandards armonizzati EN 61010-2-010:2014, EN 61293:1994, EN 60335-2-27:2013, EN 60335-2-30:2009, EN 60335-2-6:2015, EN 60335-2-85:2003, EN 60335-2-17:2013 u EN 60947-5-1:2017, flimkien mar-referenzi ta’ kwalunkwe standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni ieħor għalihom ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(17) |
Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 61010-2-081:2015 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) (5), iżda bi żball tħalliet barra mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 209/04) (6) u l-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenza ta’ dak l-istandard għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Jenħtieġ li dik il-pubblikazzjoni żżomm l-effett tagħha għal perjodu li jippermetti lill-manifatturi jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-081:2020. |
|
(18) |
Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-3:2016 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball tħalliet barra mill-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenza ta’ dak l-istandard għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Jenħtieġ li dik il-pubblikazzjoni żżomm l-effett tagħha għal perjodu li jippermetti lill-manifatturi jippreparaw għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 60335-2-3:2016 (kif emendat b’EN 60335-2-3:2016/A1:2020). |
|
(19) |
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60664-1:2007, EN 60051-1:1998, EN 60127-3:1996, EN 60664-3:2003, EN 60695-10-3:2002, EN 60695-11-2:2014, EN 60695-11-5:2005, EN ISO 11252:2013, HD 597 S1:1992, EN 60664-4:2006, EN 60695-2-10:2013, EN 60695-2-11:2014, EN 60695-10-2:2014, EN 60695-11-3:2012, EN 60695-11-4:2011, EN 60695-11-10:2013, EN 60695-11-20:2015, EN 61010-2-091:2012, EN 61557-8:2015, EN 61557-15:2014 u EN 61557-16:2015, u r-referenzi ta’ kwalunkwe emenda jew korrezzjoni għalihom, ġew ippubblikati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball ma ġewx inklużi fil-Komunikazzjonijiet (2018/C 209/04) u (2018/C 326/02). Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 50288-2-1:2013, EN 50288-2-2:2013, EN 50288-3-1:2013, EN 50288-3-2:2013, EN 50288-4-1:2013, EN 50288-4-2:2013, EN 50288-5-1:2013, EN 50288-5-2:2013, EN 50288-6-1:2013, EN 50288-6-2:2013, EN 50288-10-2:2015, EN 50288-11-2:2015, EN 62493:2010, EN 50288-1:2013, EN 61010-2-061:2015, EN 61230:2008 u EN 62026-7:2013, u r-referenzi ta’ kwalunkwe emenda jew korrezzjoni għalihom, ġew ippubblikati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni (2016/C 249/03), iżda bi żball ma ġewx inklużi fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02). Ir-referenzi ta’ dawk l-istandards għalhekk jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. |
|
(20) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 (7), ġiet inkluża r-referenza tal-istandard armonizzat EN 50178:1997 fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, li telenka r-referenzi għall-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li ġew irtirati mis-serje C, mingħajr ma’ ġiet indikata d-data tal-irtirar. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi sostitwita l-entrata rilevanti tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 b’entrata ġodda li fiha referenza għal EN 50178:1997 u d-data tal-irtirar. Billi EN 50178:1997 ġie rivedut minn EN 62477-1:2012 u l-emenda għalih EN 62477-1:2012/A11:2014, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni (2018/C 326/02), huwa neċessarju li l-manifatturi jingħataw aktar żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard armonizzat EN 62477-1:2012 u l-emenda għalih. Għalhekk, jenħtieġ li l-irtirar ta’ EN 50178:1997 jiġi differit. |
|
(21) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 tiġi emendata skont dan. |
|
(22) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bosta referenzi ta’ standards armonizzati jeħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’effett retroattiv. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 60335-2-24:2010 abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, u stabbilit fl-Anness IA ta’ din id-Deċiżjoni, hija b’dan ippubblikata b’restrizzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, u elenkati fl-Anness IB ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk ir-referenzi għandhom jitqiesu li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE, elenkati fl-Anness IC ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawk ir-referenzi għandhom jitqiesu li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-perjodi stabbiliti f’dak l-Anness.”; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(3) |
jiddaħħal l-Anness IA, kif stipulat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(4) |
jiddaħħal l-Anness IB, kif stipulat fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(5) |
jiddaħħal l-Anness IC, kif stipulat fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(6) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2022.
Il-punt (3) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2021.
Il-punt (5) tal-Anness I għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2022.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 326/02) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2016/C 249/03) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2018/C 209/04) fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 209, 15.6.2018, p. 37).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1146 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward tal-istandards armonizzati għal ċerti apparati domestiċi, fjusis termiċi, tagħmir f’networks bil-kejbil għal sinjali televiżivi, sinjali awdjo u servizzi interattivi, salvaviti, apparat li jrażżan l-ark u ta’ saldatura bl-ark, igganċjar ma’ installazzjonijiet maħsub biex ikun konness b’mod permanenti f’installazzjonijiet fissi, transformers, reatturi, unitajiet u kombinazzjonijiet tal-provvista tal-enerġija, sistema ta’ ċċarġjar konduttiv ta’ vetturi elettriċi, sistema tal-irbit u l-immaniġġjar tal-kejbils, apparati li jikkontrollaw iċ-ċirkwit, elementi ta’ swiċċjar, tidwil ta’ emerġenza, ċirkwiti elettroniċi użati ma’ apparati ta’ illuminazzjoni u bozoz b’karga (ĠU L 250, 3.8.2020, p. 121).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
titħassar ir-ringiela 11; |
|
(2) |
tiddaħħal ir-ringiela 11a li ġejja:
|
|
(3) |
titħassar ir-ringiela 18; |
|
(4) |
tiddaħħal ir-ringiela 18a li ġejja:
|
|
(5) |
titħassar ir-ringiela 33; |
|
(6) |
tiddaħħal ir-ringiela 33 a li ġejja:
|
|
(7) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|
ANNESS II
“ANNESS IA
|
Referenza tal-istandard |
||||
|
EN 60335-2-24:2010 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-24: Rekwiżiti partikolari għal apparati refriġeranti, apparati tal-produzzjoni tal-ġelat u tas-silġ EN 60335-2-24:2010/A1:2019 EN 60335-2-24:2010/A2:2019 EN 60335-2-24:2010/A11:2020 Avviż: Għall-finijiet tal-preżunzjoni tal-konformità mal-objettivi ta’ sikurezza korrispondenti, imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva:
|
ANNESS III
“ANNESS 1B
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Minn |
|
01. |
HD 597 S1:1992 Kondensers ta’ akkoppjar u diviżuri ta’ kondensers HD 597 S1:1992/AC:1992 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
02. |
EN 50288-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 1: Speċifikazzjoni ġenerika |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
03. |
EN 50288-2-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 2-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
04. |
EN 50288-2-2:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 2-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
05. |
EN 50288-3-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 3-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
06. |
EN 50288-3-2:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 3-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 100 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
07. |
EN 50288-4-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 4-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 600 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
08. |
EN 50288-4-2:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 4-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 600 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
09. |
EN 50288-5-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 5-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
10. |
EN 50288-5-2:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 5-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
11. |
EN 50288-6-1:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 6-1: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Kejbils orizzontali u vertikali ta’ binja |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
12. |
EN 50288-6-2:2013 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 6-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils mhux miksijin karatterizzati sa 250 MHz — Żona ta’ xogħol u kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
13. |
EN 50288-10-2:2015 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 10-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils skrinjati karatterizzati minn 1 MHz sa 500 MHz għall-applikazzjonijiet f’żona tax-xogħol, kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi, u ċentri tad-data |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
14. |
EN 50288-11-2:2015 Kejbils metalliċi magħmulin minn diversi elementi użati għal komunikazzjoni u kontroll analogi u diġitali — Parti 11-2: Speċifikazzjonijiet sezzjonali għal kejbils skrinjati karatterizzati minn 1 MHz sa 500 MHz għall-applikazzjonijiet f’żona tax-xogħol, kejbils elettriċi jew ottiċi li jgħaqqdu żewġ apparati elettroniċi jew ottiċi, u ċentri tad-data |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
15. |
EN 60051-1:1998 Strumenti ta’ kejl elettriċi li jindikaw b’mod analogu u jaġixxu direttament u l-aċċessorji tagħhom — Parti 1: Definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali komuni għall-partijiet kollha |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
16. |
EN 60127-3:1996 Fjusis żgħar ħafna – Parti 3: Element f’tubu ċilindriku ta’ materjal li jiżola għal fjusis ta’ daqs minimu EN 60127-3:1996/A2:2003 EN 60127-3:1996/AC:1996 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
17. |
EN 60664-1:2007 Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 1: Prinċipji, rekwiżiti u testijiet |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
18. |
EN 60664-4:2006 Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 4: Kunsiderazzjoni ta’ tensjoni ta’ vultaġġ ta’ frekwenza għolja EN 60664-4:2006/AC:2006 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
19. |
EN 60695-2-10:2013 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 2-10: Metodi ta’ ttestjar ibbażati fuq fil/wajer inkandexxenti jew sħun — Apparat tal-fil inkandexxenti u proċedura ta’ test komuni |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
20. |
EN 60695-2-11:2014 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 2-11: Metodi ta’ ttestjar ibbażati fuq fil/wajer inkandexxenti jew sħun— Metodu ta’ ttestjar ta’ fjammabbiltà għal prodotti finali (GWEPT) (IEC 60695-2-11:2014) |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
21. |
EN 60695-10-2:2014 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 10-2: Sħana mhux normali — Metodu ta’ ttestjar bi pressjoni tal-bilja |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
22. |
EN 60695-10-3:2002 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 10-3: Sħana mhux normali — Test ta’ deformazzjoni wara li materjal ikun iddgħajjef bis-sħana |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
23. |
EN 60695-11-2:2014 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-2: Fjammi għall-ittestjar — Fjamma nominali mħallta minn qabel ta’ 1 kW: Apparat, arranġament għal test ta’ konferma, u gwida |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
24. |
EN 60695-11-3:2012 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-3: Fjammi għall-ittestjar — Fjammi 500 W — Apparat u metodi ta’ test ta’ konferma |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
25. |
EN 60695-11-4:2011 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-4: Fjammi għall-ittestjar — Fjamma 50 W — Apparat u metodi ta’ test ta’ konferma |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
26. |
EN 60695-11-5:2005 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-5: Fjammi għall-ittestjar — Test bi fjamma misluta — Apparat, arranġament għal test ta’ konferma, u gwida |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
27. |
EN 60695-11-10:2013 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-10: Fjammi għall-ittestjar — Metodi ta’ ttestjar bi fjamma orizzontali u vertikali 50 W EN 60695-11-10:2013/AC:2014 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
28. |
EN 60695-11-20:2015 Testijiet tal-perikli tan-nar — Parti 11-20: Fjammi għall-ittestjar — Metodi ta’ ttestjar bi fjamma 500 W EN 60695-11-20:2015/AC:2016 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
29. |
EN 61010-2-061:2015 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-061: Rekwiżiti partikolari għal spettrometri atomiċi tal-laboratorju b’atomizzazzjoni u jonizzazzjoni termika |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
30. |
EN 61010-2-091:2012 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-091: Rekwiżiti partikolari għal sistemi ta’ cabinet x-ray EN 61010-2-091:2012/AC:2013 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
31. |
EN 61230:2008 Xogħol fuq linji b’kurrent għaddej minnhom — Tagħmir li jista’ jinġarr għall-ertjar jew ertjar u xxortjar fiċ-ċirkwit |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
32. |
EN 61557-8:2015 Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 8: Apparati għall-monitoraġġ tal-iżolament għal sistemi IT |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
33. |
EN 61557-15:2014 Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 15: Rekwiżiti funzjonali ta’ sikurezza għal tagħmir ta’ monitoraġġ ta’ iżolament f’sistemi ta’ IT u tagħmir biex isib fejn hemm ħsara fl-iżolament |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
34. |
EN 61557-16:2015 Sikurezza elettrika fis-sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000 V a.c. u 1 500 V d.c. — Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi — Parti 16: Tagħmir għal ittestjar tal-effettività ta’ sistemi protettivi ta’ tagħmir elettriku u/jew tagħmir elettromediku |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
35. |
EN 62026-7:2013 Switchgear u controlgear ta’ vultaġġ baxx — Interfaċċa bejn l-apparat u t-tagħmir ta’ kontroll (CDIs) — Parti 7: CompoNet |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
36. |
EN 60664-3:2003 Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 3: Użu ta’ kisi, mili jew immudellar għall-protezzjoni kontra t-tniġġis EN 60664-3:2003/A1:2010 |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
|
37. |
EN 60664-1:2007 Koordinament tal-iżolament għal tagħmir f’sistemi ta’ vultaġġ baxx — Parti 1: Prinċipji, rekwiżiti u testijiet |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
|
38. |
EN ISO 11252:2013 Lejsers u tagħmir relatat mal-lejser — Apparat li jopera bil-lejser — Rekwiżiti minimi għal dokumentazzjoni (ISO 11252:2013) |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
ANNESS IV
“ANNESS IC
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
Minn |
Sa |
|
1. |
EN 61010-2-081:2015 Rekwiżiti ta’ sikurezza għal tagħmir elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju — Parti 2-081: Rekwiżiti partikolari għal tagħmir awtomatiku u semiawtomatiku li jintuża f’laboratorju għall-analiżi u użijiet oħra |
Il-15 ta’ Ġunju 2018. |
It-22 ta’ Diċembru 2022. |
|
2. |
EN 60335-2-3:2016 Apparati elettrodomestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-3: Rekwiżiti partikolari għal ħdejjed tal-mogħdija elettriċi |
L-14 ta’ Settembru 2018. |
It-22 ta’ Diċembru 2022. |
ANNESS V
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
ir-ringiela 64 hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
(2) |
jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:
|