|
23.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/65 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/547
tal-21 ta' Marzu 2017
dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE f'dak li għandu x'jaqsam mat-tuberi tal-patata taż-żrigħ imnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata
(notifikata bid-dokument C(2017) 1736)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Żviluppi ġodda fit-tnissil tal-patata jippromettu li jnaqqsu b'mod konsiderevoli t-tul taż-żmien tal-programmi ta' żvilupp, jippermettu aċċess għal aktar diversità ġenetika u jippermettu wkoll l-iżvilupp ta' varjetajiet ġodda li jkollhom kombinazzjonijiet ta' karatteristiki utli. |
|
(2) |
Il-prattiki tal-produzzjoni tal-patata taż-żrigħ li fil-preżent huma aċċettati huma dipendenti fuq it-tkattir veġetali tat-tuberi tal-patata tul ħafna ġenerazzjonijiet. Iżda l-iżviluppi msemmija fl-ewwel premessa jinkludu l-propagazzjoni tal-patata permezz taż-żerriegħa, l-hekk imsejħa żerriegħa vera tal-patata. Il-prattiki tal-propagazzjoni li jibdew miż-żerriegħa vera tal-patata jippromettu li jqassru sew iż-żmien meħtieġ għall-produzzjoni ta' biżżejjed patata taż-żrigħ għall-utenti aħħarin, filwaqt li jnaqqsu r-riskju ta' akkumulazzjoni ta' mard differenti. |
|
(3) |
Billi t-tuberi taż-żrigħ li jitnisslu miż-żerriegħa vera tal-patata fil-preżent għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżit li jiġu prodotti skont il-prattiki aċċettati stipulati fl-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva 2002/56/KE, jeħtieġ li tinġabar l-informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta' dawn it-tuberi taż-żrigħ biex wieħed jifhem liema huma l-istandards tal-kwalità u l-ispezzjonijiet meħtieġa biex ikunu ggarantiti l-kwalità u s-saħħa ta' dawk it-tuberi taż-żrigħ, u biex wieħed jiddetermina f'liema stadju, jew f'liema kundizzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni. Għaldaqstant jixraq li jiġi organizzat esperiment temporanju skont id-Direttiva 2002/56/KE fejn għandu x'jaqsam mat-tuberi taż-żrigħ imnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata, taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet rilevanti. |
|
(4) |
Is-saħħa, l-identità u l-kwalità tat-tuberi taż-żrigħ inkwistjoni jiddependu fuq l-assigurazzjoni tal-kwalità, tal-identitifikazzjoni u tas-saħħa tal-passi tal-bidu u tal-passi intermedji fil-proċess tal-produzzjoni. Għalhekk, għandha tinġabar u tiġi rrappurtata l-informazzjoni dwar is-saħħa, l-identità u l-kwalità taż-żerriegħa vera tal-patata u tan-nebbieta li jikbru minn din iż-żerriegħa biex ikun żgurat li t-tuberi taż-żrigħ ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-patata taż-żrigħ bażika jew għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata. |
|
(5) |
Ftit hemm għarfien dwar kif jinżammu s-saħħa u biżżejjed identità u purità tal-varjetajiet tul il-proċess tal-produzzjoni tat-tuberi taż-żrigħ imnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-informazzjoni rilevanti tinġabar u tiġi rrappurtata. Wara xi snin jista' jkun hemm bżonn li l-informazzjoni li tkun inġabret dwar l-identità u l-purità tal-varjetajiet tal-materjal li jintuża għall-esperiment tiġi eżaminata mill-ġdid biex jiġu identifikati kwistjonijiet potenzjali li possibbilment jaffettwaw l-identifikazzjoni u l-kwalità ta' dak il-materjal. |
|
(6) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-esperiment jippermettu l-introduzzjoni fis-suq tat-tuberi taż-żrigħ imnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata. Minħabba l-proċess innovattiv tal-produzzjoni, jeħtieġ li l-produtturi jinħelsu minn ċerti rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2002/56/KE, b'mod partikolari dawk rigward id-daqsijiet minimi tat-tuberi taż-żrigħ li jitqiegħdu fis-suq, dwar l-aspetti tal-varjetajiet, dwar l-għadd massimu tal-ġenerazzjonijiet li jitkabbru fl-għelieqi, u dwar il-preżenza tal-imperfezzjonijiet esterni. |
|
(7) |
Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva 2002/56/KE, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-introduzzjoni fis-suq ta' tuberi taż-żrigħ fl-esperiment. Dawk il-kundizzjonijiet jeħtieġ li jiżguraw il-ġbir ta' biżżejjed informazzjoni biex l-esperiment ikun jista' jiġi vvalutat. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu previsti r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, it-traċċabbiltà, it-tikkettar, l-ittestjar tal-prestazzjoni u r-rappurtar. |
|
(8) |
Minħabba n-natura sperimentali tal-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni, il-kwantità tal-patata taż-żrigħ li trid tiġi ċċertifikata jeħtieġ li tkun limitata. |
|
(9) |
Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw li l-kwantità massima ma tinqabiżx, il-produtturi li biħsiebhom jipproduċu t-tuberi taż-żrigħ jew iħawlu n-nebbieta bħala parti mill-esperiment, jeħtieġ li jkunu obbligati li jiddikjaraw il-kwantitajiet li biħsiebhom jipproduċu jew iħawlu. |
|
(10) |
Biex ikun hemm għarfien ġenerali dwar il-progress tal-esperiment, l-Istati Membri parteċipanti kull sena għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tqiegħdu fis-suq. Fi tmiem l-esperiment iridu jippreżentaw rapport finali li b'mod partikolari jkun juri r-riżultati tal-ispezzjonijiet fl-għelieqi u fl-irqajja' tal-art u jagħti l-informazzjoni dwar is-saħħa, l-identità u l-kwalità taż-żerriegħa vera tal-patata u tan-nebbieta li jikbru minn din iż-żerriegħa. |
|
(11) |
Biex il-produtturi u l-fornituri jkunu jistgħu jipproduċu u jikkummerċjalizzaw biżżejjed tuberi taż-żrigħ għall-esperiment, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jispezzjonaw dak il-materjal u jiġbru biżżejjed informazzjoni li tista' titqabbel biex dawn jintużaw fit-tħejjija tar-rapport finali, l-esperiment għandu jdum seba' snin, li hu t-tul taż-żmien massimu previst fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/56/KE. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett
1. Se jiġi organizzat esperiment temporanju fil-livell tal-Unjoni li l-għan tiegħu huwa biex jiġi evalwat jekk, f'ċerti kundizzjonijiet, il-produzzjoni tat-tuberi taż-żrigħ li jitnisslu minn xtieli żgħar imkabbrin miż-żerriegħa vera tal-patata jikkostitwixxux alternattiva mtejba għall-produzzjoni mill-patata taż-żrigħ, u għaldaqstant din il-prattika tistax titqies li hi prattika aċċettata għaż-żamma tal-varjetà u tas-saħħa kif previst fl-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva 2002/56/KE.
2. L-għan tal-esperiment huwa li jiġu evalwati l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
jekk il-produzzjoni tat-tuberi taż-żrigħ imsemmija fil-paragrafu 1 tistax titqies bħala “prattika aċċettata” fit-tifsira tal-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva 2002/56/KE u jekk iż-żerriegħa vera tal-patata tistax titqies bħala żerriegħa ta' ġenerazzjoni li hija preċedenti għaż-żerriegħa bażika fit-tifsira tal-Artikolu 2(c)(i) ta' dik id-Direttiva; |
|
(b) |
jekk it-tuberi taż-żrigħ imsemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu iżgħar mid-daqs minimu stabbilit fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2002/56/KE humiex aċċettabbli; |
|
(c) |
jekk huwiex aċċettabbli għadd differenti ta' ġenerazzjonijiet ta' patata taż-żrigħ bażika u ta' patata taż-żrigħ iċċertifikata mill-għadd massimu stabbilit fil-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 2002/56/KE; |
|
(d) |
jekk it-tuberi taż-żrigħ imsemmijin fil-paragrafu 1 li jkollhom perċentwal ogħla ta' imperfezzjonijiet esterni mill-perċentwal massimu stabbilit fil-punt 3 tal-Anness II tad-Direttiva 2002/56/KE humiex aċċettabbli; |
|
(e) |
jekk it-tuberi taż-żrigħ imsemmija fil-paragrafu 1 iżommux biżżejjed l-identità u l-purità tal-varjetà wara bosta ċikli ta' propagazzjoni veġetali, u jekk għal dawn it-tuberi taż-żrigħ humiex aċċettabbli limiti differenti mill-perċentwali massimi stabbiliti għall-patata taż-żrigħ bażika fil-punt 1(b) u għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata fil-punt 2(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2002/56/KE; |
|
(f) |
jekk il-mard li jinsab fiż-żerriegħa jaffettwax il-kwalità tat-tuberi taż-żrigħ imsemmijin fil-paragrafu 1 u, jekk dan huwa l-każ, jekk għandhomx jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi rigward dan il-mard; |
|
(g) |
jekk hemmx bżonn li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi dwar it-traċċabbiltà, l-identità, il-kwalità, u s-saħħa waqt il-produzzjoni taż-żerriegħa vera tal-patata u tan-nebbieta li jitkabbru miż-żerriegħa vera tal-patata biex tkun żgurata l-kwalità, l-identifikazzjoni, u s-saħħa tat-tuberi taż-żrigħ imsemmijin fil-paragrafu 1; kif ukoll |
|
(h) |
liema hi l-aktar direzzjoni ta' produzzjoni xierqa miż-żerriegħa vera tal-patata sal-patata taż-żrigħ iċċertifikata fil-kundizzjonijiet agroklimatiċi li jipprevalu fl-Unjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“iż-żerriegħa vera tal-patata” tfisser żerriegħa tal-patata fit-tifsira botanika, prodotta fl-Unjoni; |
|
(b) |
“nebbieta esperimentali” tfisser xtieli żgħar li jitkabbru fl-Unjoni miż-żerriegħa vera tal-patata u li huma maħsuba għall-produzzjoni ta' aktar patata; |
|
(c) |
“tuberi taż-żrigħ esperimentali” tfisser tuberi tal-patata li tkabbru fl-Unjoni minn nebbieta esperimentali; |
|
(d) |
“materjal esperimentali” tfisser żerriegħa vera tal-patata, nebbieta esperimentali u tuberi taż-żrigħ esperimentali. |
Artikolu 3
Il-Parteċipazzjoni tal-Istati Membri
1. Kull Stat Membru jista' jipparteċipa fl-esperiment.
2. Stat Membru li jiddeċiedi li jieħu sehem fl-esperiment (minn hawn 'il quddiem: “Stat Membru parteċipanti”) għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-parteċipazzjoni tiegħu.
3. Stat Membru li jkun qed jipparteċipa jista' jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fi kwalunkwe ħin billi jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.
Artikolu 4
Iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u d-derogi mid-Direttiva 2002/56/KE
Sal-31 ta' Diċembru 2023, u fil-limitu kwantitattiv stipulat fl-Artikolu 5, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiċċertifikaw b'mod uffiċjali t-tuberi taż-żrigħ esperimentali bħala “patata taż-żrigħ bażika” jew “patata taż-żrigħ iċċertifikata” skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttiva 2002/56/KE jekk dawk it-tuberi taż-żrigħ ikunu jikkonformaw mal-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Deċiżjoni u jekk ikunu tnisslu, tkabbru jew ġew ikkoltivati minn persuni li jkunu rreġistrati skont l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni, dejjem jekk dawk it-tuberi taż-żrigħ ikunu minn varjetà li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
tkun elenkata fil-Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (2); |
|
(b) |
tkun ġiet aċċettata fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/53/KE; |
|
(c) |
tkun tressqet applikazzjoni valida skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/53/KE biex dik il-varjetà tiġi aċċettata. |
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, it-tuberi taż-żrigħ esperimentali għandhom jitqiesu li tnisslu skont il-prattiki aċċettati għaż-żamma tal-varjetà u tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva 2002/56/KE u titqies li tkabbret miż-żerriegħa ta' ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika msemmija fl-Artikolu 2(c)(i) ta' dik id-Direttiva.
Il-punti 1(b) u 2(b) tal-Anness I u l-punt 3 tal-Anness II tad-Direttiva 2002/56/KE ma għandhomx japplikaw.
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/56/KE ma għandux japplika għat-tuberi li jinħasdu min-nebbieta esperimentali.
Artikolu 5
Il-limitu kwantitattiv
Iċ-ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 4 għal kull Stat Membru parteċipanti kull sena għandha tkun limitata għal kwantità ta' tuberi taż-żrigħ esperimentali li ma taqbiżx iż-0,3 % tal-patata taż-żrigħ prodotta jew għal massimu ta' 10 ettari ta' patata taż-żrigħ imħawla f'dik is-sena fl-Istat Membru parteċipanti kkonċernat.
Sat-30 ta' April ta' kull sena, kull produttur għandu jiddikjara l-qies tal-erja fejn biħsiebu jipproduċi t-tuberi taż-żrigħ esperimentali f'dik is-sena lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.
Artikolu 6
Ir-rekwiżiti dwar il-kwalità, l-identità u s-saħħa għan-nebbieta esperimentali u għaż-żerriegħa vera tal-patata
It-tuberi taż-żrigħ esperimentali għandhom jitkabbru minn nebbieta esperimentali li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I li jkunu tkabbru minn żerriegħa vera tal-patata mnissla mill-inkruċjar sesswali ta' linji ġenituri puri u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I.
Artikolu 7
L-għadd massimu ta' ġenerazzjonijiet
B'deroga mill-ewwel u mit-tieni paragrafi tal-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 2002/56/KE, l-għadd massimu ta' ġenerazzjonijiet ta' patata taż-żrigħ bażika u ta' patata taż-żrigħ iċċertifikata mnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata magħdudin flimkien, għandu jkun ta' erba'.
It-tuberi li jinħsadu min-nebbieta esperimentali għandhom ikunu l-ewwel ġenerazzjoni.
Artikolu 8
Ir-reġistrazzjoni tan-nissiela, tal-produtturi u tal-persuni responsabbli miż-żamma tal-varjetajiet tal-patata ppropagati miż-żerriegħa vera tal-patata
1. Kull Stat Membru parteċipanti għandu jżomm u jaġġorna reġistru pubbliku fejn jiddaħħlu l-persuni fiżiċi u l-persuni ġuridiċi li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw il-materjal esperimentali.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni biex jiddaħħlu fir-reġistru. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha l-elementi kollha li ġejjin:
|
(a) |
isimhom, l-indirizz tagħhom u d-dettalji ta' kuntatt; |
|
(b) |
id-denominazzjoni tal-varjetà inkwistjoni. |
Ir-reġistru għandu jkun fih dawk l-elementi għal kull persuna rispettivament.
Artikolu 9
It-tikkettar
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2002/56/KE, il-pakketti jew il-kontenituri tat-tuberi taż-żrigħ esperimentali li jiġu kkummerċjalizzati bħala patata taż-żrigħ bażika għandu jkollhom fuqhom tikketta uffiċjali li tinkludi l-indikazzjoni stabbilita fit-Taqsima A tal-Anness II.
Il-kontenituri bin-nebbieta esperimentali għandu jkollhom magħhom dokument ifformulat mill-fornitur li jkun fih l-informazzjoni stipulata fit-Taqsima B tal-Anness II.
Il-pakketti taż-żerriegħa vera tal-patata għandu jkollhom fuqhom it-tikketta tal-fornitur li jkun fiha l-informazzjoni stipulata fit-Taqsima C tal-Anness II.
It-tikketta uffiċjali, id-dokument li jkun mal-kontenituri tan-nebbieta esperimentali, u t-tikketta tal-fornitur għandhom jinħarġu b'mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni.
Artikolu 10
It-traċċabbiltà
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà tal-materjal esperimentali.
Fornitur li jibgħat materjal esperimentali lil fornitur ieħor għandu jżomm rekord li jippermettilu jidentifika lil liema fornitur ikun bagħat kull oġġett ta' materjal esperimentali.
Fornitur li jirċievi materjal esperimentali mingħand fornitur ieħor għandu jżomm rekord li jippermettilu jidentifika mingħand liema fornitur ikun irċieva kull oġġett ta' materjal esperimentali.
Il-fornituri għandhom iżommu r-rekords imsemmijin f'dan l-Artikolu sal-31 ta' Marzu 2024.
Artikolu 11
Spezzjonijiet uffiċjali
L-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet uffiċjali marbuta mal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal esperimentali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tad-Direttiva 2002/56/KE, dawn l-ispezzjonijiet uffiċjali għandhom mill-inqas ikopru:
|
(a) |
verifika tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kwantitajiet li jkun maħsub li jiġu prodotti u tan-notifiki tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati; |
|
(b) |
il-purità analitika, il-kontenut ta' speċijiet oħra u l-ġerminazzjoni taż-żerriegħa vera tal-patata; |
|
(c) |
il-konformità, tal-produttur u ta' kull persuna li tikkummerċjalizza l-materjal esperimentali, mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Deċiżjoni. |
L-ispezzjonijiet marbutin mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena. Dawn għandhom jinkludu spezzjonijiet tal-postijiet tal-persuni ikkunċernati fl-għelieqi u fis-serrer li jintużaw fil-produzzjoni taż-żerriegħa vera tal-patata u tan-nebbieta esperimentali.
Artikolu 12
L-obbligi dwar in-notifikar u l-irrappurtar
1. Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, il-fornituri għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' materjal esperimentali li jkunu kkummerċjalizzaw tul is-sena ta' qabel lill-korp uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru parteċipanti. L-Istati Membri parteċipanti għandhom iżommu rekord tal-kwantitajiet ta' materjal esperimentali kkummerċjalizzat. Din l-informazzjoni għandha tingħata lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni meta tintalab.
2. Għal kull sena, sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara, kull Stat Membru parteċipanti għandu jippreżenta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, rapport annwali li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness III, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli. Dak ir-rapport dejjem għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta' materjal esperimentali kkummerċjalizzat, u meta jkun magħruf, għal liema Stat Membru kien maħsub dan il-materjal esperimentali. Dak ir-rapport jista' jkun fih kull informazzjoni oħra li l-Istat Membru parteċipanti jqis li tkun rilevanti.
3. Sal-31 ta' Marzu 2024, kull Stat Membru parteċipanti għandu jippreżenta rapport finali li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness III lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-esperiment u tal-interess li jiġi organizzat esperiment ieħor jekk ikun xieraq. Dak ir-rapport jista' jkun fih kull informazzjoni oħra li l-Istat Membru parteċipanti jqis li tkun rilevanti fid-dawl tal-iskop tal-esperiment.
4. Stat Membru li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu qabel il-31 ta' Diċembru 2023 għandu jressaq ir-rapport finali tiegħu sal-31 ta' Marzu tas-sena li tiġi wara t-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu.
Artikolu 13
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).
ANNESS I
REKWIŻITI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6
TAQSIMA A
Ir-rekwiżiti li jridu jissodisfaw in-nebbieta esperimentali
|
1. |
In-nebbieta b'mod prattiku għandhom ikunu ħielsa minn organiżmi u mard li kapaċi jaffettwaw il-kwalità, u mis-sinjali u s-sintomi ta' dawn, li jnaqqsu l-utilità tan-nebbieta, u b'mod partikolari għandhom ikunu ħielsa minn dawn l-organiżmi ta' ħsara li ġejjin: Rhizoctonia solani Kühn, Phytophtera infestans (Mont.) de Bary, Alternaria solani Sorauer, Alternaria alternata (Fr.) Keissl., Verticillium dahlia Kleb., Verticillium albo-atrum Reinke u Berthold, Potato leaf roll virus, Potato virus A, Potato virus M, Potato virus S, Potato virus X, and Potato virus Y. |
|
2. |
In-nebbieta għandhom ikunu ħielsa mis-sintomi tal-blackleg. |
|
3. |
In-nebbieta għandu jkollhom biżżejjed identità u purità varjetali. |
|
4. |
In-nebbieta għandhom ikunu prattikament ħielsa minn difetti li jaffettwawlhom il-kwalità u l-utilità bħala materjal għat-tħawwil. |
TAQSIMA B
Ir-rekwiżiti li trid tissodisfa ż-żerriegħa vera tal-patata
|
1. |
Iż-żerriegħa għandha jkollha biżżejjed identità u purità varjetali. |
|
2. |
Mard u organiżmi ta' ħsara li jnaqqsu l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu tal-anqas livell possibbli. |
|
3. |
Purità analitika, il-kontenut fiż-żerriegħa ta' speċijiet oħra ta' pjanti u tal-ġerminazzjoni għandhom ikunu biżżejjed li jiggarantixxu l-kwalità u l-utilità tagħhom bħala materjal esperimentali. |
ANNESS II
IR-REKWIŻITI GĦAT-TIKKETTJAR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9
|
A. |
L-indikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 “Tuberi taż-żrigħ li tkabbru minn żerriegħa vera tal-patata, esperiment temporanju skont ir-regoli u l-istandards tal-UE”. |
|
B. |
L-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9:
|
|
C. |
L-informazzjoni msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 9:
|
ANNESS III
L-INFORMAZZJONI LI TRID TIDDAĦĦAL FIR-RAPPORTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 12
|
1. |
l-għadd ta' persuni rreġistrati skont l-Artikolu 8(1); |
|
2. |
il-kwantitajiet ta' żrieragħ vera tal-patata, tan-nebbieta esperimentali u tat-tuberi taż-żrigħ espertimentali li ġew ikkummerċjalizzati, u fejn japplika, l-Istat Membru li kienu maħsubin għalih iż-żrieragħ vera tal-patata, in-nebbieta esperimentali jew it-tuberi taż-żrigħ esperimentali; |
|
3. |
ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fuq iż-żrieragħ vera tal-patata rigward il-purità analitika, il-kontenut fihom ta' speċijiet oħra u l-ġerminazzjoni, kif ukoll il-metodi ta' analiżi u t-tolleranzi li ntużaw; |
|
4. |
informazzjoni li tgħin biex jiġu ddeterminati d-daqs xieraq tal-lott u d-daqsijiet xierqa tal-kampjuni għaż-żrieragħ vera tal-patata, inklużi deskrizzjonijiet tal-metodi tal-kampjunar taż-żrieragħ u tat-tolleranzi li ntużaw; |
|
5. |
ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fuq in-nebbieta esperimentali rigward l-identità u l-purità tal-varjetajiet, kif ukoll il-metodi u t-tolleranzi li ntużaw; |
|
6. |
ir-riżultati tal-ispezzjonijiet rigward l-identità tal-varjetajiet u l-purità tal-varjetajiet tat-tuberi u tat-tuberi sfurmati; |
|
7. |
ir-riżultati tal-provi komparattivi nazzjonali; |
|
8. |
valutazzjoni mill-utenti tas-saħħa u tal-kwalità tal-patata taż-żrigħ li tnisslet miż-żerriegħa vera tal-patata; |
|
9. |
analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tippermetti li wieħed jasal għal konklużjoni dwar jekk il-produzzjoni tat-tuberi taż-żrigħ imnisslin miż-żerriegħa vera tal-patata hijiex alternattiva mtejba għall-produzzjoni tal-patata taż-żrigħ. |