22001D0028



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0008 - 0009


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 28/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE tad-19 ta' Lulju 1999 dwar miżuri li japplikaw għall-ipproċessar ta' ċertu skart ta' l-annimali sabiex tipproteġi kontra l-ispongiform encephalopathies li tittieħed u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE [2], kif ikkoreġuta bil-ĠU L 237, tat-8.9.1999, p. 10, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 1999/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 li temenda d-Direttiva 92/117/KEE tal-Kunsill dwar miżuri għall-protezzjoni kontra żoonożi speċifikata u aġenti żoonotiċi speċifiċi fl-annimali u fi prodotti ta' oriġini mill-annimali sabiex jimpedixxu l-feġġa ta' infezzjonijiet u intossikazzjonijiet fl-ikel [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 67 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

- 399 D 0534: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE tad-19 ta' Lulju 1999 (ĠU L 204, ta' l-4.8.1999, p. 37), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 237, tat-8.9.1999, p. 10."

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 8 (id-Deċiżjoni tal-Kuunsill 92/117/KE) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

"- 399 L 0072: Id-Direttiva 1999/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 (ĠU L 210, ta' l-10.8.1999, p. 12)."

Artikolu 3

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

"9a. 399 D 0534: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE tad-19 ta' Lulju 1999 dwar miżuri li japplikaw għall-ipproċessar ta' ċertu skart ta' l-annimali sabiex tipproteġi kontra l-ispongiform encephalopathies li tittieħed u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE (ĠU L 204, ta' l-4.8.1999, p. 37), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 237, tat-8.9.1999, p. 10."

Artikolu 4

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 237, tat-8.9.1999, p. 10, u d-Direttiva 1999/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24.

[2] ĠU L 204, ta' l-4.8.1999, p. 37.

[3] ĠU L 210, ta' l-10.8.1999, p. 12.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------