|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/215 |
30.1.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/215
tad-29 ta’ Jannar 2026
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għad-dimossistrobina, għall-etefon u għall-propamokarb, f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), l-Artikolu 18(1), il-punt (b), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”, maximum residue levels) għad-dimossistrobina, għall-etefon u għall-propamokarb ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina ma ġietx imġedda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1436 (2). L-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva ġew revokati. Ma jeżistu l-ebda MRLs ibbażati fuq il-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (“CXLs”) jew tolleranzi għall-importazzjoni għad-dimossistrobina. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs stabbiliti għal dik is-sustanza attiva fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu. L-MRLs għall-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”, limit of determination) speċifiku għall-prodott fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, peress li l-MRLs fuq il-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LODs speċifiċi għall-prodott, ma għadx hemm bżonn ta’ data ta’ konferma. Għalhekk, jenħtieġ li n-noti kollha f’qiegħ il-paġna li fihom talbiet għal data konfermatorja jitħassru. |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva etefon ġiet imġedda permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2591 (3). Fil-qafas tat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-etefon, fil-31 ta’ Jannar 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat konklużjoni li tipproponi li titnaqqas id-doża aċċettabbli ta’ kuljum (“ADI”, acceptable daily intake) eżistenti minn 0,03 mg/kg sa 0,02 mg/kg piż tal-ġisem kuljum. Konsegwentement, l-Awtorità ntalbet tirrieżamina (4) l-MRLs kollha għall-etefon abbażi tal-ADI mnaqqsa. Barra minn hekk, l-Awtorità pproponiet definizzjoni ġdida tar-residwu għall-infurzar fiċ-ċereali bħala “somma ta’ etefon ħieles u konjugati, espressa bħala etefon” minflok id-definizzjoni tar-residwu applikabbli bħalissa “etefon”. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li din id-definizzjoni l-ġdida tar-residwu hija xierqa. |
|
(4) |
L-MRLs għall-etefon fil-ġewż, fil-mirtilli, fl-ananas, fix-xgħir, fis-segala u fil-qamħ (5) huma bbażati fuq CXLs revokati u jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid. L-awtorità identifikat MRLs riveduti, ħlief għall-mirtilli li għalihom ma hemm l-ebda data addizzjonali disponibbli. Għalhekk, jixraq li jinżamm l-MRL għall-ġewż u jitnaqqas l-MRL għall-ananas fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Ikkonkludiet ukoll li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b’rabta mal-MRLs għax-xgħir, għas-segala u għall-qamħ u li għalhekk kien hemm bżonn ta’ aktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Barra minn hekk, ma setax jiġi eskluż li d-doża akuta ta’ referenza (“Arfd”, acute reference dose) tal-etefon tinqabeż fil-mirtilli. L-MRL għall-mirtilli jenħtieġ li jitnaqqas fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal-LOD. |
|
(5) |
L-MRLs għall-etefon fil-ġellewż/ġellewż Ewropew, fiċ-ċirasa, fit-tin, fiż-żebbuġ tal-mejda, fil-kaki, fit-tadam u fiż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, jenħtieġ li jinżammu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell attwali. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRLs għal-lanġas, għall-għeneb tal-mejda, għall-għeneb tal-inbid, għaż-żerriegħa tal-qoton, għall-muskoli, għax-xaħam, għall-fwied, għall-kliewi u għall-ġewwieni li jittiekel għajr il-fwied u l-kliewi (ħnieżer, bovini, nagħaġ, mogħoż, ekwini, pollam, u annimali terrestri mrobbijin oħrajn), il-ħalib u l-bajd tal-għasafar, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kien hemm bżonn ta’ aktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-MRL għall-etefon fl-għanbaqar jenħtieġ li jinżamm fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell attwali abbażi tal-użu awtorizzat fi Franza nnotifikat matul il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Awtorità sabet li ma setax jiġi eskluż li l-ARfD tal-etefon jista’ jinqabeż fit-tuffieħ. Għalhekk, il-maniġers tar-riskju pproponew li jiġi stabbilit MRL aktar baxx għat-tuffieħ, abbażi tal-Prattiki Agrikoli Tajbin (“GAP”, Good Agricultural Practices) ta’ riżerva inqas kritiċi u sikuri. Għalhekk jixraq li jitbaxxa l-MRL eżistenti għall-etefon fit-tuffieħ fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Għall-propamokarb, fl-24 ta’ Novembru 2023 l-Awtorità ppubblikat opinjoni motivata dwar il-modifika tal-livell massimu eżistenti tar-residwi fl-għasel (6). Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità sabet li ma setax jiġi eskluż li l-ARfD jista’ jinqabeż fil-ħass. Fis-26 ta’ Mejju 2025 (7) l-Awtorità ppubblikat dikjarazzjoni fejn ġie propost MRL ibbażat fuq il-GAP ta’ riżerva inqas kritiċi u sikuri li huwa appoġġat bis-sħiħ minn data. Għalhekk jixraq li jitbaxxa l-MRL għall-propamokarb fil-ħassa fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. |
|
(11) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs modifikati permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Biex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs modifikati u li għalihom l-informazzjoni turi li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Dan huwa l-każ għall-prodotti kollha ħlief għall-etefon fit-tuffieħ u l-mirtilli jew fuqhom, u għall-propamokarb fil-ħass jew fuqu. |
|
(14) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament, għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel id-19 ta’ Awwissu 2026, ħlief għall-etefon fit-tuffieħ u fil-mirtilli jew fuqhom u għall-propamokarb fil-ħass jew fuqu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1436 tal-10 ta’ Lulju 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva dimossistrobina, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2015/408 (ĠU L 176, 11.7.2023, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1436/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2591 tal-21 ta’ Novembru 2023 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva etefon f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L, 2023/2591, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2591/oj).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Statement on targeted review of the maximum residue levels (MRLs) for ethephon (EFSA Journal, 22(4), e8757).
(5) Il-programm konġunt tal-FAO u tal-WHO dwar l-istandards tal-ikel tal-Kummissjoni Codex Alimentarius. REP16/PR, Appendiċi III. Id-Disa’ u Tletin Sessjoni. Ruma, l-Italja, mis-27 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Lulju 2016.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Reasoned opinion on modification of the existing maximum residue level for propamocarb in honey (EFSA Journal, 21(11), e8422).
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Statement on the MRL for propamocarb in lettuces (EFSA Journal, 2025;23:e9455).
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għad-dimossistrobina: “Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
(*2) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/215/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)