02024R2597 — MT — 07.10.2024 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2597 tal-4 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-aċidu sorbiku (E 200) u tas-sorbat tal-potassju (E 202) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-aċidu sorbiku (E 200), għas-sorbat tal-potassju (E 202) u għall-gallat tal-propil (E 310) (ĠU L 2597 7.10.2024, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
|
Rettifika, ĠU L 90748, 8.9.2026, p. 1 ((UE) 2024/25972024/2597) |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2597
tal-4 ta’ Ottubru 2024
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-aċidu sorbiku (E 200) u tas-sorbat tal-potassju (E 202) u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-aċidu sorbiku (E 200), għas-sorbat tal-potassju (E 202) u għall-gallat tal-propil (E 310)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-addittivi tal-ikel aċidu sorbiku (E 200), sorbat tal-potassju (E 202) u gallat tal-propil (E 310) li tqiegħdu fis-suq legalment qabel is-27 ta’ April 2025 jistgħu jiżdiedu mal-ikel f’konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
L-ikel, li fih l-aċidu sorbiku (E 200), is-sorbat tal-potassju (E 202) jew il-gallat tal-propil (E 310), liema addittivi jkunu tqiegħdu fis-suq legalment qabel is-27 ta’ April 2025, jista’ jitqiegħed fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima tiegħu jew sad-data sa meta għandu jintuża.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1)(b), (2)(b) u (3) tal-Anness II għandhom japplikaw mis-27 ta’ April 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 16 “Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4”, l-entrata għall-użu tal-aċidu sorbiku — sorbat tal-potassju (E 200-202) fi frugtgrød, rote Grütze and pasha f’1 000 mg/kg hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
“E 200-202 |
Aċidu sorbiku — sorbat tal-potassju |
1 000 |
(1) (2) |
frugtgrød, rote Grütze u pasha biss; deżerti tal-ġelatina b’bażi tal-ilma bit-togħma tal-frott” |
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
l-entrata għal “E 200 aċidu sorbiku hija emendata kif ġej:
l-ispeċifikazzjoni “Deskrizzjoni” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Deskrizzjoni |
Labar bla kulur jew trab abjad li jiċċirkola b’mod ħieles, li jkollu daqsxejn riħa karatteristika u li ma juri ebda bidla fil-kulur wara tisħin għal 90 minuta f’temperatura ta’ 105 °C”; |
l-ispeċifikazzjoni “Purità” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Purità |
|
|
Kontenut tal-ilma |
Mhux iktar minn 0,5 % (Metodu Karl Fischer) |
|
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,2 % |
|
Aldeidi |
Mhux aktar minn 0,1 % (bħala formaldeid) |
|
Arseniku |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 0,01 mg/kg |
|
Żingu |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg”; |
l-entrata għal “E 202 sorbat tal-potassju” hija emendata kif ġej:
l-ispeċifikazzjoni “Deskrizzjoni” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Deskrizzjoni |
Trab kristallin abjad li ma juri ebda bidla fil-kulur wara tisħin għal 90 minuta f’temperatura ta’ 105 °C”; |
l-ispeċifikazzjoni “Purità” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Purità |
|
|
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 1,0 % (105 °C, 3 sigħat) |
|
Aċidità jew alkalinità |
Mhux iktar minn 1,0 % (bħala aċidu sorbiku jew K2CO3) |
|
Aldeidi |
Mhux iktar minn 0,1 %, ikkalkulat bħala formaldeid |
|
Arseniku |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 0,01 mg/kg |
|
Żingu |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg”; |
l-entrata għal “E 310 gallat tal-propil” hija emendata kif ġej:
l-ispeċifikazzjoni “Definizzjoni” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Definizzjoni |
Il-gallat tal-propil huwa prodott bl-esterifikazzjoni tal-aċidu galliku mal-propanol. Ir-reazzjoni hija katalizzata bl-aċidu sulfuriku. |
|
Einecs |
204-498-2 |
|
Isem kimiku |
Gallat tal-propil; Ester propiliku tal-aċidu galliku; ester n-propiliku tal-aċidu 3,4,5-triidrossibenżoiku |
|
Formula Kimika |
C10H12O5 |
|
Piż molekulari |
212,20 |
|
Assaġġ |
Kontenut mhux inqas minn 98 % tal-bażi anidruża”; |
l-ispeċifikazzjoni “Purità” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Purità |
|
|
Telf fit-tnixxif |
Mhux aktar minn 0,5 % (110 °C, 4 sigħat) |
|
Irmied sulfatat |
Mhux aktar minn 0,1 % |
|
Aċidu ħieles |
Mhux aktar minn 0,5 % (bħala aċidu galliku) |
|
Assorbiment speċifiku fl-etanol |
(275 nm) mhux inqas minn 485 u mhux iktar minn 520 |
|
Arseniku |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,3 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg”;. |