<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑617/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0617</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:390">EU:C:2017:390</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170518">18.5.2017</DATE> – Kawża C 617/15</P><P>HUMMEL HOLDING</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 97(1)</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti ta’ vjolazzjoni mressqa kontra kumpannija stabbilita fi Stat terz</KEYWORD><KEYWORD>Sottosussidjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑617/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20151116">16 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151123">23 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hummel Holding A/S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nike Inc.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nike Retail B.V.</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Hummel Holding A/S, minn T. Bösling, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Nike Retail BV u Nike Inc., minn B. Führmeyer u F. Klein, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda kif ukoll minn T. Scharf u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Hummel Holding A/S u Nike Inc. u s-sussidjarja tagħha, Nike Retail BV, rigward l-allegata vjolazzjoni, minn dawn tal-aħħar, ta’ trade mark internazzjonali ta’ Hummel Holding, li tipproduċi effetti fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11 sa 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>B’relazzjoni ma’ assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’ regoli ta’ ġurisdizzjoni l-aktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ kull Stat Membru għandha, bla ħsara għall-Artikoli 22 u 23, tkun determinata bil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 207/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 207/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 341, p. 21</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>. Madankollu, fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa eżaminat fir-rigward tar-Regolament Nru 207/2009 kif kien fis-seħħ qabel din l-emenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 15 sa 17 tar-Regolament Nru 207/2009 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(15)</NO.P><TXT>Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea] l-Istati Membri għandhom jinnominaw, wara li jikkunsidraw is-sistema nazzjonali tagħhom, numru kemm jista’ jkun limitat ta’ qrati nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza li jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-vjolazzjoni u tal-validità tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-vjolazzjoni ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea] għandhom ikollhom effett u għandhom ikopru t-territorju kollu [tal-Unjoni], li huwa l-uniku mod kif wieħed jista’ jipprevjeni deċiżjonijiet inkonsistenti minn naħa tal-qrati u tal-[Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)] u kif jista jiġi żgurat li l-karattru waħdieni tat-trade marksi [tal-Unjoni Ewropea] ma jiġix imxejjen. Hemm id-disposizzjonijiet tar-Regolament [Nru 44/2001] li għandhom japplikaw fil-każ ta’ kull azzjoni skont il-liġi li tirrigwarda trade marks [tal-Unjoni Ewropea], ħlief fejn dan ir-Regolament jidderoga minn dawn ir-regoli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Deċiżjonijiet kontradittorji għandom jiġu evitati f’azzjonijiet li jinvolvu l-istess għemil u l-istess partijiet u li jirrigwardaw trade marks [tal-Unjoni Ewropea] u trade marks nazzjonali paralleli. Għal dan il-għan, meta l-azzjonijiet jinġiebu fl-istess Stat Membru, il-metodi ta’ kif għandu jinkiseb dan l-objettiv għandhom jinstabu ir-regoli proċedurali nazzjonali, li mhumiex preġudikati minn dan ir-Regolament, waqt li meta l-azzjonijiet jinġiebu fi Stati Membri differenti, ikunu xierqa dispożizzjonijiet msejsa fuq ir-regoli ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati tar-Regolament [Nru 44/2001].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L‑Artikolu 94 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-applikazzjoni tar-Regolament [Nru 44/2001]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jidher fit-Titolu X tiegħu, li jinkludi r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni u mal-proċedura f’kawżi mressqa li jirrigwardaw it-trade marks tal-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="094.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm dan ir-regolament ma jispeċifikax mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [Nru 44/2001] għandhom japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw it-trade marks [tal-Unjoni Ewropea] u l-applikazzjonijiet għal trade marks [tal-Unjoni Ewropea], kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw l-kawżi simultaneji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea] u trade marks nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="094.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 96:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-Artikoli 2 u 4, il-punti 1, 3, 4 u 5 tal-Artikolu 5u l-Artikolu 31 tar-Regolament [Nru 44/2001] ma japplikawx;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament [Nru 44/2001] għandhom japplikaw bla ħsara għal-limitazzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97(4) ta’ dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet ta l-Kapitolu II tar-Regolament [Nru 44/2001] li huma applikabbli għal persuni domiċiljati fi Stat Membu għandhom ikunu applikabbli wkoll għal persuni li m’għandhomx domiċilju f’ebda Stat Membru iżda li għandhom stabbiliment hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 95(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-qrati tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jinnominaw fit-territorji tagħhom numru kemm jista’ jkun limitat ta’ qrati u tribunali nazzjonali tal-ewwel u tat-tieni istanza, minn issa msejjħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-qrati tat-trade marks [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, li għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L‑Artikolu 96 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-ġurisdizzjoni fuq vjolazzjoni u validità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-qrati tat-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandhom ġurisdizzjoni esklussiva fuq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull kawża ta’ vjolazzjoni u – jekk dawn huma permissibbli taħt il-liġi nazzjonali – kawżi dwar theddida ta’ vjolazzjoni ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea];</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-ġurisdizzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif ukoll għal kull dispożizzjoni tar-Regolament [Nru 44/2001] applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 94, il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96 għandhom jinfetħu fil-qrati tal-Istat Membru fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk huwa m’għandu domiċilju f’ebda Stat Membru, fejn huwa għandu stabbiliment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-konvenut ma jkollu la domiċilju u lanqas stabbiliment f’ebda wieħed mill-Istati Membri, dawn il-proċedimenti għandhom jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-attur għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk m’għandu domiċilju f’ebda wieħed mill-Istati Membri, fejn huwa għandu stabbiliment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk la l-konvenut u l-anqas l-attur mhuma hekk domiċiljati u lanqas m’għandhom tali stabbiliment, dawn il-proċedimenti għandhom jinġiebu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-[EUIPO]għandu s-sede tiegħu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="097.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96, bl-eċċezzjoni tal-kawżi għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark [tal-Unjoni Ewropea], jistgħu jinfetħu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn l-att ta’ vjolazzjoni ikun twettaq jew fejn tkun saret it-theddida, jew fejn jitwettaq att li jaqa’ taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 98 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-firxa tal-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Qorti ta’ trade marks [tal-Unjoni Ewropea] li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 97(1) sa (4) għandha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew mhedda fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Hummel Holding hija impriża stabbilita fid-Danimarka li tipproduċi artikoli għall-isport, ħwejjeġ għall-isport u għar-rikreazzjoni, kif ukoll żraben għall-isport u għar-rikreazzjoni. Din hija proprjetarja tat-trade mark figurattiva internazzjonali rreġistrata bin-numru 943057 u li tipproduċi effetti fl-Unjoni għal prodotti fil-klassi 25, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat, u li tikkorrispondi mad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Ħwejjeġ, xedd tas-saqajn u xedd ir-ras<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Nike, li għandha s-sede tagħha fl-Istati Uniti, hija l-kumpannija holding prinċipali tal-grupp Nike, li tikkummerċjalizza artikoli għall-isport fid-dinja kollha. Nike Retail, stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, tappartjeni wkoll għal dan il-grupp. Din tal-aħħar topera s-sit internet li fih il-prodotti ta’ Nike huma ppreżentati u proposti, b’mod partikolari b’destinazzjoni lejn il-Ġermanja. Minbarra l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom online f’dan is-sit internet, il-prodotti ta’ Nike jinbiegħu fil-Ġermanja bl-intermedju ta’ negozjanti indipendenti li jfornixxu ruħhom mingħand Nike Retail. Il-kumpanniji tal-grupp Nike ma joperawx direttament minn ħwienet li fihom isir bejgħ bil-gross jew bl-imnut fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Nike Deutschland GmbH, li s-sede tagħha tinsab fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja) u li ma hijiex parti fil-kawża prinċipali, hija, skont l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), sussidjarja ta’ Nike Retail. Nike Deutschland ma għandhiex sit internet proprju u ma tqassamx merkanzija lil konsumaturi finali jew lil intermedjarji. Min-naħa l-oħra, hija tinnegozja l-kuntratti bejn l-intermedjarji u Nike Retail u toffri l-assistenza tagħha lil din l-aħħar kumpannija għar-reklamar u għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti. Nike Deutschland tiżgura wkoll is-servizz ta’ wara l-bejgħ mal-konsumaturi finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Hummel Holding tikkunsidra li ċerti prodotti ta’ Nike, b’mod partikolari xorts tal-basketball, jikkostitwixxu vjolazzjoni fil-konfront tat-trade mark imsemmija fil-punt 13 ta’ din is-sentenza u ssostni li l-parti l-kbira tal-vjolazzjonijiet seħħew fil-Ġermanja. Hija ppreżentat, kontra Nike u Nike Retail, rikors quddiem il-Landgericht Düsseldorf (qorti reġjonali ta’ Düsseldorf, il‑Ġermanja), li ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni peress li Nike Deutschland kienet tikkostitwixxi stabbiliment ta’ Nike, filwaqt li ċaħdet ir-rikors fuq il-mertu. Hummel Holding ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Hummel Holding titlob il-waqfien tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tar-reklamar, tal-offerta, tat-tqegħid fis-suq u tal-kunsens għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti, minn naħa, f’dak li jikkonċerna t-territorju tal-Unjoni (sussidjarjament, it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja) f’dak li jikkonċerna Nike, u, min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna t-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’dak li jikkonċerna Nike Retail.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Nike u Nike Retail eċċepixxew in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi sabiex jiddeċiedu dwar r-rikors, fir-rigward tal-Unjoni kollha, li huwa ppreżentat kontra l-kumpanniji tal-grupp Nike, tista’ tirriżulta biss mill-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009. Hija tirrileva madankollu li l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ ta’ sussidjarji u ta’ sottosussidjarji indipendenti, hija kontroversjali u ma kinitx ġiet ikkjarifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Taħt liema kundizzjonijiet kumpannija ġuridikament indipendenti, stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni, li hija sottosussidjarja ta’ impriża li ma għandhiex hija stess is-sede tagħha fl-Unjoni, għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> ta’ din l-impriża fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-[Regolament Nru 207/2009]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li kumpannija legalment indipendenti stabbilita fi Stat Membru, li hija sottosussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma għandhiex is-sede tagħha fl-Unjoni, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ din l-impriża prinċipali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment speċifiku għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha titfittex billi jitqiesu mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840118">18 ta’ Jannar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Ekro</NAME.CASE>, <NO.CASE>327/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:11">EU:C:1984:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Abcur</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑544/13 u C‑545/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:481">EU:C:2015:481</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li dan il-kunċett ma huwiex iddefinit f’dan ir-regolament u dan ma jinkludi ebda riferiment għad-drittijiet nazzjonali sabiex jiġi ddeterminat is-sens tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet li huma espressament intiżi fih, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 għall-proċeduri li jikkonċernaw it-trade marks tal-Unjoni Ewropew u l-applikazzjonijiet għal tali trade marks, hekk kif jirriżulta speċifikament mill-premessa 16 tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll mill-Artikolu 94 u mill-Artikolu 97(1) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, bħall-Artikolu 5(5) tiegħu u l-Artikolu 18(2) tiegħu jirreferu huma wkoll għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, b’tali mod li ma għandux jiġi eskluż li t-tagħlim li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata ma’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jista’, sa ċertu punt, ikun rilevanti sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tar-Regolament Nru 207/2009, ma jistax madankollu jiġi kkunsidrat li dan il-kunċett għandu neċessarjament ikollu l-istess portata, skont jekk jintużax fil-kuntest ta’ wieħed jew ta’ ieħor minn dawn iż-żewġ regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja l-prinċipju tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 għall-kawżi mressqa li jirrigwardaw trade mark tal-Unjoni Ewropea, l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, u b’mod partikolari tar-regoli msemmija fl-Artikolu 4 tiegħu u fl-Artikolu 5(1) tiegħu, għall-proċeduri li jirriżultaw minn kawżi mressqa u minn talbiet imsemmija fl-Artikolu 96 tar-Regolament 207/2009, hija eskluża skont l-Artikolu 94(2) ta’ dan l-aħħar regolament. Fid-dawl ta’ din l-esklużjoni, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, previsti fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 207/2009 sabiex jiddeċiedu kawżi mressqa u talbiet imsemmija fl-Artikolu 96<?PAGE NO="7"?> tiegħu, tirriżulta mir-regoli previsti direttament minn dan ir-regolament, li għandhom in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta pparagunati mar-regoli stabbiliti mir-Regolament Nru 44/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1318">EU:C:2014:1318</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-Regolament Nru 44/2001, minn naħa, u r-Regolament Nru 207/2009, min-naħa l-oħra, huma intiżi li jilħqu għanijiet li ma humiex identiċi. Għalhekk, ir-Regolament Nru 44/2001 huwa intiż, skont il-premessi 12 u 13 tiegħu, sabiex jikkompleta d-domiċilju tal-konvenut permezz ta’ ġurisdizzjonijiet awtorizzati oħra minħabba r-rabta fil-qrib bejn il-qorti u t-tilwima jew sabiex tiġi ffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jew, fir-rigward tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ konsum u ta’ xogħol, sabiex tiġi protetta l-parti l-iktar dgħajfa permezz ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni iktar favorevoli għall-interessi tagħha milli huma r-regoli ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, ir-Regolament Nru 207/2009 għandu bħala għan, skont il-premessi 15 sa 17 tiegħu, li jsaħħaħ il-protezzjoni tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea u li jiġu evitati d-deċiżjonijiet kontradittorji tal-qrati kif ukoll ksur tan-natura unitarja ta’ dawn it-trade marks, permezz ta’ deċiżjonijiet tal-qrati tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li jipproduċu effett u li japplikaw għall-Unjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett għandhom ukoll jiġu ddeterminati l-elementi li jikkaratterizzaw il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li jittieħed inkunsiderazzjoni, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, mhux biss kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009 ma tinkludix preċiżazzjoni dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għall-finijiet tal-applikazzjoni tiegħu. Madankollu minn dan jirriżulta li konvenut, li ma għandux domiċilju fi ħdan l-Unjoni, jista’ jkollu fih stabbiliment wieħed jew iktar, li <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jidher jissuġġerixxi li, f’dan l-aħħar każ, il-qrati tal-Istati Membri differenti li fit-territorju tagħhom jinsabu tali stabbilimenti jistgħu wkoll jiġu aditi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest li jagħmel parti minnu l-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 207/2009, hemm lok li jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tiggarantixxi l-eżistenza ta’ ġurisdizzjoni fi ħdan l-Unjoni għat-tilwimiet kollha fil-qasam ta’ vjolazzjoni u ta’ validità ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu, li jinkludi diversi elementi dwar ġurisdizzjoni internazzjonali, jelenka, fil-paragrafi 1 sa 4 tiegħu, il-kriterji suċċessivi li jippermettu li jiġi ddeterminat l-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 98(1)(a) ta’ dan ir-regolament, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea fit-territorju kollu tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L‑Artikolu 97 tar-Regolament Nru 207/2009 jistabbilixxi prinċipalment, fil-paragrafu 1 tiegħu, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk dan ma huwiex iddomiċiljat f’wieħed mill-Istati Membri, tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandu stabbiliment. Huwa biss jekk il-konvenut ma jkollux la domiċilju u lanqas stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni li l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-artikolu jipprevedu rispettivament, sussidjarjament, ġurisdizzjoni favur il-qrati tad-domiċilju jew tal-istabbiliment tar-rikorrent u, sussidjarjament, ġurisdizzjoni favur qrati tal-Istat Membru li fih l-EUIPO għandu s-sede tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, dan jistabbilixxi, b’mod partikolari, ġurisdizzjoni favur qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-fatt ta’ vjolazzjoni twettaq jew teżisti theddida li jitwettaq, ipoteżi li fiha tali qorti madankollu għandha, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 207/2009, ġurisdizzjoni limitata fit-territorju tal-Istat Membru li tinsab fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li jipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tat-territorju tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment ta’ kumpannija li ma għandhiex is-sede tagħha fi ħdan l-Unjoni, mhux talli ma jikkostitwixxix eċċezzjoni għall-ġurisdizzjoni bħala prinċipju tad-domiċilju tal-konvenut, li tirriżulta<?PAGE NO="8"?> mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 44/2001 moqri fid-dawl tal-premessa 11 ta’ dan tal-aħħar, iżda pjuttost jirrappreżenta l-implementazzjoni tagħha, sabiex hija meħtieġa interpretazzjoni wiesgħa ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, in-natura ta’ prinċipju ġenerali li din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni għandha, li hija l-espressjoni tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">actor sequitur forum rei</HT>, hija spjegata mill-fatt li hija tippermetti lill-konvenut li jiddefendi ruħu, bħala prinċipju, iktar faċilment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Group Josi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:399">EU:C:2000:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Besix</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, dan huwa l-każ, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta parti jkollha tiddefendi ruħha quddiem il-qrati ta’ Stat li fih hija għandha stabbiliment u li fir-rigward tiegħu hija tinsab għalhekk f’sitwazzjoni ta’ ħafna iktar prossimità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk din l-interpretazzjoni ma tippreġudikax l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, imfakkra fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, peress li d-deċiżjonijiet tal-qrati tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li għandhom ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 207/2009 jipproduċu effett u japplikaw fl-Unjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Tal interpretazzjoni wiesgħa twassal li jiġi kkunsidrat li huma meħtieġa sinjali materjali li jippermettu faċilment li tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009. Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali eżistenza tirrikjedi, għalhekk, forma ta’ preżenza reali u stabbli, li minnha tiġi eżerċitata attività kummerċjali, u li hija mmanifestata bil-preżenza ta’ persunal kif ukoll tagħmir materjali. Minbarra dan, dan l-istabbiliment għandu jimmanifesta ruħu fit-tul lejn l-estern, bħala l-estenzjoni ta’ impriża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19781122">22 ta’ Novembru 1978</DATE>, <NAME.CASE>Somafer</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:205">EU:C:1978:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19810318">18 ta’ Marzu 1981</DATE>, <NAME.CASE>Blanckaert &amp; Willems</NAME.CASE>, <NO.CASE>139/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:70">EU:C:1981:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19871209">9 ta’ Diċembru 1987</DATE>, <NAME.CASE>SAR Schotte</NAME.CASE>, <NO.CASE>218/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:536">EU:C:1987:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Mahamdia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑154/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:491">EU:C:2012:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-istabbiliment, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ kumpannija li s-sede tagħha hija stabbilita barra mill-Unjoin ikollux personalità ġuridika jew le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Voogsgeerd</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:842">EU:C:2011:842</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, it-terzi għandhom ikunu jistgħu jibbażaw ruħhom fuq id-dehra maħluqa mill-istabbiliment li jaġixxi bħala estensjoni tal-impriża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19871209">9 ta’ Diċembru 1987</DATE>, <NAME.CASE>SAR Schotte</NAME.CASE>, <NO.CASE>218/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:536">EU:C:1987:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li l-kumpannija stabbilita fl-Istat Membru li l-qrati tiegħu huma aditi hija sottosussidjarja tal-kumpannija li s-sede tagħha hija stabbilita barra mill-Unjoni u mhux sussidjarja diretta tagħha hija wkoll irrilevanti, dejjem jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 37 ta’ din is-sentenza jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħala prinċipju, huwa irrilevanti, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li l-istabbiliment hekk iddeterminat kienx ipparteċipa jew le għall-vjolazzjoni allegata. Fil-fatt, tali rekwiżit, li ma huwiex previst fl-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009, barra minn hekk ma huwiex konċiljabbli man-neċessità ta’ interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> infakkar fil-punt 34 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, hemm lok li d-domanda magħmula tiġi risposta li l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija legalment indipendenti, stabbilita fi Stat Membru, li hija sottosussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma għandhiex is-sede tagħha fl-Unjoni, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din l-impriża prinċipali, peress li din is-sussidjarja hija ċentru ta’ operazzjonijiet li, fl-Istat Membru fejn hija tinsab, għandha forma ta’ preżenza reali u stabbli, li minnha tiġi eżerċitata attività kummerċjali, u li hija mmanifestata fit-tul lejn l-estern, bħala l-estensjoni ta’ din l-impriża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L‑ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 97(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija legalment indipendenti, stabbilita fi Stat Membru, li hija sottosussidjarja ta’ impriża prinċipali li ma għandhiex is-sede tagħha fl-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din l-impriża prinċipali, peress li din is-sussidjarja hija ċentru ta’ operazzjonijiet li, fl-Istat Membru fejn hija tinsab, għandha forma ta’ preżenza reali u stabbli, li minnha tiġi eżerċitata attività kummerċjali, u li hija mmanifestata fit-tul lejn l-estern, bħala l-estensjoni ta’ din l-impriża prinċipali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>