<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑99/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0099</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:391">EU:C:2017:391</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170518">18.5.2017</DATE> – KAWŻA C 99/16</P><P>LAHORGUE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 77/249/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat</KEYWORD><KEYWORD>Router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA)</KEYWORD><KEYWORD>Router <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>NPVA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ provvista lil avukat iskritt fil-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Miżura diskriminatorja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑99/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal de grande instance de Lyon (qorti reġjonali ta’ Lyon, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Jean-Philippe Lahorgue</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ordre des avocats du barreau de Lyon,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Conseil national des barreaux (CNB),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Conseil des barreaux européens (CCBE),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ordre des avocats du barreau de Luxembourg,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ministère public,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J.‑P. Lahorgue, minnu nnifsu, avukat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Ordre des avocats du barreau de Lyon, minn S. Bracq, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Conseil national des barreaux (CNB), minn J.‑P. Hordies u A.‑G. Haie, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk u H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE, tat-<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE>, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ inġunzjoni tal-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza), tal-Conseil national des barreaux (CNB) (kunsill nazzjonali tal-kmamar tal-avukati) u tal-Conseil des barreaux européens (CCBE) (kunsill tal-kmamar tal-avukati Ewropej) kif ukoll tal-Ordre des avocats du barreau de Luxembourg (kamra tal-avukati tal-Lussemburgu), f’proċedura għal miżuri provviżorji mressqa minn Jean‑Philippe Lahorgue u intiża sabiex jikseb deċiżjoni li l-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza) jagħtih, bħala fornitur ta’ servizzi transkonfinali, ir-router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati (NPVA) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>router NPVA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali jew quddiem l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitwettqu f’kull Stat Membru li jospita taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-avukati stabbiliti f’dak l-Istat, bl-eċċezzjoni ta’ xi kondizzjonijiet li jeħtieġu residenza, jew reġistrazzjoni ma’ organizzazzjoni professjonali, f’dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Avukat li jwettaq dawn l-attivitajiet għandu josserva r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu fl-Istat Membru li minnu jiġi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għat-twettiq ta’ l-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, Stat Membru jista’ jeħtieġ li avukati li għalihom japplika l-Artikolu 1:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jiġu introdotti, skond ir-regoli jew id-drawwiet lokali, lill-imħallef li jippresjedi u, meta approprjat, lill-President tal-Bar [tal-Kamra tal-Avukati] rilevanti fl-Istat Membru li jospita;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>jaħdmu flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni u li, meta neċessarju, ikollu jwieġeb lil dik l-awtorità, jew permezz ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>avoué<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>procuratore<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> li jipprattika quddiemha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 77/249, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jospita tista’ titlob lill-persuna li tipprovdi s-servizzi li tistabbilixxi l-kwalifiki tagħha bħala avukat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-avukati ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea stabbiliti b’mod permanenti f’wieħed mill-Istati Membri, l-Artikolu 202‑1 tad-Digriet Nru 91‑1197, tas-<DATE ISO="19911127">27 ta’ Novembru 1991</DATE>, li jirregola l-professjoni ta’ avukat jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Meta [tali] avukat jaċċetta r-rappreżentazzjoni jew id-difiża ta’ klijent fi proċeduri legali jew quddiem l-awtoritajiet pubbliċi, huwa jeżerċita il-funzjonijiet tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal avukat iskritt ma’ kamra tal-avukati Franċiża.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>F’materji ċivili, meta r-rappreżentazzjoni hija obbligatorja quddiem it-Tribunal de grande instance [qorti reġjonali], jista’ biss jirrappreżenta klijent wara li jistabbilixxi d-domiċilju tiegħu ma’ avukat stabbilit mill-qorti relevanti u li lilha ġew innotifikati b’mod validu l-atti proċedurali. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 748‑1 tal-Code de procédure civile (kodiċi tal-proċedura ċivili), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[i]d-dispaċċi, konsenji u notifiki tal-atti proċedurali, ta’ dokumenti, avviżi, twissijiet jew konvokazzjonijiet, ta’ rapporti, ta’ minuti kif ukoll ta’ kopji u konsenji ta’ ordni ta’ infurzar ta’ deċiżjonijiet ġurisdizzjonali jistgħu jitwettqu elettronikament taħt il-kundizzjonijiet u skont il-modalitajiet stabbiliti minn dan it-titolu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali imposti fuq l-użu ta’ dan il-metodu ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-appell, l-Artikolu 930‑1 tal-Code de procédure civile (kodiċi tal-proċedura ċivili) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fuq piena ta’ inammissibbiltà, li titqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, l-atti ta’ proċedura għandhom jintbagħtu lill-qorti elettronikament.</ALINEA><ALINEA>Meta att ma jistax jintbagħat elettronikament minħabba raġuni li ma hijiex taħt il-kontroll ta’ min qed jibagħtu, għandu jiġi stampat fuq karta u jintbagħat lir-reġistru. F’dan il-każ, id-dikjarazzjoni ta’ appell għandha tintbagħat lir-reġistru […]</ALINEA><ALINEA>L-avviżi, twissijiet jew konvokazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-avukati tal-partijiet elettronikament, sakemm dan ma jkunx impossibbli minħabba raġuni li ma hijiex taħt il-kontroll ta’ min qed jibagħthom.</ALINEA><ALINEA>Ordni tal-Garde des sceaux (ministru tal-ġustizzja) tiddefinixxi l-modalitajiet tal-iskambji elettroniċi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-digriet tas-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE> dwar il-komunikazzjoni elettronika quddiem il-qrati reġjonali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[l]-aċċess tal-avukati għas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika pprovduta mill-qrati jseħħ permezz tal-użu ta’ proċess ta’ konnessjoni ma’ netwerk indipendenti privat operat taħt ir-responsabbiltà tal-Conseil national des barreaux (kunsill nazzjonali tal-kmamar tal-avukati) imsemmija [NPVA].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 ta’ dan id-digriet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[i]s-sigurtà tal-konnessjoni tal-avukati man-NPVA hija ggarantita minn mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni. Dan il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq servizz ta’ ċertifikazzjoni li jiżgura l-awtentiċità tal-avukat individwali […]. Il-mekkaniżmu fih funzjoni ta’ verifikazzjoni tal-validità taċ-ċertifikat elettroniku. Dan jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni elettronika li jaġixxi f’isem il-Conseil national des barreaux (kunsill nazzjonali tal-kmamar tal-avukati), li għandu l-awtorità sabiex jiċċertifika.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-prattika, l-awtentifikazzjoni hija possibbli mill-fatt li ċ-ċertifikat elettroniku personali tal-avukat jintbagħat lir-reġistru nazzjonali tal-avukati, li huwa aġġornat awtomatikament permezz ta’ sinkronizzazzjoni kuljum mar-reġistri tal-avukati tal-kmamar tal-avukati Franċiżi kollha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>J. Lahorgue, ta’ nazzjonalità Franċiża, huwa avukat iskritt fl-Ordre des avocats du barreau de Luxembourg (kamra tal-avukati tal-Lussemburgu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Huwa talab lill-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza) sabiex jibbenefika minn router RPVA li jiffaċilita l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat fil-qasam tal-provvista transkonfinali tas-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-kamra tal-avukati ma laqatx it-talba ta’ J. Lahorgue minħabba l-fatt li ma kienx iskritt mal-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>J. Lahorgue ressaq ukoll proċedura għal miżuri provviżorji quddiem il-Tribunal de grande instance de Lyon (qorti reġjonali ta’ Lyon, Franza), fil-konfront b’mod partikolari tal-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza), sabiex din tal-aħħar tiġi ordnata tagħtih fi żmien tmint ijiem u taħt pagamenti ta’ penalità r-router NPVA sabiex ikun jista’ jeżegwixxi b’mod komplet il-professjoni ta’ avukat fi Franza u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal avukat Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-proċedura għal miżuri provviżorji, J. Lahorgue ssuġġerixxa li skont il-każ għandha ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi jekk ir-rifjut li jiġi pprovdut router NPVA lil avukat debitament iskritt mal-kamra tal-avukati ta’ Stat Membru, minħabba l-fatt biss li dan l-avukat ma huwiex iskritt fil-kamra tal-avukati tal-Istat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni ta’ avukat bħala fornitur liberu ta’ servizz, huwa kuntrarju għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249/KEE minħabba li jikkostitwixxi miżura diskriminatorja li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-professjoni bħala fornitur liberu ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kellha xi dubji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Ordre des avocats du barreau de Lyon (kamra tal-avukati ta’ Lyon, Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija kkunsidrat li, peress li l-eżerċizzju tar-rimedji f’materji kriminali jew soċjali ma fihx restrizzjoni, għal avukat ta’ Stat Membru ieħor, li tirrigwarda obbligu li jipprattika flimkien ma’ avukat membru tal-kamra tal-avukati tal-post tal-qorti kkunsidrata, jista’ jidher li ma huwiex konformi mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jiġi impost fuq avukat minn Stat Membru ieħor li jirrikorri għal avukat ieħor, meta l-aċċess liberu għal qrati permezz tar-router NPVA jkun jista’ jippermettilu l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal de grande instance de Lyon (qorti reġjonali ta’ Lyon, Franza), iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ir-rifjut li jiġi pprovdut router sikur [NPVA] lil avukat debitament iskritt mal-Kamra tal-Avukati ta’ Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċità l-professjoni ta’ avukat bħala fornitur liberu ta’ servizz huwa kuntrarju għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249/KEE minħabba li jikkostitwixxi miżura diskriminatorja li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-professjoni bħala fornitur liberu ta’ servizzi [f’ċirkustanzi fejn l-avukat lokali li flimkien jipprattika miegħu ma huwiex impost bil-liġi]?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hekk kif ġie korrettament sostnut mill-Gvern Franċiż u mill-Avukat Ġenerali, id-domanda hekk kif ifformulata mill-qorti tar-rinviju fiha affermazzjoni li ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali peress li tipprevedi s-sitwazzjoni ta’ avukat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>iskritt mal-Kamra tal-Avukati ta’ Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċità l-professjoni ta’ avukat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li ma huwiex il-każ ta’ J. Lahorgue.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-obbligu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha u, f’din l-ottika, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha, skont il-każ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew ippreżentati lilha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Danqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:789">EU:C:2016:789</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex għal din tal-aħħar li tiddeċiedi, fil-kuntest ta’ proċedura mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE, dwar il-kompatibbiltà tad-dritt intern mad-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>OTP Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑672/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), konsegwentement hemm lok, li wieħed jifhem li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-rifjut li jingħata router NPVA, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi jikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249, meta dan ir-rifjut jikkostitwixxi miżura diskriminatorja li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-professjoni bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-elementi tal-proċess ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika hija awtorizzata f’ċerti proċeduri, fosthom uħud f’materji kriminali jew soċjali, li fihom ir-rappreżentazzjoni minn avukat ma hijiex obbligatorja, jiġifieri l-proċeduri previsti mit-talba għal deċiżjoni preliminari. L-aċċess għal dan il-mezz ta’ komunikazzjoni huwa limitat għall-avukati iskritti f’kamra tal-avukati Franċiża. Fiż-żmien li fih seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, l-aċċess għal dan il-mezz ta’ komunikazzjoni kien, bħala prinċipju, limitat għall-avukati fil-ġurisdizzjoni tal-kamra tal-avukati rispettivi tagħhom. Għall-avukati stabbiliti fi Stat Membru ieħor, il-komunikazzjonijiet permezz ta’ depożitu fir-reġistru jew bil-posta huma l-uniċi awtorizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li r-restrizzjonijiet kollha għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, skont l-Artikolu 56 TFUE, għandhom jitneħħew b’mod partikolari sabiex il-fornitur ta’ servizzi, hekk kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, jeżerċita l-attività tiegħu fil-pajjiż fejn is-servizz huwa pprovdut taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fil-konfront taċ-ċittadini ta’ dak l-istess Stat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910710">10 ta’ Lulju 1991</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑294/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:302">EU:C:1991:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ġiet iċċarata minn avukati, permezz tad-Direttiva 77/249, li l-Artikolu 4(1) tiegħu jiddisponi li r-rappreżentanza legali ta’ klijent fi Stat Membru ieħor għandha tiġi eżerċitata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-avukati stabbiliti f’dak l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, bl-eċċezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kull kundizzjoni li teħtieġ residenza jew iskrizzjoni ma’ organizzazzjoni professjonali f’dak l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>AMOK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑289/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:669">EU:C:2003:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, tostakola fornitur ta’ servizzi mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:5">EU:C:2016:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawk il-miżuri nazzjonali li jipprojbixxu, ifixklu jew li jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din il-libertà jikkostitwixxu restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:5">EU:C:2016:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li r-rifjut li jingħata r-router NPVA lill-avukati mhux iskritti fi ħdan kamra tal-avukati Franċiża huwa ta’ natura tali li jista’ jfixkel jew irendi inqas attraenti l-eżerċizzju minn dawn tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li ma jistax ikollhom aċċess għall-iżmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri, dawn l-avukati għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-komunikazzjoni jew permezz ta’ preżentata fir-reġistru jew bil-posta, jew jagħmlu użu mill-assistenza ta’ avukat iskritt ma’ kamra tal-avukati Franċiża u li għandu router NPVA. Madankollu, dawn il-metodi ta’ komunikazzjoni alternattivi għall-komunikazzjoni elettronika huma iktar restrittivi u, bħala prinċipju, jiswew iktar minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rifjut li jinħareġ router NPVA lill-avukati mhux iskritti ma’ kamra tal-avukati Franċiża jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba n-natura partikolari tal-provvista ta’ servizzi tal-persuni mhux stabbiliti fl-Istat Membru fit-territorju fejn is-servizz għandu jiġi pprovdut, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kuntrarja għall-Artikoli 56 u 57 TFUE, li r-rekwiżit, dwar l-avukati, li l-persuna kkonċernata tkun iskritta f’kamra tal-avukati lokali għall-aċċess għas-servizz ta’ żmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri, dejjem jekk dan ir-rekwiżit huwa oġġettivament neċessarju sabiex jitħares l-interess ġenerali, li huwa b’mod partikolari marbut mal-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741203">3 ta’ Diċembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>van Binsbergen</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:131">EU:C:1974:131</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan huwa l-qafas li fih għandha tiġi interpretata d-Direttiva 77/249 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>427/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:98">EU:C:1988:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn dan, minn ġurisprudenza ferm stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-miżuri nazzjonali li jistgħu jfixklu jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE jistgħu madankollu jiġu ammessi bil-kundizzjoni li jissodisfaw għanijiet ta’ interess ġenerali, li jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061205">5 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cipolla <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/04 u C‑202/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:758">EU:C:2006:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑678/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2434">EU:C:2014:2434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ titqies li hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex biss jekk tkun tissodisfa verament l-intenzjoni li dan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sokoll-Seebacher</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:68">EU:C:2014:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifikaw ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jirriżultaw mir-rifjut li joħorġu router NPVA lill-avukati mhux iskritti f’kamra tal-avukati Franċiża, is-CNB u l-Gvern Franċiż jinvokaw il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Skont il-Gvern Franċiż, tali restrizzjoni hija ġġustifikata wkoll mill-protezzjoni tad-destinatarju finali ta’ servizzi ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, fi Franza, kull avukat ikollu ċertifikat elettroniku tiegħu stess li jippermettilu li jipprova l-kwalità tiegħu ta’ avukat iskritt ma’ kamra tal-avukati Franċiża u li awtorizzat jeżerċita l-professjoni tiegħu. Iċ-ċertifikat elettroniku ta’ kull avukat jintbagħat lir-reġistru nazzjonali tal-avukati, li huwa aġġornat awtomatikament permezz ta’ sinkronizzazzjoni ta’ kuljum mar-reġistri tal-avukati tal-kmamar tal-avukati Franċiżi kollha. Għalhekk, iċ-ċertifikat elettroniku għal kull avukat ikun validu sakemm l-avukat ikun iskritt fir-reġistru nazzjonali tal-avukati. Min-naħa l-oħra, meta avukat ma jkunx iktar iskritt f’dan id-direttorju, pereżempju għaliex jitneħħa mil-lista tal-kamra tal-avukati li kien fiha iskritt, iċ-ċertifikat elettroniku tiegħu jiskadi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad, minn naħa, li l-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari tad-destinatarji ta’ servizzi ġuridiċi pprovduti minn professjonisti legali, u, min-naħa l-oħra, ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja huma għanijiet inklużi fost dawk li jistgħu jitqiesu li huma raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061205">5 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cipolla <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/04 u C‑202/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:758">EU:C:2006:758</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hekk kif essenzjalment irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-protezzjoni tal-parti f’kawża bħala konsumatur finali tas-servizzi ġuridiċi u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja huma marbuta, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti ta’ stħarriġ tal-fornitur tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-NPVA u li hija intiża sabiex tiżgura li jkunu biss l-avukati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom li jkunu jistgħu jingħaqdu mal-NPVA jidhru, bħala tali, li huma xierqa sabiex tiġi żgurata l-kisba tal-għanijiet ta’ protezzjoni kemm tad-destinatarji tas-servizzi ġuridiċi kif ukoll tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura proporzjonata tar-rifjut li jingħata router NPVA lill-avukati stabbiliti fi Stat Membru ieħor, il-Gvern Franċiż josserva li dan ir-rifjut huwa spjegat mill-fatt li, fl-istat attwali tal-mezzi ta’ żmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, ma hemmx interoperabbiltà bejn ir-reġistri tal-avukati li jistgħu jeżistu fl-Istati Membri differenti. Minn dan jirriżulta li, meta jkun hemm konnessjoni mal-NPVA, is-sistema ta’ identifikazzjoni ma tkunx tista’ tivverifika l-validità taċ-ċertifikat elettroniku għall-avukati iskritti ma’ kamra tal-avukati Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk, f’dan il-każ, jistax jiġi żgurat li l-avukati stabbiliti fi Stat Membru ieħor għandhomx ikollhom, skont il-każ u għal ċerti użi, router NPVA f’kundizzjonijiet fejn il-protezzjoni tal-parti f’kawża bħala l-konsumatur finali tas-servizzi ġuridiċi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja humiex iggarantiti bl-istess mod bħal dawk li huma żgurati fil-każ tal-avukati iskritti fil-kamra tal-avukati Franċiża. Jekk dan huwa l-każ, ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mill-elementi tal-proċess ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-proċeduri fejn ir-rappreżentazzjoni minn avukat ma hijiex obbligatorja u li huwa l-każ fil-kawża prinċipali, il-komunikazzjoni tal-atti proċedurali b’mod elettroniku mal-qorti adita hija fakultattiva. Għalhekk, l-avukati kollha, inklużi dawk stabbiliti fi Stat Membru ieħor, jistgħu jikkomunikaw l-atti proċedurali tagħhom lil din il-qorti permezz ta’ preżentata fir-reġistru jew bil-posta, filwaqt li huma biss l-avukati tal-post tal-qorti kkonċernata li kellhom il-possibbiltà, skont il-każ, li jagħmlu użu mill-komunikazzjoni elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Iżda jekk jirriżulta li l-verifika tal-kwalità ta’ avukat ma tkunx meħtieġa b’mod sistematiku u konsistenti f’każ ta’ komunikazzjoni permezz ta’ preżentata fir-reġistru jew bil-posta, sabiex ikun żgurat kontroll tal-operatur tat-tip ekwivalenti għal dak previst permezz tat-twaqqif tas-sistema NPVA, ir-rifjut lill-avukati stabbiliti fi Stat Membru ieħor barra r-Repubblika Franċiża, illi jinħarġilhom router NPVA, ma jistax jitqies bħala konsistenti mal-għanijiet ta’ protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi ġuridiċi u tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl ta’ dan il-kriterju ta’ ekwivalenza, jekk ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex konsistenti ma dawk l-għanijiet. Jekk dan ma huwiex il-każ, ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li r-rifjut li jingħata router NPVA, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali rifjut, fir-rigward tal-kuntest fejn dan ġie kkontestat, jissodisfax verament l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jistgħu jiġġustifikawh u jekk ir-restrizzjonijiet li jimponi ma humiex sproporzjonati fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rifjut li jingħata router ta’ konnessjoni man-netwerk privat virtwali tal-avukati, maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil avukat debitament iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, għar-raġuni waħda li dan l-avukat ma jkunx iskritt f’kamra tal-avukati fl-ewwel Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċita l-professjoni tiegħu bħala fornitur liberu ta’ servizzi fil-każ fejn l-obbligu li jipprattika ma’ avukat ieħor ma huwiex impost bil-liġi, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE>, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali rifjut, fir-rigward tal-kuntest fejn dan ġie kkontestat, jissodisfax verament l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jistgħu jiġġustifikawh u jekk ir-restrizzjonijiet li jimponi ma humiex sproporzjonati fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>