|
23.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/12 |
DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-31 ta’ Mejju 2010
dwar il-post tas-sede tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
(2010/349/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 341 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju. |
|
(2) |
Il-post tas-sede tal-Uffiċċju tal-BEREC għandu jkun iddeterminat, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) għandu jkollu s-sede tiegħu f'Riga.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ġħandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2010.
Il-President
P. L. MARÍN URIBE