Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑401/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t‑talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa matul in‑notifika tal-appell lil L. Marcuccio fil-kuntest tal‑Kawża T‑20/09 P u, min‑naħa l‑oħra, talba għad-danni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Luigi Marcuccio huwa kkundanat għall-ispejjeż tal-appell.