|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3903 |
16.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
(C/2026/3903)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Francisco Néstor MONCADA LAU (nru 4), Rosario María MURILLO ZAMBRANA (nru 7), Gustavo Eduardo PORRAS CORTÉS (nru 8), Alba Luz RAMOS VANEGAS (nru 12), Juan Carlos ORTEGA MURILLO (nru 13), Camila Antonia ORTEGA MURILLO (nru 15), Laureano Facundo ORTEGA MURILLO (nru 16), Lumberto Ignacio CAMPBELL HOOKER (nru 19), Nahima Janett DÍAZ FLORES (nru 20) u l-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (entità nru 1), il-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entità msemmija hawn fuq b'informazzjoni jew dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni u l-entità huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi qabel it-23 ta' Lulju 2026 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3903/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)