9.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/406

tal-5 ta’ Marzu 2021

li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/91 u (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd proviżorji għall-2021 fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u minn korpi konsultattivi oħra, kif ukoll kwalunkwe parir li jasal mingħand il-kunsilli konsultattivi.

(2)

Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif ikun xieraq. Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l- opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu ffissati f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Għall-istokkijiet li huma soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, it-TACs jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet. Skont l-Artikolu 16(1) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri jridu jiżguraw li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk tal-ħut jew tip ta’ sajd.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita l-qabda totali permissibbli (TAC), f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, partikolarment fil-laqgħat tal-kunsilli konsultattivi.

(4)

Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni, għadd kbir ta’ stokkijiet saru stokkijiet kondiviżi. Il-Kummissjoni ser twettaq konsultazzjonijiet bilaterali mar-Renju Unit, konsultazzjonijiet bilaterali man-Norveġja u konsultazzjonijiet trilaterali mar-Renju Unit u man-Norveġja abbażi tal-abbozz ta’ pożizzjoni tal-Unjoni li għandu jiġi approvat mill-Kunsill. Peress li dawk il-konsultazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi, jenħtieġ li l-Kunsill, b’mod li jirrispetta bis-sħiħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) u d-drittijiet u l-obbligi tal-istati kostali, kif ukoll is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni tagħhom, jistabbilixxi TACs proviżorji li jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali u fl-ilmijiet li għalihom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jingħataw aċċess minn pajjiżi terzi.

(5)

Fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021. Il-Kunsill qabel li għandhom jiġu stabbiliti TACs proviżorji għall-istokkijiet kondiviżi ma’ pajjiżi terzi sakemm dawk il-konsultazzjonijiet jiġu konklużi f’konformità mal-qafas legali tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali jew, jekk dawn ma jkunux jistgħu jiġu konklużi b’suċċess, sakemm il-Kunsill jistabbilixxi TACs unilaterali tal-Unjoni fl-2021.

(6)

It-TACs proviżorji stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2021/91 (2) u (UE) 2021/92 (3), li jirriflettu l-qbil politiku milħuq fil-Kunsill, għandhom l-għan li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd proviżorji ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jostakolaw l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd definittivi f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali u l-eżitu tal-konsultazzjonijiet, il-qafas legali tal-Unjoni u l-parir xjentifiku. Bħala approċċ ġenerali, jenħtieġ li dawn jikkorrispondu għal 25 % tas-sehem tal-Unjoni tal-opportunitajiet tas-sajd iffissati għall-2020. Madankollu, f’għadd limitat ħafna ta’ każijiet jenħtieġ li jintuża perċentwal ieħor fejn l-istokkijiet jiġu mistada fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-bidu tas-sena. Dan l-approċċ huwa mingħajr preġudizzju għall-ishma tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (4) (‘Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni’), li ser jintużaw biex jiġu stabbiliti TACs definittivi.

(7)

Il-lista tal-istokkijiet li għalihom jenħtieġ li japplika perċentwal ogħla minn 25 %, jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-użu tal-kwota fl-ewwel trimestru tal-aħħar tliet snin (2018-2020) mill-Istati Membri li talbu TAC proviżorja ogħla. It-TACs proviżorji jenħtieġ li ma jaqbżux it-TACs definittivi potenzjali li, mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjonijiet li ġejjin mal-pajjiżi terzi, ġew ivvalutati f’konformità mal-parir xjentifiku u filwaqt li jitqiesu l-ishma tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni. Dawk iż-żidiet fit-TACs proviżorji huma f’konformità mal-parir tal-ICES, mal-qafas legali applikabbli tal-Unjoni, kif ukoll mal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni. Huma ser jippermettu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jużaw l-opportunitajiet tas-sajd li huma intitolati għalihom u li altrimenti kienu jkunu mċaħħda minnhom minħabba l-istaġjonalità tas-sajd tal-istokkijiet ikkonċernati.

(8)

Id-data ta’ kull xahar dwar il-qbid għal dawn l-aħħar snin, kif irrappurtata lill-Kummissjoni, tindika li xi stokkijiet oħra pelaġiċi u demersali jiġu mistada fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-bidu tas-sena. Għaldaqstant, abbażi ta’ dik id-data dwar il-qbid u f’konformità mal-parir xjentifiku, jenħtieġ li jiġi stabbilit perċentwal ogħla relattiv għas-sehem tal-Unjoni tal-opportunitajiet tas-sajd iffissati għall-2021 għat-TACs korrispondenti, mingħajr preġudizzju għal approċċ li jista’ jittieħed fi kwalunkwe ftehim u/jew konsultazzjoni futuri.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) 2021/91 u (UE) 2021/92 jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolamenti (UE) 2021/91 u (UE) 2021/92 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jdaħħal dan ir-Regolament marbutin mal-limiti tal-qbid jiddaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun u japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2021. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu u għadhom ma ġewx eżawriti. Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91

L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/91 huwa emendat f’konformità mal-Parti A tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) 2021/92

Ir-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness IA huwa emendat skont il-Parti B tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IB huwa emendat skont il-PartiC tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 31).

(4)  Il-Ftehim tal-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14).


ANNESS

PARTI A

Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2021/91 it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-fonsa ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

fonsa ħamra

Beryx spp.

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

(ALF/3X14-)

Sena

2021

 

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament

L-Irlanda

4

(1)

Spanja

29

(1)

Franza

8

(1)

Il-Portugall

82

(1)

L-Unjoni

123

(1)

Ir-Renju Unit

4

(1)

TAC

127

(1)

(1)

Għall-qabdiet inċidentali biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.”

PARTI B

L-Anness IA għar-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-minfaħ fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Minfaħ

Caproidae

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8

(BOR/678-)

Id-Danimarka

1 645

 

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament”

L-Irlanda

4 632

 

L-Unjoni

6 277

 

Ir-Renju Unit

426

 

 

TAC

6 703

 

(2)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-petriċa fiż-żona 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Petriċa

Lophiidae

Żona:

7

(ANF/07.)

Il-Belġju

1 468

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Il-Ġermanja

164

(1)

Spanja

583

(1)

Franza

9 419

(1)

L-Irlanda

1 204

(1)

In-Netherlands

190

(1)

L-Unjoni

13 028

(1)

Ir-Renju Unit

2 857

(1)

 

TAC

15 885

 

(1)

Kondizzjoni speċjali: li biha sa 10 % jistgħu jinqabdu fiż-żoni 8a, 8b, 8d u 8e (ANF/*8ABDE).”

(3)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merlangu fiż-żoni 7b, 7c, 7d, 7e, 7f, 7 g, 7h, 7j u 7k hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

Żona:

7b, 7c, 7d, 7e, 7f, 7 g, 7h, 7j u 7k

(WHG/7X7 A-C)

Il-Belġju

37

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 71) ta’ dan ir-Regolament”

Franza

2 258

 

L-Irlanda

1 629

 

In-Netherlands

18

 

L-Unjoni

3 942

 

Ir-Renju Unit

404

 

 

TAC

4 346

 

(4)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

(WHB/1X14)

Id-Danimarka

34 892

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Il-Ġermanja

13 566

(1)

Spanja

29 581

(1) (2)

Franza

24 282

(1)

L-Irlanda

27 019

(1)

In-Netherlands

42 546

(1)

Il-Portugall

2 748

(1) (2)

L-Iżvezja

8 631

(1)

L-Unjoni

183 265

(1) (3)

In-Norveġja

69 930

 

Il-Gżejjer Faeroe

7 000

 

Ir-Renju Unit

45 274

(1)

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta’ kwantità totali tal-aċċess ta’ 24 375 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu mhux iżjed mill-perċentwal li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 14,3 %.

(2)

Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa minn qabel bit-tali trasferimenti.

(3)

Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u fiż-żoni 8c, 9 u 10; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista’ tinqabad il-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika Norveġiża jew fiż-żona tas-sajd ta’ madwar Jan Mayen:

133 566 ”

(5)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fiż-żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(WHB/8C3411)

Spanja

25 065

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Il-Portugall

6 266

 

L-Unjoni

31 331

(1)

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u fiż-żoni 8c, 9 u 10; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista’ tinqabad il-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika Norveġiża jew fiż-żona tas-sajd ta’ madwar Jan Mayen:

133 566 ”

(6)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5 u 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5 u 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W

(WHB/24A567)

In-Norveġja

133 566

(1) (2)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament

Il-Gżejjer Faeroe

26 250

(3) (4)

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Jinqatgħu mil-kwota stabbilita min-Norveġja.

(2)

Kondizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona 4a ma għandhiex tkun iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04 A-C):

28 000

Din ir-restrizzjoni tal-qabda fiż-żona 4a tammonta għall-perċentwal tal-limitu tal-aċċess tan-Norveġja:

18 %

(3)

Jinqatgħu mil-kwota stabbilita mill-Gżejjer Faeroe.

(4)

Kondizzjonijiet speċjali: jistgħu jinqabdu wkoll fiż-żona 6b (WHB/*06B-C). Il-qabda fiż-żona 4a ma għandhiex tkun iktar mill-ammont li ġej (WHB/*04 A-C):

6 563 ”

(7)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu fiż-żona 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Skampu

Nephrops norvegicus

Żona:

7

(NEP/07.)

Spanja

252

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Franza

1 022

(1)

L-Irlanda

1 550

(1)

L-Unjoni

2 824

(1)

Ir-Renju Unit

1 379

(1)

 

TAC

4 203

(1)

(1)

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f’din iż-żona:

L-Unità Funzjonali 16 tas-subżona 7 tal-ICES (NEP/*07U16):

Spanja

437

Franza

274

L-Irlanda

526

L-Unjoni

1 237

Ir-Renju Unit

213”

(8)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żoni 7d u 7e hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona:

7d u 7e

(PLE/7DE.)

Il-Belġju

674

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Franza

2 247

 

L-Unjoni

2 921

 

Ir-Renju Unit

1 198

 

 

TAC

4 119 ”

 

(9)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-raja ondjata f’7d u 7e hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

7d u 7e

(RJU/7DE.)

Il-Belġju

13

(1)

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

L-Estonja

0

(1)

Franza

63

(1)

Il-Ġermanja

0

(1)

L-Irlanda

16

(1)

Il-Litwanja

0

(1)

In-Netherlands

0

(1)

Il-Portugall

0

(1)

Spanja

14

(1)

L-Unjoni

106

(1)

Ir-Renju Unit

35

(1)

 

TAC

141

(1)

(1)

Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. Din l-ispeċi tista’ tinħatt l-art sħiħa jew imsewwija biss. Id-dispożizzjonijiet ta’ qabel huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 57 ta’ dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.”

(10)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall fiż-żoni 3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3b, 3c u tas-suddiviżjonijiet 22-32 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kavall

Scomber scombrus

Żona:

3a u 4; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3b, 3c u tas-suddiviżjonijiet 22-32

(MAC/2A34.)

Il-Belġju

407

(1)(2)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Id-Danimarka

13 999

(1)(2)

Il-Ġermanja

424

(1)(2)

Franza

1 281

(1)(2)

In-Netherlands

1 289

(1)(2)

L-Iżvezja

3 821

(1) (2)(3)

L-Unjoni

21 221

(1) (2)

In-Norveġja

133 741

(4)

Ir-Renju Unit

1 194

(1)(2)

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, fiż-żewġ żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu iktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:

 

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 2a (MAC/*02AN-)

l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (MAC/*FRO1)

Il-Belġju

55

56

Id-Danimarka

1 887

1 929

Il-Ġermanja

57

59

Franza

173

176

In-Netherlands

174

178

L-Iżvezja

515

527

L-Unjoni

2 860

2 925

 

 

 

Ir-Renju Unit

161

165

(2)

Din il-kwota tista’ tinqabad ukoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4a (MAC/*4AN.).

(3)

Kondizzjoni speċjali: inkluż dan it-tunnellaġġ li jrid jinqabad fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a (MAC/*2A4AN):

190

Meta jkun qed isir is-sajd skont din il-kondizzjoni speċjali, il-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju, tal-merlangu u tal-pollakkju l-iswed iridu jingħaddu mal-kwoti ta’ dawk l-ispeċijiet.

(4)

Dan l-ammont irid jitnaqqas mis-sehem tat-TAC (mill-kwota tal-aċċess) tan-Norveġja. Dan l-ammont jinkludi s-sehem Norveġiż li ġej fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana:

38 778

Din il-kwota tista’ tinqabad biss fiż-żona 4a (MAC/*04 A.), ħlief għall-ammont li ġej, mogħti f’tunnellati, li jista’ jinqabad fiż-żona 3a (MAC/*03 A.):

2 100

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f’dawn iż-żoni:

 

3a

3a u 4bc

4b

4c

iż-żona 6, l-ilmijiet internazzjonali taż-żona 2a, mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

 

(MAC/*03 A.)

(MAC/*3A4BC)

(MAC/*04B.)

(MAC/*04C.)

(MAC/*2A6.)

Id-Danimarka

0

2891

0

0

8399

Franza

0

343

0

0

0

In-Netherlands

0

343

0

0

0

L-Iżvezja

0

0

273

7

2179

Ir-Renju Unit

0

343

0

0

0

In-Norveġja

2100

0

0

0

0”

(11)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall fiż-żoni 6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kavall

Scomber scombrus

Żona:

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 2a, 12 u 14

(MAC/2CX14-)

Il-Ġermanja

17 562

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Spanja

19

(1)

L-Estonja

146

(1)

Franza

11 709

(1)

L-Irlanda

58 539

(1)

Il-Latvja

108

(1)

Il-Litwanja

108

(1)

In-Netherlands

25 610

(1)

Il-Polonja

1 237

(1)

L-Unjoni

115 038

(1)

In-Norveġja

12 369

(2) (3)

Il-Gżejjer Faeroe

26 142

(4)

Ir-Renju Unit

160 985

(1)

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Kondizzjoni speċjali: li biha sa 25 % jistgħu jsiru disponibbli għal skambji li għandhom jinqabdu minn Spanja, Franza u l-Portugall fiż-żoni 8c, 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (MAC/*8C910).

(2)

Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona 2a, fiż-żona 6a fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u fiż-żoni 4a, 7d, 7e, 7f u 7h (MAC/*AX7H).

(3)

L-ammont tal-limitu ta’ aċċess indikat hawn taħt (MAC/*N5630), f’tunnellati, jista’ jinqabad min-Norveġja fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N. L-ammonti mhux meqjusa taħt in-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna għandhom jinqatgħu mil-limitu ta’ qbid stabbilit min-Norveġja.

28 659

(4)

Dan l-ammont għandu jitnaqqas mil-limitu ta’ qbid (mill-kwota tal-aċċess) tal-Gżejjer Faeroe. Jista’ jinqabad biss fiż-żona 6a fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N (MAC/*6AN56). Madankollu, mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, din il-kwota tista’ tinqabad ukoll fiż-żona 2a u fiż-żona 4a fit-Tramuntana ta’ 59° (iż-żona tal-UE) (MAC/*24N59).

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f’dawn iż-żoni u l-perijodi:

 

l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4a. Matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 2a

l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

 

(MAC/*4 A-EN)

(MAC/*2AN-)

(MAC/*FRO2)

Il-Ġermanja

10 599

1 428

1 461

Franza

7 067

951

974

L-Irlanda

35 330

4 762

4 871

In-Netherlands

15 457

2 082

2 131

L-Unjoni

68 453

9 223

9 437

Ir-Renju Unit

97 162

13 097

13 395 ”

(12)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kavall fiż-żoni 8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kavall

Scomber scombrus

Żona:

8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

(MAC/8C3411)

Spanja

24 990

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Franza

166

(1)

Il-Portugall

5 165

(1)

L-Unjoni

30 321

 

 

TAC

Mhux rilevanti

(1)

Kondizzjoni speċjali: il-kwantitajiet li jistgħu jiġu skambjati ma’ Stati Membri oħrajn jistgħu jinqabdu fiż-żoni 8a, 8b u 8d (MAC/*8ABD.). Madankollu, il-kwantitajiet li Spanja, il-Portugall u Franza jipprovdu għall-finijiet tal-iskambji u li jridu jinqabdu fiż-żoni 8a, 8b u 8d ma għandhomx jaqbżu l-25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f’din iż-żona:

8b (MAC/*08B.)

Spanja

2 099

Franza

14

Il-Portugall

433”

(13)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

(SOL/24-C.)

Il-Belġju

731

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Id-Danimarka

334

 

Il-Ġermanja

585

 

Franza

146

 

In-Netherlands

6 597

 

L-Unjoni

8 393

 

In-Norveġja

5

(1)

Ir-Renju Unit

376

 

 

TAC

8 774

 

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4 (SOL/*04-C.).”

(14)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni 7b u 7c hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

7b u 7c

(SOL/7BC.)

Franza

6

 

TAC prekawzjonarja”

L-Irlanda

28

 

L-Unjoni

34

 

 

TAC

34

 

(15)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona 7d hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

7d

(SOL/07D.)

Il-Belġju

339

 

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament”

Franza

678

 

L-Unjoni

1 017

 

Ir-Renju Unit

242

 

 

TAC

1 259

 

(16)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4a; 6, 7a-c,7e-k, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati

Trachurus spp

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4a; 6, 7a-c,7e-k, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14

(JAX/2 A-14)

Id-Danimarka

5 457

(1) (3)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Il-Ġermanja

4 258

(1) (2) (3)

Spanja

5 808

(3) (5)

Franza

2 191

(1) (2) (3) (5)

L-Irlanda

14 181

(1) (3)

In-Netherlands

17 085

(1) (2) (3)

Il-Portugall

559

(3) (5)

L-Iżvezja

540

(1) (3)

L-Unjoni

50 079

(3)

Il-Gżejjer Faeroe

1 280

(4)

Ir-Renju Unit

5 135

(1) (2) (3)

 

TAC

56 494

 

(1)

Kondizzjoni speċjali: sa 5 % minn din il-kwota li tinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a jew taż-żona 4a qabel it-30 ta’ Ġunju tista’ tingħadd bħala kwota li nqabdet fil-kuntest tal-kwota għall-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4b, 4c u 7d (JAX/*2A4AC).

(2)

Kondizzjoni speċjali: sa 5 % minn din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona 7d (JAX/*07D.). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f’konformità man-nota 3 f’qiegħ il-paġna, il-qabdiet inċidentali tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati b’mod separat b’dan il-kodiċi: (OTH/*07D.).

(3)

Sa 5 % mill-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall (OTH/*2 A-14). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet inċidentali ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(4)

Din il-kwota hija limitata għaż-żoni 4a, 6a (il-parti li tinsab fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N biss), 7e, 7f u 7 h.

(5)

Kondizzjoni speċjali: sa 80 % minn din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona 8c (JAX/*08C2). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f’konformità man-nota 3 f’qiegħ il-paġna, il-qabdiet inċidentali tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati b’mod separat b’dan il-kodiċi: (OTH/*08C2).”

PARTI C

L-Anness IB għar-Regolament (UE) 2021/92 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni, dawk tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

(HER/1/2-)

Il-Belġju

10

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament

Id-Danimarka

9 965

(1)

Il-Ġermanja

1 745

(1)

Spanja

33

(1)

Franza

430

(1)

L-Irlanda

2 580

(1)

In-Netherlands

3 566

(1)

Il-Polonja

504

(1)

Il-Portugall

33

(1)

Il-Finlandja

154

(1)

L-Iżvezja

3 692

(1)

L-Unjoni

22 713

(1)

Ir-Renju Unit

6 371

(1)

Il-Gżejjer Faeroe

5 950

(2)(3)

In-Norveġja

26 175

(2)(4)

 

TAC

446 755

 

(1)

Meta jiġu rrappurtati l-qabdiet lill-Kummissjoni, għandhom jiġu rrappurtati wkoll il-kwantitajiet li jkunu nqabdu f’kull waħda miż-żoni li ġejjin: iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC u l-ilmijiet tal-Unjoni.

(2)

Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni fit-Tramuntana ta’ 62° N.

(3)

Jinqatgħu mil-limiti tal-qbid tal-Gżejjer Faeroe.

(4)

Jinqatgħu mil-limiti tal-qbid tan-Norveġja.

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt f’dawn iż-żoni:

l-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta’ 62° N u ż-żona tas-sajd ta’ madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN)

26 175

iż-żoni 2 u 5b fit-Tramuntana ta’ 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) (HER/*25B-F)

Il-Belġju

2

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament”

Id-Danimarka

2 040

Il-Ġermanja

357

Spanja

7

Franza

88

L-Irlanda

528

In-Netherlands

729

Il-Polonja

103

Il-Portugall

7

Il-Finlandja

31

L-Iżvezja

756

Ir-Renju Unit

1 303

(2)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

(COD/1N2AB.)

Il-Ġermanja

1 300

 

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Japplika l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament”

Il-Greċja

161

 

Spanja

1 450

 

L-Irlanda

161

 

Franza

1 194

 

Il-Portugall

1 450

 

L-Unjoni

5 716

 

Ir-Renju Unit

5 044

 

 

TAC

Mhux rilevanti