<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑221/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0221</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2286">EU:C:2014:2286</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141015">15.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑221/13</P><P>MASCELLANI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 97/81/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC</KEYWORD><KEYWORD>Trasformazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt full-time mingħajr kunsens tal-ħaddiem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑221/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale ordinario di Trento (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Teresa Mascellani</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Giustizia,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, C. Toader, E. Jarašiūnas (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T. Mascellani, minn F. Valcanover, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Russo u G. Fiengo, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn T. Mascellani u l-Ministero della Giustizia (Ministeru tal-Ġustizzja) dwar deċiżjoni li tordna l-bdil tal-kuntratt ta’ xogħol part-time tagħha f’kuntratt full-time.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 97/81 jispeċifika li l-iskop ta’ din id-direttiva huwa li timplementa l-Ftehim Qafas bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali inġenerali, jiġifieri l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ min Iħaddem Ewropea (UNICE), Iċ-Ċentru Ewropew tal-Intrapriżi Pubbliċi (ĊEEP) u Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (CES), kif ipprovdut fl-Anness ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Waqt li jirrikonoxxu d-diversità tas-sitwazzjonjiet fl-Istati Membri u waqt li jagħrfu li x-xogħol part-time huwa karatteristika ta’ l-impjieg f’ċerti setturi u attivitajiet, dan il-ftehim jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet minimi li għandhom x’jaqsmu max-xogħol part-time. Turi d-disposizzjoni ta’ l-imsieħba soċjali li jistabbilixxu qafas ġenerali għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontra ħaddiema part-time u li jgħinu l-iżvilupp ta’ l-opportunitajiet għal xogħol part-time fuq bażi aċċettabbli għal min iħaddem u għall-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Klawżola 1 ta’ dan il-ftehim tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-iskop ta’ dan il-Ftehim Qafas hu:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jipprovdi għat-tneħħija tad-diskriminazzjoni kontra ħaddiema part-time u li jtejjeb il-kwalità ta’ xogħol part-time;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ xogħol part-time fuq bażi volontarja u li jikkontribwixxi għall-organizzazzjoni flessibbli ta’ ħin ta’ xogħol b’tali mod li jieħu inkonsiderazzjoni il-bżonnijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Klawżola 3 tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-iskop ta’ dan il-ftehim:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ħaddiem full-time ta’ l-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifisser ħaddiem full-time fl-istess stabbiliment li għandu l-istess tip ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni, li hu mqabbad biex jaħdem fl-istess xogħol/okkupazzjoni simili, b’kont meħud tal-konsiderazzjonijiet l-oħra li jistgħu jinkludu l-anzjanità u l-kwalifikazzjoni/ kapaċità.</TXT><?PAGE NO="3"?><P>Meta m’hemmx ħaddiem full-time ta’ l-istess tip fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir b’referenza għall-ftehim kollettiv, jew meta ma hemmx ftehim kollettiv applikabbli, skond il-liġi nazzjonali, ftehim kollettiv u prattika.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Klawżola 4 tal-imsemmi Ftehim Qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ir-rifjut ta’ ħaddiem li jiġi trasferit minn xogħol full-time għal part-time jew viċe versa m’għandux b’daqshekk jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni ta’ impjieg, mingħajr preġudizzju għat-terminazzjoni skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv u l-prattika, għal raġunijiet oħra li jistgħu jiġu ikkawżati minn ħtiġiet operazzjonali ta’ l-istabbiliment ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 183, dwar id-delegi lill-Gvern fil-qasam ta’ xogħlijiet diffiċli u tqal, ta’ organizzazzjoni mill-ġdid ta’ organi, ta’ leave, disponibbiltajiet u assenzi awtorizzati, ta’ miżuri ta’ protezzjoni soċjali, ta’ servizzi għall-impjieg, miżuri biex jinkoraġġixxu l-impjieg, it-tagħlim u l-impjieg tan-nisa, miżuri kontra x-xogħol mhux iddikjarat u dispożizzjonijiet ta’ impjieg fis-settur pubbliku u ta’ kunflitti tax-xogħol (Legge n. 183 — Deleghe al Governo in materia di lavori usuranti, di riorganizzazione di enti, di congedi, aspettative e permessi, di ammortizzatori sociali, di servizi per l’impiego, dì incentivi all’occupazione, di apprendistato, di occupazione femminile, nonché misure contro il lavoro sommerso e disposizioni in tema di lavoro pubblico e di controversie di lavoro) tal-<DATE ISO="20101104">4 ta’ Novembru 2010</DATE>, (suppliment normali fil-GURI Nru 262, tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Liġi Nru 183/2010<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jipprovdi li, fl-istadju tal-ewwel applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti bl-Artikolu 73 tad-Digriet Liġi Nru 112, tal-<DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE> (suppliment normali fil-GURI Nru 147, tal-<DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE>), l-amministrazzjonijiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165 tat-<DATE ISO="20010330">30 ta’ Marzu 2001</DATE>, sussegwentement emendat, għandhom il-fakultà, f’terminu ta’ 180 jum li jibdew jiddekorru mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 183/2010, b’osservanza tal-prinċipji ta’ korrezzjoni u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, li jevalwaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ trasformazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol full-time f’kuntratt part-time diġà adottati qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi Digriet Liġi Nru 112 tal-2008, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 133 tas-<DATE ISO="20080806">6 ta’ Awwissu 2008</DATE> (suppliment normali fil-GURI Nru 195, tal-<DATE ISO="20080821">21 ta’ Awwissu 2008</DATE>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija impjegata fil-Ministero della Giustizia, fid-dipartiment tal-qorti tar-rinviju li fih teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’mod part-time. Mit-<DATE ISO="20000828">28 ta’ Awwissu 2000</DATE>, hija taħdem nofs il-ħin, maqsum fuq tliet ijiem tal-ġimgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 183/2010, il-Ministero della Giustizia, bid-Deċiżjoni Nru 20384, tat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, ipproċeda b’eżami mill-ġdid tal-iskema part-time mogħtija lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u, skont l-Artikolu 16 ta’ din il-liġi, unilateralment temm din l-iskema billi impona skema full-time b’xogħol maqsum fuq sitt ijiem mill-<DATE ISO="20110401">1 ta’ April 2011</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110316">16 ta’ Marzu 2011</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali informat lill-Ministero della Giustizia li hija kienet topponi l-bdil tal-iskema ta’ xogħol part-time fi skema full-time. Id-direttur amministrattiv tat-Tribunale ordinario di Trento (qorti ta’ Trento), bid-Deċiżjoni Nru 1882, tal-<DATE ISO="20110321">21 ta’ Marzu 2011</DATE>, ordna lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali biex issegwi din l-iskema l-ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali adixxiet lill-qorti tar-rinviju sabiex tikseb l-annullament tal-imsemmija deċiżjonijiet tal-Ministero della Giustizia u tad-direttur amministrattiv. Hija tindika li, permezz tal-iskema ta’ xogħol part-time, hija setgħet tiddedika l-ħin liberu tagħha għall-familja tagħha u għat-tagħlim professjonali tagħha. Hija tqis li d-Direttiva 97/81 tistabbilixxi prinċipju li abbażi tiegħu l-ħaddiem ma jistax ikollu xogħlu mibdul minn part-time għal full-time kontra r-rieda tiegħu u li, konsegwentement, l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 183/2010 jikser din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Ministero della Giustizia jsostni, min-naħa tiegħu, li l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 183/2010, ma jiksirx id-Direttiva 97/81.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li l-imsemmi Artikolu 16, billi jippermetti lill-persuna li timpjega li tbiddel kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time kontra r-rieda tal-ħaddiem, jikser id-Direttiva 97/81 sa fejn dan l-artikolu huwa diskriminatorju fir-rigward tal-ħaddiem part-time li, b’differenza mill-ħaddiema full-time, huma suġġetti għas-setgħa tal-persuna li timpjega pubblika li temenda unilateralment it-tul ta’ xogħolhom. Skont din il-qorti, tali miżura ma tikkontribwix għall-iżvilupp ta’ possibbiltajiet ta’ xogħol part-time kemm għall-persuni li jimpjegaw kif ukoll għall-ħaddiema. Barra minn hekk, hija tqis li din l-istess miżura nazzjonali tikser il-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas li teżiġi, fil-fehma tagħha, fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ tkeċċija li hija tistabbilixxi, il-kunsens tal-ħaddiem jekk tali bdil tal-kuntratt ta’ xogħol ikun ippjanat mill-persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunale ordinario di Trento ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Il-Klawżola 5(2) tal-ftehim[-qafas] implementat mid-Direttiva 97/81[…] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri ma jitħallewx jipprevedu l-possibbiltà għall-persuna li timpjega li tordna t-tibdil tal-kuntratt ta’ xogħol part-time għal kuntratt full-time, anki kontra r-rieda tal-ħaddiem?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-istess direttiva tipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 16 tal-liġi Nru 183[/2010] tipprevedi l-possibbiltà għall-persuna li timpjega li tordna t-tibdil tal-kuntratt ta’ xogħol part-time għal kuntratt full-time, anki kontra r-rieda tal-ħaddiem?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Billi l-qorti tar-rinviju tirreferi, fit-tieni domanda tagħha, għad-Direttiva 97/81, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, din tal-aħħar hija intiża biex timplementa l-Ftehim Qafas. F’din il-kawża, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-qorti tistaqsi jekk il-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time skont l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 183/2010, mingħajr il-kunsens ta’ T. Mascellani, jiksirx id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-Ftehim Qafas, b’mod partikolari l-Klawżola 5(2) tiegħu, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha l-persuna li timpjega tista’ tordna l-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-Direttiva 97/81 u l-Ftehim Qafas huma intiżi, minn naħa, biex jippromwovu x-xogħol part-time u, min-naħa l-oħra, biex jeliminaw id-diskriminazzjonijiet bejn il-ħaddiema part-time u l-ħaddiema full-time (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑395/08 u C‑396/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 24 u 77, kif ukoll Michaeler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑55/07 u C‑56/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:248">EU:C:2008:248</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva 97/81 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Essen enfasizzaw il-bżonn li jittieħdu miżuri biex jippromwovu l-impjieg u l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, u talbu li jittieħdu miżuri bl-iskop li fit-tkabbir tiżdied l-intensità ta’ l-impjiegi, b’mod partikolari permezz ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol iktar flessibbli b’tali mod li tissodisfa kemm ix-xewqat tal-ħaddiema kif ukoll il-bżonnijiet tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Barra minn hekk, mill-premessa 11 ta’ din id-direttiva u mit-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas jirriżulta li dan tal-aħħar jixhed ir-rieda tal-imsieħba soċjali li jikkontribwixxu fl-iżvilupp tal-possibbiltajiet ta’ xogħol part-time fuq bażi aċċettabbli għall-persuni li jimpjegaw u għall-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, il-premessa 14 tad-Direttiva 97/81 tistabbilixxi li l-Ftehim Qafas jorbot lill-Istati Membri fir-rigward tar-riżultat li għandu jintlaħaq, iżda jħalli l-kompetenza dwar il-forma u l-mezzi f’idejn l-istanzi nazzjonali. Mit-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim Qafas jirriżulta wkoll li dan tal-aħħar jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-obbligi minimi marbuta max-xogħol part-time. Skont il-premessa 6 tal-Ftehim Qafas, dan il-ftehim jirreferi lura lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji ġenerali, obbligi minimi u dispożizzjonijiet, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni f’kull Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fost l-imsemmija obbligi minimi hemm dak stabbilit fil-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[i]r-rifjut ta’ ħaddiem li jiġi trasferit minn xogħol full-time għal part-time jew viċe versa m’għandux b’daqshekk jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni ta’ impjieg, mingħajr preġudizzju għat-terminazzjoni […] għal raġunijiet oħra li jistgħu jiġu ikkawżati minn ħtiġiet operazzjonali ta’ l-istabbiliment ikkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn din il-klawżola jirriżulta li dan tal-aħħar ma jimponix fuq l-Istati Membri l-ħtieġa li jadottaw leġiżlazzjoni li tissuġġetta għall-kunsens tal-ħaddiem il-bdil tal-kuntratt tiegħu ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol part-time. Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni hija intiża biss li teskludi li r-rifjut ta’ ħaddiem, fir-rigward ta’ tali bdil tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, tkun l-uniku raġuni għat-tkeċċija tiegħu, fl-assenza ta’ raġunijiet oġġettivi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas ma tipprekludix leġiżlazzjoni li tippermetti lill-persuna li timpjega milli tordna, għal tali raġunijiet, il-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali leġiżlazzjoni għandha tkun konformi mal-għan tal-Ftehim Qafas, li jikkonsisti b’mod partikolari, kif stabbilit fil-Klawżola 1(b) ta’ dan tal-aħħar, biex jikkontribwixxi għall-organizzazzjoni flessibbli ta’ ħin ta’ xogħol b’tali mod li jieħu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet tal-persuni li jimpjegaw u tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju tqis li l-possibbiltà ta’ bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem huwa diskriminatorju, għandu jitfakkar li, skont l-għan li jiġu eliminati d-diskriminazzjonijiet bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time mfittex mill-Ftehim Qafas, il-Klawżola 4 ta’ dan tal-aħħar, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg, jipprekludi li ħaddiema part-time jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time paragunabbli sempliċement għaliex huma jaħdmu part-time, sakemm trattament differenti jkun iġġustifikat minn raġunijiet oġġettivi (sentenza Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, li sitwazzjoni li fiha kuntratt ta’ xogħol part-time jinbidel f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat u sitwazzjoni li fiha ħaddiem ikollu l-kuntratt ta’ xogħol full-time<?PAGE NO="6"?> mibdul f’kuntratt ta’ xogħol part-time kontra r-rieda tiegħu, ma jistgħux jitqiesu bħala sitwazzjonijiet paragunabbli, għaliex it-tnaqqis ta’ ħin ta’ xogħol ma jwassalx għall-istess konsegwenzi bħaż-żieda tal-ħin ta’ xogħol, b’mod partikolari, fuq il-pjan ta’ remunerazzjoni tal-ħaddiem, li tikkostitwixxi l-korrispettiv tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Ftehim Qafas, b’mod partikolari l-Klawżola 5(2) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali, li abbażi tagħha l-persuna li timpjega tista’ tordna l-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, b’mod partikolari l-Klawżola 5(2) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, f’sitwazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali, li abbażi tagħha l-persuna li timpjega tista’ tordna l-bdil ta’ kuntratt ta’ xogħol part-time f’kuntratt ta’ xogħol full-time mingħajr il-kunsens tal-ħaddiem ikkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>