Official Journal L 071 , 14/03/1987 P. 0036 - 0036
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 1987 dwar il-konklużjoni finali f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta' l-Iżvezja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika ta' l-Awstrija (87/183/Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 miġjub fih, Billi l-Ftehim Qafasgħal koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta' l-Isvizzera [1], il-Konfederazzjoni Svizzera [2], ir-Repubblika tal-Finlandja [3], ir-Renju tan-Norveġja [4] u r-Repubblika ta' l-Awstrija [5] ġew iffirmati fit-13 ta' Jannar 1986, fit-8 ta' Jannar 1986, fid-29 ta' April 1986, fis-27 ta' Ġunju 1986 u fil-15 ta' Lulju 1986, rispettivament; Billi bid-Deċiżjoni tad-9 ta' Frar 1987, il-Kunsill approva dawk il-Ftehim Qafasgħall-għanijiet ta' konklużjoni finali mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika; Billi dawk il-Ftehim Qafas għandhom jiġu konklużi finalment f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Renju ta' l-Isvezja, il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika ta' l-Awstrija huma hawnhekk konklużi f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Artikolu 2 Il-President tal-Kummissjoni għandha tagħti n-notifika provvduta fl-Artikolu 13 tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Magħmul fi Brussell, fid-9 ta' Marzu 1987 Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Viċi-President [1] ĠU L 313, tat-22 11. 1985, p. 1. [2] ĠU L 313, tat-22 11. 1985, p. 5. [3] ĠU L 78, ta' l-24.3.1986, p. 23. [4] ĠU L 78, ta' l-24.3.1986, p. 26. [5] ĠU L 216, tal-5.8.1986, p. 7. --------------------------------------------------