Official Journal L 145 , 08/06/1990 P. 0035 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0220
Deċiżjoni tal-kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 1990 li tistabbilixxi metodi għall-munitraġġ tal-kapaċità u għall-valutazzjoni tal-valur ġenetiku tan-ngħaġ u tal-mogħoż tat-tgħammir ta’ razza pura. (90/256/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna ngħaġ u mogħoż tat-tgħammir ta’ razza pura [1], u b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 4 tagħha, Billi l-metodi għal-munitraġġ tal-kapaċità u għall-valutazzjoni tal-valur ġenetiku tan-ngħaġ u mogħoż tat-tgħammir ta’ razza pura diġà applikati fl-Istati Membri huma ħafna l-istess; Billi hu għalhekk neċessarju biex tqarreb kemm jista’ jkun ir-regoli dettaljati fuq dawn il-metodi sabiex ir-riżultati jkunu komparabbli; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq iż-Żuteknika, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-metodi ta’ munitraġġ tal-kapaċità u l-assessjar tal-valur ġenetiku tan-ngħaġ u mogħoż tat-tgħammir ta’ razza pura għandha tkun kif stabbilita fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Mejju 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 153, tas-6.6.1989, pġ. 30. -------------------------------------------------- ANNESS Il-mertu ġenetiku tan-ngħaġ u mogħoż tat-tgħammir ta’ razza pura għandu jkun kalkulat billi tuża wieħed jew kombinazzjoni tal-metodi li ġejjin. Id-data kollha li tirriżulta mit-testijiet trid tkun aċċessibbli lill-awtorità kompetenti. Ir-riżultati finali għandhom ikunu aċċessibli. I. Testjar tal-kapaċità 1. Testjar tal-kapaċità fuq stazzjon (a) L-isem ta’ l-entità jew l-awtorità responsabbli għall-istazzjoni u l-isem ta’ l-awtorità responsabbli għall-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżultati għandhom jingħataw. (b) Id-disinn tat-test għandu jkun magħruf. (ċ) L-affarijiet li ġejjin għandhom ikunu magħrufa b’mod ċar: - kondizzjonijiet għall-aċċetazzjonijiet fi stazzjon u ta’ età massima partikolari jew ta’ piż ta’ annimali żgħar tat-tgħammir fil-bidu tat-test u n-numru t’annimali, - it-tul tal-perjodu tat-test fl-istazzjon u l-piż finali, - tip ta’ dieta u sistema biex titma. (d) Il-karatteristiċi rekordjati (per eżempju piż ħaj, konverżjoni ta’ l-ikel, stimatur tal-komposizzjoni tal-ġisem, produzzjoni tal-ħalib, komposizzjoni tal-ħalib, kwalità tal-produzzjoni tas-suf jew kwalunkwe data relevanti oħra) għandha tkun magħrufa. (e) Il-metodu użat għall-istima tal-mertu ġenetiku jrid ikun xjentifikament aċċettabbli skond il-prinċipji żutekniċi stabbiliti. Il-mertu ġenetiku tat-testjar ta’ l-annimali tat-tgħammir jrid ikun magħruf bħala l-valur tat-tgħammir jew tqabbil kontemporanju ta’ kull karatteristika. 2. Testjar ta’ kapaċità f’razzett Test ta’ kapaċità għandu jsir fuq razzett dejjem jekk fl-aħħar tat-test tal-mertu ġenetiku jkun kalkulat wara l-prinċipji żutekniċi stabbiliti. II. Monitoraġġ tal-ħalib u stima tal-valur ġenetiku għall-annimali ta’ sess femminil għall-karatteristiċi tal-ħalib. 1. L-isem ta’ l-entità jew ta’ l-awtorità responsabbli għat-testjar u l-isem ta’ l-awtorità responsabbli għall-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu mogħtija. 2. Id-disinn tat-test għandu jkun magħruf. 3. Il-karatteristiċi rrekordjati skond in-normi stabbiliti fil-Kumitat Internazzjonali għar-rekordjar roduttiv ta’ l-annimali tal-ħalib (per eżempju produzzjoni tal-ħalib, komposizzjoni tal-ħalib jew kwalunkwe data relevanti oħra) għandha tkun magħrufa. 4. Data tal-ħalib użati fid-determinazzjoni tal-mertu ġenetikali ta’ l-annimali ta’ sess femminil iridu: - jkollhom x’jaqsmu ma’ perjodu ta’ żmien li jaqbel man-normi stabbiliti mill-Kumitat Internazzjonali għar-rekordjar tal-produttività ta’ l-annimali tal-ħalib; - jkunu aġġustati għal kwalunkwe influwenzi ambjentali importanti. 5. Il-metodu użat għall-mertu ġenetiku stimat irid ikun xjentifikament aċċettabli skond il-prinċipji żutekniċi stabbiliti. Il-mertu ġenetiku tat-testjar ta’ l-annimali tat-tgħammir irid ikun magħruf bħala l-valur tat-tgħammir jew tqabbil kontemporanju ta’ kull karatteristika. III. Proġenija u/jew testjar kollaterali 1. L-isem ta’ l-entità jew ta’ l-awtorità responsabbli għat-testjar u l-isem ta’ l-awtorità responsabbli għall-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu mogħtija. 2. Il-mertu ġenetiku ta’ l-annimali li jnisslu għandu jkun kalkulat bl-assessjar tal-kwantitajiet ta’ numru ta’ proġenija xierqa u, fejn jixraq, kollaterali in relazzjoni ma’: (a) produzzjoni tal-laħam jew karatteristiċi tat-tgħammir: - diskrezzjoni dettaljata tal-metodu ta’ testjar irid ikun mogħti jew kwotat, - il-proġenija u/jew il-kollaterali ma jridux ikunu trattatti sellettivament - tliet tipi ta’ proġenija u/jew testijiet kollaterali għandhom ikunu rikonoxxuti: (i) testjar ċentrali f’proġenija u/jew stazzjon ta’ testjar kollaterali; (ii) proġenija maħduma u/jew testjar kollaterali f’razzett. Il-proġenija u/jew il-kollaterali għandhom ikunu mqassmin fost il-merħliet b’tali mod li tqabbil validu bejn l-annimali tat-tgħammir ikun possibbli; (iii) data miġbura fuq proġenija identifikata u/jew karkassi kollaterali; (b) karatteristiċi tal-ħalib: - id-disinn tat-test għandhom jkunu magħrufa, - in-ngħaġ jew il-mogħoż ma jridux jkunu trattati selettivament, - il-prodotti tal-ħalib u l-komposizzjoni tal-ħalib għandha tkun inkluża għall-kalkulazzjoni tal-mertu ġenetiku. 3. Il-proġenija u/jew kollaterali jridu jkunu magħżula b’mod imparzjali. Id-data relevanti kollha trid tkun użata fl-assessjar tal-mertu ġenetiku ta’ l-annimali tat-tgħammir. Influwenzi għajr il-karatteristiċi ġenetiċi jridu jkunu eleminati permezz ta’ proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur tat-tgħammir. 4. Il-karatteristiċi rreġistrati (per eżempju piż ħaj, konverżjoni ta’ l-ikel, kwalità tal-karkassi, produzzjoni tal-ħalib, komposizzjoni tal-ħalib, kwalità tal-produzzjoni tas-suf, karatteristiċi tar-riproduzzjoni, fertilità, prolifiċità, vijabilità tal-proġenija u/jew kollaterali jew kwalunkwe data relevanti) jridu jkunu magħrufa. 5. Il-metodu użat għall-mertu ġenetiku stimat irid ikun xjentifikament aċċettabli skond il-prinċipji żutekniċi stabbiliti. --------------------------------------------------