|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
367 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Marzu 2007
għall-ħolqien ta' grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali
(2007/172/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(1)(c) tat-Trattat għadda lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri l-inkarigu li jitneħħew l-ostakli għal-libertà tal-moviment tal-persuni u tas-servizzi. Għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, il-moviment ħieles jimplika b'mod partikolari l-possibbiltà li tiġi segwita professjoni, kemm bħala persuna li taħdem għal rasha kemm bħala impjegat, fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih ikunu kisbu l-kwalifiċi professjonali tagħhom. Barra minn hekk, l-Artikolu 47 tat-Trattat jimmira li tiġi żgurata l-libertà tal-moviment ta' professjonisti kwalifikati fil-qasam tal-professjonijiet rregolati fir-rigward tal-kwalifiċi. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali ġiet adottata biex tiżgura l-libertà tal-moviment ta' professjonisti kkwalifikati bis-sħiħ fejn l-aċċess għal professjoni huwa rregolat fir-rigward tal-kwalifiċi mill-Istat Membru (1). Dik id-Direttiva tikkonsolida ħmistax-il Direttiva eżistenti u timmira biex tissimplifika r-reġimi eżistenti ta' rikonoxximent kif ukoll biex tiffaċilita aktar l-ghoti temporanju tas-servizzi. Sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva u biex jiġi żviluppat is-suq intern fejn il-professjonijiet huma rregolati fir-rigward tal-kwalifiċi, il-Kummissjoni jkollha l-bżonn li tirrikorri għall-għarfien espert ta' speċjalisti f'korp konsultattiv. |
|
(3) |
Għalhekk huwa xieraq li jitwaqqaf grupp espert fil-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali u li jiġi definit ix-xoghol u l-istruttura tiegħu. |
|
(4) |
Il-grupp espert għandu jgħin fl-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tal-professjonijiet regolati fir-rigward tal-kwalifiċi. |
|
(5) |
Il-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali għandu jkun magħmul mill-koordinaturi nazzjonali magħżula mill-Istati Membri skond id-Direttiva 2005/36/KE. Skond dik id-Direttiva, il-funzjoni ta' dawn il-koordinaturi hija li jippromwovu l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva msemmija u li jiġbru l-informazzjoni kollha li hija relevanti għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Ir-regoli dwar l-iżvelar ta' l-informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (2). |
|
(7) |
L-informazzjoni personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata b'konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi b'rigward ta' l-ipproċessar ta' informazzjoni personali mill-istituzzjonijiet Europej u l-korpi u dwar il-moviment ħieles ta' din il-informazzjoni (3), |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali
Il-grupp ta' koordinaturi għar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali, minn hawn 'il quddiem “il-Grupp”, qed jitwaqqaf b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Inkarigii
L-inkarigi i tal-Grupp huma:
|
(a) |
li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar kwistjonijiet marbuta mar-rikonoxximent tal-kwalifiċi professjonali; |
|
(b) |
li jissorvelja l-evoluzzjoni tal-politiki li jkollhom impatt fuq il-professjonijiet regolati fir-rigward tal-kwalifiċi; |
|
(c) |
li jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE, partikolarment permezz ta' l-elaborazzjoni tad-dokumenti ta' interess, bħal linji ta' gwida ta' l-interpretazzjoni; |
|
(d) |
li joħloq skambju ta' esperjenza u prassi tajba fl-oqsma msemmija fil-punti preċedenti. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-Grupp fuq suġġett relatat ma' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE kif ukoll, b'mod ġenerali, fuq kull suġġetti dwar l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tal-professjonijiet regolati fir-rigward tal-kwalifiċi.
Artikolu 4
Kompożizzjoni – Ħatra
1. Il-membri tal-Grupp għandhom ikunu l-koordinaturi maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 56(4) tad-Direttiva 2005/36/KE.
Membri sostituti għall-membri tal-Grupp huma matura mill-Istati Membri Fl-istess numru. Il-membri sostituti għandhom jieħdu post il-membri assenti b'mod automatiku.
2. Il-membri u s-sostituti tal-Grupp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jitbiddlu.
3. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Tmexxija
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-presidenza tal-Grupp.
2. Bi ftehim mal-Kummissjoni, il-Grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifiċi skond it-termini ta' referenza stabbiliti mill-Grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sotto-gruppi għandhom jigu xolti.
3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jistieden esperti jew osservaturi b'kompetenza speċifika f'suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp jew fid-deliberazzjonijiet jew ħidma tas-sottogrupp meta, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, dan ikun neċessarju u/jew utli.
Partikolarment, ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Iżvizzera jisgħtu ikunu mistiedna bħala osservaturi.
4. L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet jew il-ħidma tal-Grupp jew sottogrupp ma tistax tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni tittratta kwistjonijiet kunfidenzjali.
5. Il-Grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali.
Uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Grupp u s-sottogruppi tiegħu.
6. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta' proċedura adottati mill-Kummissjoni.
7. Il-Kummissjoni tista' tippubblika jew turi fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kwalunkwe sommarju, konklużjoni, parti minn konklużjoni jew dokument ta' ħidma tal-Grupp.
Artikolu 6
Rimborż ta' l-ispejjeż
Il-Kummissjoni għandha tirrifondi l-ispejjeż tal-vjaġġ għal membru wiehed jew sostitut għal kull Stat Membru fir-rigward ta' l-attivitajiet tal-Grupp skond ir-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta' spejjeż għal esperti esterni.
Il-membri/sostituti, l-esperti u l-osservaturi m'għandhomx jitħallsu għas-servizzi mogħtija.
L-ispejjeż għal-laqgħat jiġu rrimborżati fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-Grupp mid-dipartiment kompetenti tal-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).
(2) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).