|
8.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1179
tas-7 ta’ Lulju 2022
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/217(ATALANTA/4/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (“il-Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Frar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 (2), li taħtar lill-Kontrammirall Fabrizio BONDI bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kontrammirall Riccardo MARCHIÓ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE l-ġdid malajr kemm jista’ jkun. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel ma’ dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 titħassar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kontrammirall Riccardo MARCHIÓ huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-7 ta’ Lulju 2022.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/217 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/217 tal-15 ta’ Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/41 (ATALANTA/3/2022) (ĠU L 37, 18.2.2022, p. 39).