|
2.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 206/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2008
li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3671)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/636/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 28 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li ma humiex suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-atti speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom. Tistipula wkoll it-twaqqif ta’ lista ta’ dawn il-pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, kapaċi li jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm referenza għalihom, u li minnhom l-Istati Membri jistgħu jimportaw semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer. |
|
(2) |
Il-Parti III ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta’ Jannar 1994 li tfassal lista provviżorja ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ, tal-mogħoż u ekwidi, ovuli u embrijoni ta’ l-ispeċi porċina (2) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi porċina, u pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tas-semen tal-porċini, skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini (3). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 94/63/KE ġiet emendata bosta drabi biex tikkunsidra l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi ġodda. Bħalissa, tapplika għas-semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u tal-mogħoż u ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni beħsiebha tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u tal-mogħoż, kif ukoll il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ dik il-merkanzija, f’att separat. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2002/613/KE twaqqaf lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-ħnieżer. Dik il-lista ġiet stabbilita fuq bażi ta’ l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħnieżer ħajjin. Peress li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li b’rigward għall-mard eżotiku maġġuri li jittieħed, ir-riskji kkaġunati mill-istatus tas-saħħa tal-ħanżir donatur mara jew raġel, jistgħi jittaffew bit-trattament ta’ l-embrijun, hu xieraq u fl-interess tal-konsistenza u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li ssir referenza għal dik il-lista f’din id-Deċiżjoni meta titwaqqaf lista ta’ pajjiżi terżi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni ta’ dik l-ispeċi. |
|
(6) |
Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 94/63/KE tiġi rrevokata. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer mill-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta’ semen tal-ħnieżer hi awtorizzata skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/613/KE.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 94/63/KE hija rrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
(2) ĠU L 28, 2.2.1994, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2004/211/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(3) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/141/KE (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 28).