<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-677/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0677</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:408">EU:C:2019:408</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190515">15.5.2019</DATE> – KAWŻA C‑677/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Çoban</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olndiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE‑Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll Addizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 59</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 3/80</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju tal-invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ residenti għal żmien twil</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑677/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi), b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171201">1 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20171204">4 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">M. Çoban</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħda taġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.‑C. Bonichot, E. Regan, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M. Çoban, minn R. Akkaya u Z. M. Alaca, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen, minn J. Hut, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u M. H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="1983">ĠU 1983, C 110, p. 60</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ġie stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija li ġie ffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u tal-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn M. Çoban u r-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (il-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Istitut tal-Immaniġġar tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem l-Uwv”) dwar iċ-ċaħda minn dan tal-aħħar tat-talba tiegħu intiża sabiex jikseb benefiċċju supplimentari skont il-leġiżlazzjoni Olandiża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tiegħu, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu bħala għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u bbilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti, filwaqt li tittieħed kompletament inkunsiderazzjoni n-neċessità li jiġi żgurat l-iżvilupp imħaffef tal-ekonomija tat-Turkija u ż-żieda fil-livell tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-poplu Tork.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll Addizzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali jinkludi t-Titolu II, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Moviment ta’ Persuni u Servizzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li l-Kapitolu I tiegħu jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tal-Protokoll Addizzjonali, li huwa parti mill-Kapitolu I tat-Titolu II tiegħu, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="039.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena wara d-dħul b’effett ta’ dan il-Protokoll, il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għandu jadotta miżuri ta’ sigurtà soċjali għal ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka li jiċċaqilqu fil-Komunità u għall-familji tagħhom li jabitaw fil-Komunità.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="039.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun possibbli li tkun trasferita lejn it-Turkija l-penzjoni ta’ l-età, il-benefiċji tal-mewt u l-penzjoni ta’ l-invalidità akwistati permezz tal-miżuri adotti permezz tal-paragrafu 2.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, li jinsab taħt it-Titolu IV tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Disposizzjonijiet Ġenerali u Finali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fl-oqsma koperti b’dan il-Protokoll, it-Turkija m’għandhiex tirċievi trattament aktar favorevoli minn dak li l-Istati Membri jagħtu lil-xulxin permezz tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-Protokoll Addizzjonali jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jifformaw parti ntegrali tal-[Ftehim ta’ Assoċjazzjoni].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Nru 3/80</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 3/80, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-deċiżjoni għandha tapplika:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-ħaddiema li huma jew li kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u li huma ta’ ċittadinanza Torka,</P></ITEM><ITEM><P>għall-membri tal-familja ta’ dawn il-ħaddiema, li huma residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri,</P></ITEM><ITEM><P>għas-superstiti ta’ dawn il-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-deċiżjoni għandha tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha rigward il-fergħat tas-sigurtà soċjali li jikkonċernaw:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-benefiċċji tal-invalidità, inklużi dawk maħsuba għaż-żamma jew għat-titjib fil-kapaċità tal-qligħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-iskemi kollha ġenerali u speċjali tas-sigurtà soċjali, sewwa jekk kontributorji u sewwa jekk mhux kontributorji, u għal skemi relatati mal-obbligi ta’ min iħaddem jew tas-sid ta’ bastiment fir-rigward tal-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 3/80, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprovdi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Għajr fejn ipprovdut xorta oħra f’din id-deċiżjoni, il-benefiċċji fi flus tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti, kif ukoll il-pensjonijiet għall-inċidenti fil-post tax-xogħol jew għall-mard ikkaġunat mix-xogħol, miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, ma għandhom jiġu<?PAGE NO="4"?> suġġetti għal ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, irtirar jew konfiska minħabba l-fatt li l-benefiċjarju jirrisjedi fit-Turkija jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 43</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Regolament Nru 883/2004<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Rinunzja ta’ regoli dwar ir-residenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, benefiċċji fi flus mogħtija taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed jew taħt dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi riduzzjoni, bidla, sospensjoni, waqfa jew sekwestru minħabba l-fatt li l-benefiċjarju jew il-membri tal-familja tiegħu jew tagħha jkollhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor u mhux fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika għal benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus taħt il-leġislazzjoni li, minħabba l-ambitu personali, objettivi u/jew kondizzjonijiet dwar l-intitolar, għandha karatteristiċi kemm tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) u kemm ta’ assistenza soċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tfisser dawn il-benefiċċji li:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>huma elenkati fl-Anness X.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 7 [u] l-kapitoli l-oħra ta’ dan it-Titolu ma għandhomx japplikaw għall-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jingħataw biss fl-Istat Membru fejn il-persuni konċernati għandhom ir-residenza tagħhom u skond il-leġislazzjoni ta’ dan l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw u għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Anness X ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Benefiċċji Speċjali Li Mhumiex Kontributorji U Li Jingħataw Fi Flus<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi, rigward il-Pajjiżi l-Baxxi, il-benefiċċji li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[...]</P><P>L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-<DATE ISO="19861106">6 ta’ Novembru 1986</DATE> (TW).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/109</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4, 6 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f’Tampere fil-15 u s-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, iddikjara li l-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT> legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandu ikun approssimat għal dak ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri u li persuni li tkun irresjediet legalment fi Stat membru għal perjodu ta’ żmien li għandu jiġi stabbilit u li jkollha permess ta’ residenza għat-tul għandha tingħata f’dak l-Istat Membru sett ta’ drittijiet uniformi li jkunu kemm jista’ ikun viċin dawk li jgawdu iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul fl-Istati Membri hija element prinċipali fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, mira fundamentali tal-Komunità dikjarata fit-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-kriterju prinċipali għall-kisba ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT> ta’ residenti għat-tul għandu ikun it-tul ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru. Ir-residenza għandha tkun kemm legali u kontinwa sabiex turi li persuna tkun stabbilixxit l-għeruq tagħha f’dak il-pajjiż. Għandha ssir disposizzjoni għall-grad ta’ flssibilità sabiex jingħata kont taċ-ċirkostanzi li fihom persuna setgħa kellha titlaq mit-territorju fuq bażi temporanju.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Sabiex jikkostitwixxi strument ġenwin għall-integrazzjoni ta’ residenti għal perjodu twil fis-soċjetà fejn ikunu jgħijxu, ir-residenti għat-tul għandhom igawdu ugwaljanza ta’ trattament bħal taċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru f’firxa wiesa’ ta’ kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, taħt il-kondizzjonijiet relevanti definiti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1. Din id-Direttiva tistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>it-termini għall-għoti u l-irtirar ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT> ta’ residenti għat-tul mogħti minn Stat membru f’relazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li legalment jirrisjedu fit-territorju tiegħu, u d-drittijiet marbuta miegħu; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-termini ta’ residenza fi Stati Membri oħra minbarra dak li kien ikkonferixxa l-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT> għat-tul fuqhom għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu dak l-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/109 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-<HT TYPE="ITALIC">istatus</HT> ta’ residenti għat-tul għandu jkun permanenti, bla ħsara għall-Artikolu 9.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu Permess [UE] ta’ residenza għal residenza għat-tul lir-residenti għat-tul. Il-permess għandu ikun validu għal ta’ l-anqas ħames snin; dan għandu ma’ l-applikazzjoni jekk meħtieġa, jiġġedded awtomatikament malli jiskadi.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 4a tat-Toeslagenwet (Il-Liġi dwar il-Benefiċċji Supplimentari), tas-<DATE ISO="19861106">6 ta’ Novembru 1986</DATE> (Stb. 1986, Nru 567), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>TW<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhiex dritt għal benefiċċju supplimentari għall-perijodu meta ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004A.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna msemmija fl-Artikolu 2 li, skont il-paragrafu 1, ma għandhiex dritt għal benefiċċju supplimentari għandha dritt għal dan il-benefiċċju supplimentari mill-ġurnata meta tistabbilixxi r-residenza tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1), (2) jew (3).<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tar-Remigratiewet (il-Liġi dwar il-Migrazzjoni ta’ Ritorn), tat-<DATE ISO="19990422">22 ta’ April 1999</DATE> (Stb. 1999, Nru 232), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-persuni li jkunu telqu mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest ta’ din il-liġi jistgħu jirritornaw mhux iktar tard minn sena mid-data li fiha huma stabbilixxew ruħhom fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>M. Çoban huwa ċittadin Tork li eżerċita matul ċerti perijodi attività bħala persuna impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060911">11 ta’ Settembru 2006</DATE>, M. Çoban ħalla l-impjieg tiegħu minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mit-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, huwa għandu permess ta’ residenza bħala residenti għal żmien twil – UE maħruġ konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mit-<DATE ISO="20080908">8 ta’ Settembru 2008</DATE>, il-Uwv ta lil M. Çoban allowance skont il-Wet werk en inkomen naar arbeidsvermogen (il-Liġi dwar ix-Xogħol u d-Dħul skont il-Kapaċità għax-Xogħol) tal-<DATE ISO="20051110">10 ta’ Novembru 2005</DATE> (Stb. 2005, Nru 572), ikkalkolata fuq il-bażi ta’ inkapaċità għax-xogħol minn 45 % sa 55 %. Minbarra dan, l-Uwv ta wkoll lil M. Çoban benefiċċju supplimentari fil-forma ta’ żieda intiża sabiex tiżguralu dħul minimu, skont it-TW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140210">10 ta’ Frar 2014</DATE>, M. Çoban informa lill-Uwv bl-intenzjoni tiegħu li jirritorna lejn it-Turkija mill-<DATE ISO="20140401">1 ta’ April 2014</DATE>. B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, l-Uwv neħħa l-benefiċċju supplimentari li kien ingħata preċedentement lil M. Çoban, b’effett mill-<DATE ISO="20140401">1 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tluq tiegħu lejn it-Turkija, M. Çoban, fuq talba tiegħu, kiseb min-naħa tal-awtoritajiet Olandiżi allowances ta’ għajnuna għar-ritorn. Fit-<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, M. Çoban irritorna lejn it-Turkija. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’din id-data tal-aħħar, huwa kien għad kellu permess ta’ residenza bħala residenti għal żmien twil – UE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>, M. Çoban ippreżenta, mit-Turkija, talba ġdida għal benefiċċju supplimentari mal-Uwv. Skont il-qorti tar-rinviju, din it-talba l-ġdida tfittex li tirkupra l-benefiċċju supplimentari li tneħħa mill-Uwv fit-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140801">1 ta’ Awwissu 2014</DATE>, l-Uwv ċaħad din it-talba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>M. Çoban ressaq ilment kontra din id-deċiżjoni tal-aħħar quddiem il-Uwv, li, b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141020">20 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ikkonferma ċ-ċaħda tat-talba għal benefiċċju supplimentari fuq il-bażi tal-Artikolu 4a tat-TW, li jistipula li huma biss il-persuni residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi li għandhom dritt għal tali benefiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-Uwv tal-<DATE ISO="20141020">20 ta’ Ottubru 2014</DATE> quddiem ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20150618">18 ta’ Ġunju 2015</DATE>, din il-qorti ċaħdet dan ir-rikors minħabba, b’mod partikolari, li M. Çoban ma kienx jinsab f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik taċ-ċittadini Torok ikkonċernati fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Akdas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:346">EU:C:2011:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>M. Çoban appella din is-sentenza tal-aħħar quddiem is-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li M. Çoban kien ħalla definittivament is-suq regolari tax-xogħol fil-Pajjiżi l-Baxxi f’mument partikolari wara l-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu, b’tali mod li huwa tilef id-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Isat Membru skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Sa fejn din iċ-ċirkustanza tqiegħdu f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ ċittadini Torok ikkonċernati fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Akdas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:346">EU:C:2011:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), bħala prinċipju M. Çoban għandu jkun jista’ jinvoka d-dritt li jesporta l-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li, għall-kuntrarju taċ-ċittadini Torok ikkonċernati f’dik il-kawża, M. Çoban ħalla l-Pajjiżi l-Baxxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Fil-fatt, skont din il-qorti, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kellu, fid-data tar-ritorn tiegħu fit-Turkija, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva 2003/109, f’dan l-Istat Membru. Minbarra dan, huwa seta’, skont il-Liġi dwar il-Migrazzjoni ta’ Ritorn, imur lura f’dan l-Istat Membru fit-terminu ta’ sena wara t-tluq tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ M. Çoban kienet tippreżenta wkoll xebh ma’ dik taċ-ċittadini Torok ikkonċernati fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Demirci <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:8">EU:C:2015:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fir-rigward tal-ġurisprudenza li ħarġet mis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Akdas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑485/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:346">EU:C:2011:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Demirci <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:8">EU:C:2015:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), rigward il-kwistjoni jekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, is-sitwazzjoni ta’ M. Çoban tistax tkun utilment ipparagunata ma’ dik taċ-ċittadini tal-Unjoni, li ma jistgħux jesportaw benefiċċju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[1)]</NO.P><TXT>[L-ewwel subparagrafu tal-]Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-[Protokoll Addizzjonali], għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħall-Artikolu 4a tat-[TW], li permezz tagħha benefiċċju addizzjonali li ngħata jitħassar meta l-benefiċjarju jistabbilixxi ruħu fit-Turkija, inkluż meta l-benefiċjarju jkun telaq mit-territorju tal-Istat Membru fuq l-inizjattiva tiegħu stess?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[2)]</NO.P><TXT>Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-parti kkonċernata, fil-mument tat-tluq tagħha, ma jkollhiex iktar dritt ta’ residenza fuq il-bażi [tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni], iżda fuq permess ta’ residenza tal-UE ta’ resident fit-tul [ibbażat fuq id-Direttiva 2003/109]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>[3)]</NO.P><TXT>Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti lill-parti kkonċernata terġa’ tiġi lura fi żmien sena mid-data tat-tluq tagħha u b’hekk tirkupra d-dritt għall-benefiċċju addizzjonali u li hija tibqa’ żżomm din il-possibbiltà sakemm ikun għad għandha permess ta’ residenza tal-UE ta’ resident fit-tul [ibbażat fuq id-Direttiva 2003/109]?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tneħħi l-benefiċċju supplimentari lil ċittadin Tork li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li għandu, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Deċiżjoni Nru 3/80 hija intiża sabiex tikkoordina l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri sabiex il-ħaddiema Torok impjegati jew li kienu impjegati fl-Unjoni kif ukoll il-membri tal-familja ta’ dawn il-ħaddiema u s-superstiti tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn benefiċċji fil-fergħat tradizzjonali tas-sigurtà soċjali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960910">10 ta’ Settembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Taflan-Met <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:315">EU:C:1996:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 3/80, din tapplika, b’mod partikolari, għall-ħaddiema Torok li huma jew li kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Deċiżjoni Nru 3/80, mill-Artikolu 4(1) u (2) ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li din tapplika għal-leġiżlazzjonijiet kollha relatati mal-fergħat tas-sigurtà soċjali li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-benefiċċji tal-invalidità, inklużi dawk li huma intiżi sabiex iżommu jew itejbu l-kapaċità ta’ qligħ, kif ukoll mal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġenerali u speċjali, kontributorji u mhux kontributorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li M. Çoban jibbenefika minn pensjoni tal-invalidità prevista mil-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li l-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa intiż sabiex itejjeb din il-pensjoni sabiex jiżguralu dħul minimu. Konsegwentement, dan il-benefiċċju għandu jiġi assimilat ma’ benefiċċju tal-invalidità, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni Nru 3/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 3/80 hija applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, li jimplimenta l-Artikolu 39(4) tal-Protokoll Addizzjonali, jistabbilixxi d-dritt tal-ħaddiema Torok li jżommu, fit-Turkija jew fit-territorju ta’ Stat Membru għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta’ benefiċċji, il-benefiċċji fi flus tal-invalidità, tax-xjuħija jew tas-superstiti kif ukoll il-pensjonijiet għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol u għal mard ikkaġunat mix-xogħol, miksuba taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 3/80 ma tipprevedi ebda deroga jew restrizzjoni għat-tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Akdas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:346">EU:C:2011:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Uwv, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, neħħa l-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’effett mill-<DATE ISO="20140401">1 ta’ April 2014</DATE>, minħabba li M. Çoban kien informah bl-intenzjoni tiegħu li jirritorna lejn it-Turkija f’din id-data tal-aħħar. Fid-<DATE ISO="20140709">9 ta’ Lulju 2014</DATE>, M. Çoban għalhekk ippreżenta, mit-Turkija, talba ġdida għal benefiċċju supplimentari, li kienet intiża, skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinvju, li terġa’ tistabbilixxi dak imneħħi mill-Uwv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sa fejn din l-aħħar talba mressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali hija intiża, skont il-qorti tar-rinviju, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid dritt għal benefiċċju supplimentari miksub skont it-TW, hemm lok li jiġi kkunsidrat, hekk kif l-Avukat Ġenerali essenzjalment irrilevat fil-punti 60 u 62 tal-konklużjonijiet tagħha, li M. Çoban jinvoka, fil-proċedura fil-kawża prinċipali, id-dritt għal benefiċċju tal-invalidità miksub skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sitwazzjoni ta’ M. Çoban taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi, skont l-iskrizzjoni tat-TW fl-Anness X tar-Regolament Nru 883/2004, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>benefiċċju speċjali li ma huwiex kontributorju u li jingħata fi flus<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 70(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 70(3) tar-Regolament Nru 883/2004, il-prinċipju tat-tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għal tali benefiċċji. Skont l-Artikolu 70(4) tal-istess regolament, dawn il-benefiċċji jingħataw esklużivament fl-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernata tirrisjedi u konformement mal-leġiżlazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li ċ-ċittadini tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 ma jistgħux jibbenefikaw minn benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja, bħall-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ħlief sa fejn dawn jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, iċ-ċittadini tal-Unjoni jibqgħu suġġetti għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi imposta mill-Artikolu 4a tat-TW sabiex jibbenefikaw minn benefiċċju supplimentari skont din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li l-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali jipprevedi li, fl-oqsma koperti minn dan il-protokoll, it-Turkija ma tistax tibbenefika minn trattament iktar favorevoli minn dak li l-Istati Membri jagħtu lil xulxin bejniethom skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali b’mod partikolari jkopri, skont it-Titolu II tiegħu, il-moviment tal-persuni u tas-servizzi u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali favur ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka li jiċċaqilqu ġewwa l-Unjoni, li jinsabu fid-Deċiżjoni Nru 3/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi eżaminat, fir-rigward tal-Artikolu 59 ta’ dan il-Protokoll, jekk iċ-ċirkustanza li ċittadin Tork, bħal M. Çoban, jista’ jżomm, abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, id-dritt għal benefiċċju supplimentari, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, wara li jkun ittrasferixxa r-residenza tiegħu fit-Turkija, filwaqt li ċ-ċittadini tal-Unjoni jibqgħu suġġetti għall-kundizzjoni ta’ residenza imposta mill-Artikolu 4a tat-TW sabiex jibbenefikaw minn dan id-dritt, twassalx sabiex lil dan iċ-ċittadin Tork jiġi rriżervat trattament iktar favorevoli minn dak mogħti liċ-ċittadini tal-Unjoni li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 95 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Akdas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:346">EU:C:2011:346</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li s-sitwazzjoni ta’ ex ħaddiema Torok li rritornaw lejn it-Turkija wara li kienu tilfu d-dritt ta’ residenza tagħhom fl-Istat Membru ospitanti minħabba ċ-ċirkustanza li huma kienu milquta minn invalidità fih, ma tistax, għall-bżonnijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, tkun utilment ipparagunata ma’ dik taċ-ċittadini tal-Unjoni sa fejn dawn, minħabba li jkollhom id-dritt ta’ moviment kif ukoll ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri u għalhekk iżommu d-dritt ta’ residenza tagħhom fl-Istat Membru li jagħti l-benefiċċju inkwistjoni,<?PAGE NO="10"?> minn naħa, jistgħu jagħżlu li jitilqu mit-territorju ta’ dan l-Istat billi jitilfu, minħabba dan il-fatt, dan il-benefiċċju u, min-naħa l-oħra, għandhom id-dritt li jmorru lura f’kull mument fl-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-sitwazzjoni ta’ M. Çoban ma tistax tiġi assimilata ma’ dik taċ-ċittadini Torok ikkonċernati fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, peress li, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn it-Turkija, M. Çoban ma kienx tilef id-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’din id-data, M. Çoban kellu l-istatus ta’ residenti għal żmien twil fil-Pajjiżi l-Baxxi, fis-sens tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/109, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil huwa permanenti bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, dwar l-irtirar jew it-telf ta’ dan l-istatus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif jirriżulta mill-premessi 4, 6 u 12 tad-Direttiva 2003/109, l-għan prinċipali tagħha huwa l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li stabbilixxew ruħhom għat-tul fl-Istati Membri. Bl-istess mod, kif jirriżulta mill-premessa 2 ta’ din id-direttiva, din tal-aħħar hija intiża, permezz tal-għoti tal-istatus ta’ residenti għal żmien twil lil dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li tqarreb l-istatus legali ta’ dawn tal-aħħar ma’ dak taċ-ċittadini tal-Istati Membri (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Singh</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑502/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:636">EU:C:2012:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, skont tali status, M. Çoban kien fil-pożizzjoni, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Pajjiżi l-Baxxi lejn it-Turkija, li jissodisfa l-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru imposta mit-TW sabiex jibbenefika mill-benefiċċju supplimentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħal fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Isegwi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, is-sitwazzjoni ta’ M. Çoban għandha titqies bħala paragunabbli ma’ dik ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi li jkun kiseb id-dritt għal benefiċċju supplimentari abbażi tat-TW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, il-fatt li ċittadin Tork, bħal M. Çoban, jista’ jżomm, fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, id-dritt għal benefiċċju supplimentari, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, wara li jkun ittrasferixxa r-residenza tiegħu fit-Turkija, filwaqt li ċ-ċittadini tal-Unjoni jibqgħu suġġetti għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi imposta mill-Artikolu 4(a) tat-TW sabiex jibbenefikaw minn tali dritt, iwassal sabiex lil dan iċ-ċittadin Tork jiġi rriżervat trattament iktar favorevoli minn dak mogħti liċ-ċittadini tal-Unjoni li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni paragunabbli, li jkun inkompatibbli mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, id-domandi magħmula għandhom jiġu risposti li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tneħħi benefiċċju supplimentari lil ċittadin Tork li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li għandu, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tneħħi benefiċċju supplimentari lil ċittadin Tork li jirritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li għandu, fid-data tat-tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti, l-istatus ta’ residenti għal żmien twil, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>