Official Journal L 210 , 07/08/1985 P. 0009 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0063
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0234
Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2248/85 tal-25 ta' Lulju 1985 dwar regoli dettaljati għal għajnuna amministarattiva fl-esportazzjoni ta' ġobon Emmentaler soġġett għal restrizzjoni ta' kwota li jikkwalifika għal trattament speċjali għall-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 tal-20 ta' Diċembru 1979 fuq l-għoti ta' għajnuna għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali ta' importazzjoni f'pajjiż mhux membru [1], u b'mod partikolari Artikolu 1(2) tiegħu, Billi l-Komunità u l-Istati Uniti ta' l-Amerika ftiehmu skond il-GATT li jippermettu importazzjoni fl-Istati Uniti ta' ġobon li ġej mill-Komunità soġġett għal restrizzjopni ta' kwota b'effett mill-1 ta' Jannar 1980; billi dan il-ftehim kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/272/KEE [2]; Billi l-Istati Uniti ta' l-Amerika ntrabtu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-maneġġjar tal-kwota mill-amministrazzjoni tkun tali li tippermetti l-aħjar użu tagħha; billi fid-dawl ta' l-esperjenza jidher li huwa xieraq li tiġi msaħħa l-koperazzjoni amministrattiva ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika biex ikun assigurat li l-kwota ta' ġobon Emmentaler ġej mill-Komunità tkun utiliżżzta għal kollox; billi l-ġobon konċernat għandu għaldaqsant ikollu miegħu attestat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità; Billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika (inklużi Puerto Rico u l-Ħawaj) ta' ġobon Emmentaler bis-sottotitolu 04.04 A tat-Tariffi Komuni Doganali u s-sottotitolu Nru 117.60.25 ta' l-Iskeda tat-Tariffi ta' l-Istati Uniti li hija soġġetta għal restrizzjonijiet ta' kwota, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru esportatur għandha toħroġ fuq talba ta' l-esportatur attestat li jikkorrispondi mal-mudell mogħti fl-Anness ta' hawn. Artikolu 2 1. Formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda ta' format 210-296 millimetri u jkunu miktuba bl-Ingliż. Kull attestat għandu jingħata numru ta' serje mill-awtorità li tkun ħarġitu. Stati Membri esportaturi jistgħu jitolbu li l-attestati maħruġa fit-territorju tagħhom jkunu miktuba fil-lingwa uffiċjali tagħhom, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tagħhom, barra milli bl-Ingliż. 2. Kull attestat għandu jsir f'oriġinali u f' tal-anqas żewġ kopji. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru ta' serje bħall-oriġinali. L-oriġinal u l-kopji għandhom ikunu ttajpjati jew miktuba bl-idejn, b'ittri kbar bil-linka. Artikolu 3 1. L- attestat u l-kopja tiegħu għandhom jinħarġu mill-awtorità nominata għal dan il-għan mill-Istat Membru esportatur. 2. L-awtorità li toħroġ l-attestat għandha żżomm kopja tiegħu. L-oriġinal u l-kopja l-oħra għandhom ikunu preżentati fl-uffiċċju tad-dwana tal-Komunità fejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tintbagħat. 3. L-uffiċċju tad-dwana msemmi fil-paragrafu 2 għandu jimla s-sezzjoni xierqa fuq l-oriġinal u jibagħtha lura lill-esportatur jew lir-rappreżentant tiegħu. Huwa għandu jżomm kopja. Artikolu 4 L-attestat ma jkunx validu sakemm ma jkunx ittimbrat kif xieraq mill-uffiċċju tad-dwana. Huwa għandu jkopri l-kwantità ta' ġobon Emmentaler indikat fuqu u jrid ikun preżentat lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Madankollu, kwantità li teċċedi b'mhux aktar minn 5 % dik indikata fl-attestat għandha tkun meqjusa bħala koperta minnu. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiċċekkjaw l-oriġini, it-tip, il-kompożizzjoni u l-kwalità ta' ġobnijiet Emmentaler li għalihom jinħarġu l-attestati. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 1985. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1985. Għall-Kummisjoni Frans Andriessen Vici-President [1] ĠU L 334, tat-28.12.1979, p. 8. [2] ĠU L 71, tas-17.3.1980, p. 129. -------------------------------------------------- ANNEX EUROPEAN COMMUNITY +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------