31.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8588 — Continental Automotive/Alstom/EasyMile)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 370/05)

1.

Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Continental Automotive Holding Netherlands BV (“Continental”, in-Netherlands), sussidjarja ta’ Continental AG, il-Ġermanja,

—

Alstom Holdings (“Alstom”, Franza),

—

EasyMile (“EasyMile”, Franza).

Continental u Alstom jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ EasyMile.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Continental: kumpanija internazzjonali tat-teknoloġija li timmanifattura u tforni diversi komponenti u spare parts, b’mod partikolari għall-industrija tal-karozzi.

—   għal Alstom: il-forniment ta’ tagħmir u servizzi għal trasport bil-ferrovija, inklużi l-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura tat-trasport, u sinjalar u tagħmir ta’ manutenzjoni u servizzi.

—   għal EasyMile: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet ta’ mobilità intelliġenti mingħajr sewwieq għal distanzi qosra (last mile concept).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8588 — Continental Automotive/Alstom/EasyMile

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.