|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/413
tal-10 ta’ Marzu 2022
li jemenda għat-330 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjonijiet Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid entrata waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:
“KHATIBA AL-TAWHID WAL-JIHAD (KTJ) (kitba oriġinali: Катиба ат-Таухид валь-Джихад); Magħrufa wkoll bħala: a) JANNAT OSHIKLARI; b) Jama’ at al-Tawhid wal-Jihad; F.k.a.: JANNAT OSHIKLARI. Indirizz: mhux applikabbli Informazzjoni oħra: Khatiba al-Tawhid wal-Jihad (li qabel kienet magħrufa bħala Jannat Oshiklari) hija organizzazzjoni terroristika li topera taħt il-kappa tal-organizzazzjoni terroristika internazzjonali Al-Nusrah Front għall-Persuni tal-Levante. Il-grupp jopera prinċipalment fil-provinċji ta’ Hama, Idlib u Ladhiqiyah, fir-Repubblika Għarbija Sirjana, u jwettaq ukoll operazzjonijiet fit-Turkija, il-Kirgiżistan, l-Uzbekistan, il-Federazzjoni Russa, it-Taġikistan, il-Każakistan, l-Eġittu, l-Afganistan, l-Ukrajna. L-għadd ta’ ġellieda tal-KTJ huwa ta’ madwar 500. Il-KTJ tikkoopera wkoll ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi bħal Khatiba Imam al-Bukhari u l-Grupp tal-Ġiħad Iżlamika. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 7.03.2022.”