|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/91 |
15.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/91
tat-13 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2025) 197)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Sabiex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (4) abbażi tal-Artikolu 259(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Sal-21 ta’ Novembru 2024, din id-Deċiżjoni stabbiliet ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija. |
|
(5) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment li kien iżomm l-annimali ovini u kaprini. B’hekk, fid-19 ta’ Novembru 2024, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 (5) ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 b’effett mit-22 ta’ Novembru 2024. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Bulgarija, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, b’reazzjoni għall-aktar tifqigħat riċenti tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija jridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 ġie emendat ulterjorment bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3111 (6) fis-6 ta’ Diċembru 2024 u 2024/3232 (7) fid-19 ta’ Diċembru 2024 b’reazzjoni għal tifqigħat ulterjuri tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini fil-Bulgarija. |
|
(7) |
Mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3232, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat ulterjuri tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn jinżammu annimali ovini u kaprini, li jinsabu fir-reġjuni ta’ Sliven u Kardzhali. |
|
(8) |
Il-Bulgarija ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(9) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ mingħajr dewmien jiġu deskritti, u jiġu aġġustati spazjalment u temporanjament fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Bulgarija, iż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ restrizzjoni ulterjuri stabbiliti kif xieraq minn dan l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-durata ta’ dawn il-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health (8)). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju għoli li l-marda tinxtered iżjed minħabba l-fatt li faqqgħet tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż u l-ewwel tifqigħa ġiet ikkonfermata fir-reġjun ta’ Kardzhali fit-18 ta’ Diċembru 2024. Dan jindika li l-marda għadha tippersisti u tinfirex fuq distanzi twal, minkejja l-miżuri diġà fis-seħħ. |
|
(10) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti oħra għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-miżuri applikabbli fihom jenħtieġ li jiġu emendati u aġġornati, filwaqt li jitqiesu l-aħħar tifqigħat kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija fil-premessa 9. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(13) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu li matulu il-miżuri previsti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 hemm bżonn li japplika jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Marzu 2025. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2024/2918 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 4, id-data tal-“1 ta’ Marzu 2025” hija sostitwita mid-data tal-“31 ta’ Marzu 2025”; |
|
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/2778, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2778/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (ĠU L, 2024/2918, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3111 tas-6 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/3111, 11.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3111/oj).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3232 tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2918 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/3232, 23.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3232/oj.
(8) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali,l-Aċċess Online għall-Kodiċi Terrestri – WOAH – l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-Reġjun ta’ Sliven BG-CAPRIPOX-2024-00008 BG-CAPRIPOX-2024-00010 BG-CAPRIPOX-2024-00012 BG-CAPRIPOX-2025-00001 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Sliven, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.587, Lonġ. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Lonġ. 26.4795 (2024/10) Lat. 42.5864, Lonġ. 26.4777 (2024/12), Lat. 42.5854, Long 26.4779 (2025/1) |
30.1.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Sliven, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.587, Lonġ. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Lonġ. 26.4795 (2024/10) Lat. 42.5864, Lonġ. 26.4777 (2024/12) , Lat. 42.5854, Long 26.4779 (2025/1) esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni |
8.2.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Sliven, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.587, Lonġ. 26.4778 (2024/8), Lat. 42.5865, Lonġ. 26.4795 (2024/10) Lat. 42.5864, Lonġ. 26.4777 (2024/12), Lat. 42.5854, Lonġ 26.4779 (2025/1) |
31.1.2025–8.2.2025 |
|
|
Ir-Reġjun ta’ Kurdzhali BG-CAPRIPOX-2024-00011 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Kurdzhali, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.463, Lonġ. 25.676 (2024/11) |
10.1.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Kurdzhali, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.463, Lonġ.25.676 (2024/11) esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni |
19.1.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Kurdzhali, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.463, Lonġ.25.676 (2024/11) |
11.1.2025–19.1.2025 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora |
Il-muniċipalitajiet ta’ Galabovo u Opan |
4.2.2025 |
|
Ir-Reġjun ta’ Haskovo |
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo, esklużi ż-żoni li jinsabu fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew żona ta’ sorveljanza. |
4.2.2025 |
|
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo |
6.1.2025–4.2.2025 |
|
|
Ir-Reġjun ta’ Sliven |
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Sliven esklużi ż-żoni ż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza. |
10.3.2025 |
|
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Sliven |
9.2.2025–10.3.2025 |
|
|
Ir-Reġjun ta’ Yambol |
Il-Muniċipalitajiet ta’ Straldzha, Yambol u Tundzha |
10.3.2025 |
|
Ir-Reġjun ta’ Kurdzhali |
Il-Muniċipalitajiet ta’ Krumovgrad u Momchilgrad, esklużi ż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew sorveljanza. |
18.2.2025 |
|
Il-Muniċipalità ta' Krumovgrad: |
20.1.2025–18.2.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/91/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)