Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Lulju 2006, li permezz tagħha ġiet irrifjutata l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li saret fil-5 ta’ Lulju 2005, dwar il-provvista ta’ servizzi intiżi li jiżguraw il-manutenzjoni, l-iżvilupp u s-sostenn ta’ applikazzjonijiet tal-kompjuter, u li l-kuntratt ingħata lill-offerent magħżul.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li rrifjutat l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, kif innotifikata lilha b’ittra tal-20 ta’ Lulju 2006, hija annullata.
2) Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkundannata għall-ispejjeż.