<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-350/17</NO.CASE><NO.CASE>C-351/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0350</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:237">EU:C:2019:237</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190321">21.3.2019</DATE> – Kawżi magħquda C‑350/17 u C‑351/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Mobit u Autolinee Toscane</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1370/2007</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(2)</KEYWORD><KEYWORD>Għoti dirett</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>operatur intern<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Awtorità li teżerċita kontroll simili</KEYWORD><KEYWORD>Article 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Sistema tranżitorja</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ skadenza tal-għoti dirett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawżi magħquda C‑350/17 u C‑351/17,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tas‑<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mobit Soc. cons. arl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Regione Toscana,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Autolinee Toscane SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP)</HT> (C‑350/17),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Autolinee Toscane SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mobit Soc. cons. arl,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Toscana,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP)</HT> (C‑351/17),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Juhász (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Mobit Soc. cons. arl, minn P. L. Santoro, A. Bianchi, M. Siragusa, P. Merlino u M. Malena, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Autolinee Toscane SpA, minn M. Lombardo, G. Mazzei u G. Morbidelli, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Regione Toscana, minn L. Bora, L. Caso, S. Fidanzia u A. Gigliola, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP), minn S. Macchi di Cellere, avvocato, kif ukoll minn P. Delelis u E. Morgan de Rivery, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Sclafani, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, P. Dodeller, E. de Moustier u C. David, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u P. Leitão, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u W. Mölls, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE> dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 315, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwim bejn, minn naħa, Mobit Soc. cons. arl, konsorzju li jiġbor diversi impriżi li joperaw fis-settur tat-trasport, u r-Regione Toscana (ir-Reġjun ta’ Toscana, l-Italja) u, min-naħa l-oħra, Autolinee Toscane SpA u Mobit dwar l-għoti, permezz ta’ aġġudikazzjoni, lil Autolinee Toscane ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi tat-trasport pubbliku lokali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 31 tar-Regolament Nru 1370/2007 tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ġaladarba l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li jsir provvediment għal arranġamenti tranżitorji. Bil-ħsieb ta’ għoti gradwali ta’ kuntratti għal servizz pubbliku b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport ta’ progress fi żmien sitt xhur wara l-ewwel nofs tal-perijodu ta’ transizzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi miżuri xierqa abbażi ta’ dawn ir-rapporti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>trasport pubbliku għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta’ interess ekonomiku ġenerali pprovduti lill-pubbliku fuq bażi non-diskriminatorja u kontinwa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe awtorità pubblika jew grupp ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru jew Stati Membri li għandhom is-setgħa jintervjenu fit-trasport pubbliku għall-passiġġieri f’żona ġeografika partikolari, jew kwalunkwe korp li ngħata tali awtorità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>awtorità lokali kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li ż-żona ġeografika ta’ kompetenza tagħha mhix nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>dritt esklussiv<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser dritt li jintitola operatur ta’ servizz pubbliku biex iħaddem ċerti servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fuq rotta jew rettikolat partikolari jew f’żona partikolari, bl-esklużjoni ta’ tali operatur ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>għotja diretta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-għotja ta’ kuntratt għal servizz pubbliku lil operatur partikolari ta’ servizz pubbliku mingħajr proċedura ta’ sejħa kompetittiva għal offerti minn qabel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kuntratt għal servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta’ servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta’ servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta’ servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġieri soġġetti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku; skond il-liġijiet ta’ l-Istati Membri, il-kuntratt jista’ jikkonsisti wkoll f’deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li tieħu l-forma ta’ att leġislattiv jew regolatorju individwali, jew</P></ITEM><ITEM><P>li fiha kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti nnifisha tipprovdi s-servizzi jew tafda l-forniment ta’ tali servizzi lil operatur intern;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>operatur intern<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, tfisser entità ġuridikament distinta li fuqha l-awtorità lokali kompetenti, jew fil-każ ta’ grupp ta’ awtoritajiet mill-inqas awtorità lokali kompetenti waħda, teżerċita kontroll simili għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kuntratti għal servizz pubbliku u regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti lill-operatur magħżul minnha dritt esklussiv u/jew kumpens, ta’ kwalunkwe tip, bi tpattija għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, għandha tagħmel dan fi ħdan il-qafas ta’ kuntratt għal servizz pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1370/2007, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kontenut mandatorju tal-kuntratti għal servizz pubbliku u tar-regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiddisponi, fil-paragrafi 3 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul ta’ żmien tal-kuntratti għal servizz pubbliku għandu jkun limitat u m’għandux jeċċedi għaxar snin għas-servizzi tal-kowċ u tax-xarabank […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk meħtieġ, b’kont meħud tal-kondizzjonijiet tad-deprezzament ta’ l-assi, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt għal servizz pubbliku jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ 50 % jekk l-operatur ta’ servizz pubbliku jipprovdi assi li jkunu kemm sinifikanti fir-rigward ta’ l-assi kollha meħtieġa għat-twettiq tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri koperti mill-kuntratt għal servizz pubbliku kif ukoll marbuta b’mod predominanti mas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri koperti mill-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>Jekk iġġustifikat mill-ispejjeż li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeografika partikolari, it-tul tal-kuntratti għal servizz pubbliku speċifikati fil-paragrafu 3 fir-reġjuni l-iktar imbegħda jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ 50 %.</ALINEA><ALINEA>Jekk iġġustifkat bl-ammortizzazzjoni tal-kapital fir-rigward ta’ investiment ta’ infrastruttura eċċezzjonali, rolling stock jew investiment f’vetturi u jekk il-kuntratt għal servizz pubbliku jingħata fi proċedura ġusta ta’ sejħa għal offerta kompetittiva, kuntratt għal servizz pubbliku jista’ jkollu tul ta’ żmien itwal. Biex tiġi żgurata t-trasparenza f’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien sena mill-konklużjoni tal-kuntratt, il-kuntratt għal servizz pubbliku u l-elementi li jiġġustifikaw it-tul ta’ żmien itwal tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-għoti ta’ kuntratti għal servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jingħataw skond ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm mhux projbit mil-liġi nazzjonali, kwalunkwe awtorità lokali kompetenti, kemm jekk hi awtorità individwali jew grupp ta’ awtoritajiet li jipprovdu servizzi integrati għat-trasport pbbliku għall-passiġġieri u kemm jekk le, tista’ tiddeċiedi li tipprovdi servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri hija nfisha jew tagħti kuntratti għal servizz pubbliku direttament lill-entità ġuridikament distinta li fuqha l-awtorità lokali kompetenti, jew fil-każ ta’ grupp ta’ awtorijajiet mill-anqas awtorità lokali kompetenti waħda, teżerċità kontroll simili għal dak eżerċitat fuq id-dipartimenti tagħha stess. Fejn awtorità lokali kompetenti tieħu tali deċiżjoni, għandu japplika dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sabiex jiġi determinat jekk l-awtorità lokali kompetenti teżerċitax tali kontroll, fatturi bħal ma huma l-grad ta’ rappreżentazjoni fuq korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji, l-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ dan fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni, il-proprjetà, l-influwenza effettiva u l-kontroll fuq deċiżjonijiet strateġiċi u fuq deċiżjonijiet individwali ta’ ġestjoni. Skond il-liġi Komunitarja, proprjetà ta’ 100 % mill-awtorità pubblika kompetenti, b’mod partikolari fil-każ ta’ sħubiji pubbliċi-privati, m’hix ħtieġa mandatorja għall-istabbiliment ta’ kontroll fit-tifsira ta’ dan il-paragrafu, sakemm hemm influenza pubblika dominanti u jista’ jiġi stabbilit kontroll abbażi ta’ kriterji oħrajn;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-kondizzjoni biex jiġi applikat dan il-paragrafu hija li l-operatur intern u kwalunkwe entità li fuqha dan l-operatur jeżerċita influwenza anke minima jwettqu l-attività pubblika kollha tiegħu tat-trasport ta’ passiġġieri fit-territorju ta’ l-awtorità lokali kompetenti, minkejja kwalunkwe linji ħerġin jew elementi anċillari oħra ta’ dik l-attività li jidħlu fit-territorju ta’ awtoritajiet lokali kompetenti ġirien, u ma jieħdux sehem f’sejħiet kompetittivi għal offerti rigward il-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri organizzati barra mit-territorju ta’ l-awtorità lokali kompetenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>minkejja l-punt (b), operatur intern jista’ jieħu sehem f’sejħiet għall-offerti ġusti u kompetittivi minn sentejn qabel it-tmiem tal-kuntratt għal servizz pubbliku mogħti lilu direttament taħt il-kondizzjoni li deċiżjoni finali tkun ittieħdet li s-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri koperti minn kuntratt ta’ operatur intern jiġu suġġetti għal sejħa għall-offerti ġusta u kompetittiva u li l-operatur intern ma jkun ikkonkluda l-ebda kuntratt għal servizz pubbliku ieħor mogħti direttament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fin-nuqqas ta’ awtorità lokali kompetenti, il-punti 2(a), (b) u (ċ) għandhom japplikaw għal awtorità nazzjonali għall-benefiċċju ta’ żona geografika li mhijiex nazzjonali, dment li l-operatur intern ma jieħux sehem f’sejħiet kompetittivi għal offerti rigward il-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri organizzati barra miż-żona li għalihom ikun ingħata l-kuntratt għal servizz pubbliku;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe awtorità kompetenti li tirrikorri għal parti terza minbarra operatur intern, għandha tagħti kuntratti għal servizz pubbliku abbażi ta’ sejħa kompetittiva għal offerti, ħlief fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi, 4, 5 u 6. Il-proċedura adottata għas-sejħa kompetittiva għal offerti għandha tkun miftuħa għall-operaturi kollha, għandha tkun ġusta u għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza u tan-non-diskriminazzjoni. Wara s-sottomissjoni ta’ offerti u kwalunkwe preselezzjoni, il-proċedura tista’ tinvolvi negozjati skond dawn il-prinċipji sabiex jiġi determinat l-aħjar mod biex jintlaħqu ħtiġiet speċifiċi jew kumplessi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Tranżizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jingħataw skond ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. Madankollu, kuntratti ta’ servizzi jew kuntratti għal servizz pubbliku, kif definiti fid-Direttivi [2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)] jew [2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)], għal servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram għandhom jingħataw skond il-proċeduri previsti f’dawk id-Direttivi fejn tali kuntratti ma jieħdux il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjonijiet ta’ servizz kif definit f’dawk id-Direttivi. Fejn kuntratti jridu jiġu mogħtija skond id-Direttivi 2004/17/KE jew 2004/18/KE, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti għal servizz pubbliku bil-ferrovija u bit-triq għandu jikkonforma ma’ l-Artikolu 5 mit‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>. Matul dan il-perijodu ta’ transizzjoni l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw gradwalment ma’ l-Artikolu 5 sabiex jevitaw problemi strutturali serji b’mod partikolari relatati mal-kapaċità tat-trasport.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Fi żmien sitt xhur wara l-ewwel nofs tal-perijodu ta’ transizzjoni l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport ta’ progress, li jenfasizza l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe għoti gradwali ta’ kuntratti għal servizz pubbliku skond l-Artikolu 5. Abbażi tar-rapporti ta’ progress ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tipproponi miżuri xierqa ndirizzati lill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2, m’għandux jittieħed kont tal-kuntratti għal servizz pubbliku mogħtija skond id-dritt Komunitarju u nazzjonali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel is‑<DATE ISO="20000726">26 ta’ Lulju 2000</DATE> abbażi ta’ proċedura ġusta u kompetittiva ta’ sejħiet għall-offerti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>qabel is‑<DATE ISO="20000726">26 ta’ Lulju 2000</DATE> abbażi ta’ proċedura li mhijiex proċedura ġusta u kompetittiva ta’ sejħiet għall-offerti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>mis‑<DATE ISO="20000726">26 ta’ Lulju 2000</DATE> u qabel it‑<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE> abbażi ta’ proċedura ġusta u kompetittiva ta’ sejħiet għall-offerti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>mis‑<DATE ISO="20000726">26 ta’ Lulju 2000</DATE> u qabel it‑<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE> abbażi ta’ proċedura li mhijiex proċedura ġusta u kompetittiva ta’ sejħiet għall-offerti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Il-kuntratti msemmija f’(a) jistgħu jibqgħu fis-seħħ sakemm jiskadu. Il-kuntratti msemmija f’(b) u (ċ) jistgħu jibqgħu fis-seħħ sakemm jiskadu, iżda għal mhux għal aktar minn 30 sena. Il-kuntratti msemmija f’(d) jistgħu jibqgħu sakemm jiskadu, kemm-il darba jkollhom tul ta’ żmien limitat meta mqabbel mat-tul ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 4.</ALINEA><ALINEA>Kuntratti għal servizz pubbliku jistgħu jibqgħu fis-seħħ sakemm jiskadu jekk it-tmiem tagħhom ikun ifisser konsegwenzi legali jew ekonomiċi eċċessivi u dment li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, fit-tieni nofs tal-perijodu ta’ transizzjoni speċifikat fil-paragrafu 2, li jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ kuntratti permezz ta’ sejħiet għal offerti lil dawk l-operaturi ta’ servizz pubbliku li ma jistgħux jipprovdu evidenza li l-valur tas-servizzi pubbliċi tat-trasport li għalih qed jirċievu kumpens jew jibbenefikaw minn dritt esklussiv mogħti skond dan ir-Regolament jirrappreżenta mill-anqas nofs il-valur tas-servizzi pubbliċi tat-trasport kollha li għalihom qed jirċievu kumpens jew qed jibbenefikaw minn dritt esklussiv. Tali esklużjoni m’għandhiex tapplika għal operaturi ta’ servizz pubbliku li joffru s-servizzi li għalihom għandha ssir sejħa għall-offerti. Għall-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, ma għandhomx jitqiesu l-kuntratti għal servizz pubbliku li jkunu ngħataw bħala miżura ta’ urġenza kif imsemmi fl-Artikolu 5(5).</ALINEA><ALINEA>Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom jagħmlu dan mingħajr diskriminazzjoni, jeskludu l-operaturi ta’ servizz pubbliku kollha potenzjali li jissodisfaw dan il-kriterju u jinfurmaw lill-operaturi potenzjali bid-deċiżjoni tagħhom fil-bidu tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti għal servizz pubbliku.</ALINEA><ALINEA>L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw din id-dispożizzjoni mill-inqas xahrejn qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1370/2007, dan jidħol fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1370/2007 ġie emendat bl-Artikolu 1(9)(a) tar-Regolament (UE) 2016/2338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 354, p. 22</REF.DOC.OJ>) li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20171224">24 ta’ Diċembru 2017</DATE>, u li madankollu ma japplikax għall-kawża prinċipali. L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, kif emendat, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3,</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 għandu japplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliku għal servizzi għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u b’mezzi oħra fuq binarji minbarra l-ferrovija, bħall-metro jew il-linji tat-tramm mit‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Sat‑<DATE ISO="20191202">2 ta’ Diċembru 2019</DATE>, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex gradwalment jikkonformaw mal-Artikolu 5 sabiex jevitaw problemi strutturali serji f’mod partikolari rigward il-kapaċità tat-trasport.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tad-decreto legislativo n. 422 – Conferimento alle regioni ed agli enti locali di funzioni e compiti in materia di trasporto pubblico locale, a norma dell’articolo 4, comma 4, della legge <DATE ISO="19970315">15 marzo 1997</DATE>, n. 59 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 422, dwar l-għoti lir-reġjuni u lill-amministrazzjonijiet lokali ta’ funzjonijiet u missjonijiet fil-qasam tat-trasport pubbliku lokali skont l-Artikolu 4(4) tal-Liġi Nru 59, tal‑<DATE ISO="19970315">15 ta’ Marzu 1997</DATE>), tad‑<DATE ISO="19971119">19 ta’ Novembru 1997</DATE> (GURI Nru 287, tal‑<DATE ISO="19971210">10 ta’ Diċembru 1997</DATE>, p. 4), huwa intiż li jeskludi, kemm jista’ jkun, l-għotjiet diretti tas-servizzi tat-trasport reġjonali u lokali, minħabba li ġeneralment tali għotjiet jippreġudikaw it-trasparenza u l-effikaċja tas-suq u, għal dan l-għan, jimponi tul ta’ żmien ta’ mhux iktar minn disa’ snin fuq il-kuntratti għal servizzi, kif ukoll l-osservanza ta’ kriterji ta’ ekonomija u effikaċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(2) ta’ dan id-Digriet Leġiżlattiv għandu l-istess għan, billi jillimita l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti tal-entitajiet li jkunu bbenefikaw minn għotjiet diretti preċedenti jew billi jippermettihom jipparteċipaw biss meta dawn l-entitajiet ikunu qed josservaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18(2)A(a) tal-imsemmi Digriet Leġiżlattiv, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[i]l-kumpanniji kif ukoll il-kumpanniji omm tagħhom, il-kumpanniji membri tal-istess grupp u s-sussidjarji li, fl-Italja jew barra mill-pajjiż, jibbenefikaw minn għoti ta’ kuntratti mhux konformi mad-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 5 u 8(3) tar-[Regolament Nru 1370/2007] u li t-terminu tagħhom jestendi għal wara t‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE> ma jistgħu jipparteċipaw f’ebda proċedura għall-għoti ta’ servizzi, anki jekk diġà mnedija. L-esklużjoni ma tapplikax għall-impriżi li ngħataw kuntratt ta’ servizzi li kien huwa stess is-suġġett tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż ippubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fil‑<DATE ISO="20131005">5 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-Regione Toscana bdiet proċedura intiża għall-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport lokali fit-territorju tagħha. Skont dan l-avviż, it-tul ta’ din il-konċessjoni kellu jkun ta’ 108 xahar u l-għan tagħha kellu jikkorrispondi għal <FT TYPE="NUMBER">90000000</FT> km kull sena ta’ trasport lokali bil-karozzi tal-linja (b’possibbiltà ta’ varjazzjoni ta’ madwar 20 %).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Stediniet għal offerta ntbagħtu lill-uniċi żewġ entitajiet li kienu wrew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-proċedura, jiġifieri Mobit u Autolinee Toscane.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mobit huwa grupp Taljan ta’ kumpanniji, li jiġbor flimkien diversi impriżi li joperaw fis-settur tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Autolinee Toscane, kumpannija stabbilita fl-Italja, hija 100 % sussidjarja ta’ RATP Dev SA u ta’ RATP Dev Italia Srl, kumpanniji li huma stess huma kompletament ikkontrollati mir-Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP). Ir-RATP hija stabbiliment pubbliku maħluq u kkontrollat mill-Istat Franċiż, li fdalu kuntratti għall-operat tan-netwerks u tal-linji ta’ trasport ta’ passiġġieri fir-reġjun tal-Île-de-France (Franza) sa mis-sena 1948. Id-data ta’ skadenza tal-kuntratt għas-servizzi pubbliċi ta’ trasport mogħtija lir-RATP fi Franza, li kien fis-seħħ fil-mument tal-fatti rilevanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija l‑<DATE ISO="20391231">31 ta’ Diċembru 2039</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20151124">24 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-Regione Toscana provviżorjament tat il-kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport inkwistjoni lil Autolinee Toscane. L-aġġudikazzjoni definittiva lil din tal-aħħar ġiet deċiża fit‑<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160415">15 ta’ April 2016</DATE>, Mobit ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni finali quddiem it-Tribunale amministrativo della Toscana (il-Qorti Amministrattiva ta’ Toscana, l-Italja). Insostenn tar-rikors tagħha, Mobit ikkontestat il-legalità tal-proċedura ta’ għoti billi bbażat ruħha fuq motivi li jirrigwardaw kemm, prinċipalment, l-illegalità tal-parteċipazzjoni għas-sejħa għal offerti ta’ Autolinee Toscane u n-nuqqasijiet li jaffettwaw l-offerta ppreżentata minn din il-kumpannija kif ukoll, sussidjarjament, l-illegalità tal-proċedura kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Autolinee Toscana ippreżentat rikors inċidentali sabiex tiġi eskluża l-offerta ppreżentata minn Mobit. Ir-RATP intervjeniet fil-kawża insostenn ta’ Autolinee Toscane.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale della Toscana (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Toscana) laqgħet kemm ir-rikors prinċipali ta’ Mobit kif ukoll ir-rikors inċidentali ta’ Autolinee Toscane, billi annullat id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni minħabba nuqqasijiet li jaffettwaw l-offerti ppreżentati minn dawn iż-żewġ entitajiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli tas-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Kemm Mobit kif ukoll Autolinee Toscane appellaw minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, Mobit allegat b’mod partikolari li d-deċiżjoni ta’ għoti kienet tikser l-Artikolu 2(b) u (j), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod partikolari, Mobit qed tgħid li Autolinee Toscane kellha tiġi eskluża mill-proċedura ta’ għoti skont l-Artikolu 5(2)(b) u (d) tar-Regolament Nru 1370/2007, peress li din hija kkontrollata mir-RATP, li hija stess hija kkontrollata mill-Istat Franċiż u li ngħatat kuntratt mogħti direttament għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport fl-Île-de-France. Konsegwentement, Mobit issostni li r-RATP għandha, fir-rigward tal-kuntratt għal servizzi pubbliċi ta’ trasport li kien ġie mogħti lilha fi Franza, tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>operatur intern<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. B’din il-kwalità, ir-RATP, bħall-entitajiet kollha li fuqhom hija teżerċita influwenza, fosthom Autolinee Toscane, ma tistax tipparteċipa f’sejħiet għal offerti kompetittivi fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri ’l barra mit-territorju tar-reġjun tal-Île-de-France.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-soluzzjoni tat-tilwim li tressqu quddiemha teħtieġ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1370/2007, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tar-[Regolament (KE) Nru 1370/2007] (b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-projbizzjoni – prevista fis-subparagrafi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>b<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>d<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> [ta’ din id-dispożizzjoni] – li operatur intern jipparteċipa f’sejħiet għal offerti <HT TYPE="ITALIC">extra moenia</HT>), għandu jiġi applikat anki għall-kuntratti mogħtija fi żmien preċedenti għad-dħul fis-seħħ [ta’ dan ir-]regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kwalifika ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>operatur intern<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> – fis-sens tal-istess regolament u b’analoġija eventwali tar-<HT TYPE="ITALIC">ratio</HT> tagħha mal-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-fornituri <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>in house<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> – tista’ b’mod astratt titqies li tkopri persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku li ngħatat direttament, mill-awtorità Statali, kuntratt għall-provvista tas-servizz ta’ trasport lokali, fil-każ fejn, mill-aspett organizzattiv u ta’ kontroll, din tal-ewwel hija direttament marbuta mat-tieni waħda u fejn il-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat innifsu (integralment jew <HT TYPE="ITALIC">pro quota</HT>, f’dak il-każ, ma’ korpi pubbliċi oħra)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-kaz ta’ għoti dirett ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-fatt li, wara l-għoti, l-awtorità Statali inkwistjoni toħloq korp pubbliku amministrattiv li għandu setgħat organizzattivi fir-rigward tas-servizzi inkwistjoni (fejn barra minn hekk l-Istat iżomm id-dritt esklużiv li jagħti konċessjonijiet) – korp li ma jeżerċità l-ebda <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kontroll simili<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fuq il-persuna li ngħatat direttament il-kuntratt għall-provvista tas-servizzi – huwa ċirkustanza li tista’ teskludi l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) [ta’ dan ir-regolament]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-fatt li d-data oriġinali ta’ skadenza ta’ għoti dirett ta’ kuntratt tmur lil hinn mit-terminu ta’ tletin sena li jgħalaq fit‑<DATE ISO="20391203">3 ta’ Diċembru 2039</DATE> (terminu li beda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007) għandu jitqies li xorta waħda jimplika li l-għoti ma huwiex konformi mal-prinċipji previsti fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 5 u 8(3) tal-istess regolament, jew inkella li din l-irregolarità għandha titqies li tiġi awtomatikament sanata, għall-finijiet kollha tal-liġi, billi l-imsemmija skadenza titnaqqas impliċitament <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/><HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> għal tali terminu ta’ tletin sena?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20190111">11 ta’ Jannar 2019</DATE>, Mobit talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, Mobit tinvoka li kellha tinbeda proċedura mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika Franċiża għal nuqqas ta’ konformità eventwali, mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007, ta’ liġi Franċiża dwar l-iskadenza tal-kuntratt konkluż mar-RATP fir-rigward tat-trasport pubbliku fl-Île-de-France. Barra minn hekk, minn tliet ittri mibgħuta mir-RATP lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ din il-proċedura li sussegwentement ġiet arkivjata, jirriżulta li l-Kummissjoni kienet konvinta li l-iskadenza ta’ 30 sena prevista fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007 kellha tiskadi f’data qabel dik li hija sostniet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-proċedura preliminari. Mobit essenzjalment targumenta li din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandha konsegwenzi importanti fuq din il-kawża, b’tali mod li dan l-element għandu jiġi eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari jekk hija tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed, jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, minn naħa, il-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw f’din il-proċedura setgħu jesponu, kemm fil-fażi bil-miktub kif ukoll fil-fażi orali, il-punti ta’ liġi li huma qiesu li huma rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007. Min-naħa l-oħra, l-allegat fatt li l-Kummissjoni kienet, fil-kuntest ta’ proċedura oħra, favur interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li hija differenti minn dik ippreżentata f’din il-kawża, ma jistax jitqies li jista’ jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tieħu f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li għandha informazzjoni biżżejjed sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju u li l-argumenti kollha neċessarji sabiex tinqata’ l-kawża inkwistjoni ġew diskussi bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali ta’ din il-proċedura għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-proċedura fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport lokali fit-territorju tar-Regione Toscana. Il-proċedura ta’ għoti kienet infetħet minn din tal-aħħar bl-avviż ippubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fil‑<DATE ISO="20131005">5 ta’ Ottubru 2013</DATE> u ngħalqet bid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni finali tat‑<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE> favur Autolinee Toscane. Din il-proċedura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors ippreżentat kontra din id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni kemm quddiem il-qorti tal-ewwel istanza kif ukoll quddiem il-qorti tal-appell, Mobit sostniet li l-proċedura ta’ għoti inkwistjoni kienet illegali fid-dawl tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 minħabba l-parteċipazzjoni fiha ta’ Autolinee Toscane.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mid-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn huma bbażati fuq il-premessi li r-RATP setgħet tibbenefika minn għotja diretta u li Autolinee Toscane hija kkontrollata kompletament mir-RATP, fatti li, jekk jiġu pprovati, jistgħu, jekk ikun il-każ, jikkontestaw il-legalità tal-għoti inkwistjoni abbażi tal-Artikolu 5(2)(b) u (d) tar-Regolament Nru 1370/2007. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament għal proċedura ta’ għoti bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu sarulha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li għalihom il-qorti nazzjonali ma tkunx irreferiet fil-formulazzjoni tad-domanda tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Município de Palmela</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:76">EU:C:2017:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest ta’ din il-kawża, tqum kwistjoni preliminari fir-rigward tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri dik tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1370/2007 għall-finijiet li jiġi kkonstatat jekk awtorità lokali kompetenti, bħar-Regione Toscana, li nediet, fil‑<DATE ISO="20131005">5 ta’ Ottubru 2013</DATE>, proċedura għall-għoti ta’ kuntratt għal servizz pubbliku li taqa’, fir-rigward tas-suġġett tagħha, fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1370/2007, u li temmet din il-proċedura fit‑<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE> permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni finali, kinitx obbligata tikkonforma ruħha jew le ma’ dan l-artikolu. It-tweġiba għal din id-domanda teżiġi l-eżami tal-applikabbiltà tas-sistema tranżitorja prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 12 tiegħu, ir-Regolament Nru 1370/2007 daħal fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, jiġifieri f’data qabel kemm dik tal-ftuħ tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport lokali kif ukoll qabel dik tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Tranżizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 tiegħu, li l-għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi ta’ trasport bit-triq għandu jkun konformi mal-Artikolu 5 mit‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 jirriżulta li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin, b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament sat‑<DATE ISO="20191202">2 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li matulu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, meta jagħtu kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport bit-triq, ma humiex obbligati jikkonformaw ruħhom mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>għoti ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li jinsabu fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, ikopru d-deċiżjoni tal-konklużjoni ta’ kuntratt għal servizz pubbliku ta’ trasport bil-ferrovija jew bit-triq ma’ kumpannija, minkejja l-fatt li l-iskadenza ta’ dan il-kuntratt tista’ sseħħ wara d-data ta’ skadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, suġġett għall-konformità mar-regoli dwar il-limitazzjoni tat-tul tal-kuntratti, previsti fl-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni finali tista’ tiġi adottata minn awtorità kompetenti, matul dan il-perijodu ta’ tranżazzjoni, mingħajr ma jkollha tikkonforma ruħha mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-premessa 31 ta’ dan ir-regolament, li minnha jirriżulta mingħajr dubju li l-leġiżlatur tal-Unjoni qies li huwa meħtieġ li jiġu previsti sistemi tranżitorji, peress li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ta’ servizzi pubbliċi jeħtieġu ż-żmien sabiex jadattaw ruħhom għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1370/2007 wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, tikkonferma din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll għax-xogħol preparatorju tar-Regolament Nru 1370/2007. B’hekk, fil-proposta riveduta tagħha ta’ Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fuq il-ferroviji u t-toroq tal‑<DATE ISO="20050720">20 ta’ Lulju 2005</DATE> (COM(2005) 319 finali), il-Kummissjoni ssuġġeriet li jiġi previst li nofs il-kuntratti tat-trasport, mill-aspett tal-valur, għandu jingħata minn kull awtorità kompetenti konformement ma’ dan ir-regolament fi żmien erba’ jew ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 finalment adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni jirriżulta li, billi ddeċieda li jinjora, fil-verżjoni finali ta’ din id-dispożizzjoni, dan ir-riferiment kwantitattiv, huwa għażel li jagħti ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament matul il-perijodu tranżitorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni magħmula fil-punt 40 ta’ din is-sentenza hija wkoll ikkorroborata bil-fatt, imfakkar mill-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-Kummissjoni ppreżentat, fit‑<DATE ISO="20130130">30 ta’ Jannar 2013</DATE>, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju<?PAGE NO="12"?> domestiku tal-passiġġieri (COM(2013) 28 finali), li kellha l-għan li tirrestrinġi l-portata tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, billi jipprevedi li l-perijodu tranżitorju ta’ għaxar snin sat‑<DATE ISO="20191202">2 ta’ Diċembru 2019</DATE> jibqa’ japplika biss għall-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament, fir-rigward tal-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jorganizzaw proċedura ta’ sejħa għal offerti u li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu 5 jkunu applikabbli immedjatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, meta r-Regolament Nru 1370/2007 ġie emendat bir-Regolament Nru 2016/2338, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma adottax din il-proposta. Fil-fatt, skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 2016/2338, imsemmi fil-punt 10 ta’ din is-sentenza, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[l]-Artikolu 5 għandu japplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliku għal servizzi għat-trasport tal-passiġġieri bit-triq u b’mezzi oħra fuq binarji minbarra l-ferrovija, bħall-metro jew il-linji tat-tramm mit‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, minn dawn l-elementi jirriżulta li l-portata u d-data ta’ skadenza tas-sistema tranżitorja prevista fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 baqgħu l-istess. Għaldaqstant, din is-sistema tranżitorja tikkonċerna d-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jintqal ukoll li, ċertament, Stat Membru jista’ jimplimenta l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1370/2007 qabel iż-żmien, fil-kuntest tal-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu progressivament mal-imsemmi Artikolu 5, previsti fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jidhirx li kien il-każ fil-kawża prinċipali fid-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ għoti, kif ikkonfermaw ir-Regione Toscana u l-Gvern Taljan matul is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sistema tranżitorja prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 ma tagħtix il-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti li jiddeterminaw, b’mod illimitat, it-tul tal-kuntratti għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 sempliċement jipposponi l-applikabbiltà tal-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament għall-għotjiet ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi ta’ trasport bil-ferrovija jew bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2), għaldaqstant, ma jeskludix l-applikabbiltà tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1370/2007 għal għotjiet ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi taħt din is-sistema tranżitorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mal-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament, it-tul ta’ żmien ta’ kuntratt għal servizz pubbliku ta’ trasport bil-karozzi tal-linja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax jaqbeż l-għaxar snin, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4) tal-imsemmi regolament, li għalihom jippermetti estensjoni taħt kundizzjonijiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher li l-kuntratt ta’ konċessjoni għal servizzi pubbliċi ta’ trasport lokali ġie konkluż bejn ir-Regione Toscana u Autolinee Toscane għal terminu ta’ 108 xahar, jiġifieri disa’ snin, u b’hekk jirrispetta l-limitazzjoni tat-tul ta’ żmien tal-kuntratt prevista mir-Regolament Nru 1370/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma japplikax għal proċedura ta’ għoti mwettqa qabel it‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, b’tali mod li awtorità kompetenti li tagħti, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li tagħlaq proċedura ta’ sejħa għal offerti, qabel din id-data, kuntratt ta’ konċessjoni għal servizz pubbliku ta’ trasport lokali tal-passiġġieri bit-triq ma hijiex meħtieġa li tikkonforma ruħha mal-imsemmi Artikolu 5.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE> dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma japplikax għal proċedura ta’ għoti mwettqa qabel it‑<DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, b’tali mod li awtorità kompetenti li tagħti, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li tagħlaq proċedura ta’ sejħa għal offerti, qabel din id-data, kuntratt ta’ konċessjoni għal servizz pubbliku ta’ trasport lokali tal-passiġġieri bit-triq ma hijiex meħtieġa li tikkonforma ruħha mal-imsemmi Artikolu 5.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>