26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 322/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9387 — Allied Irish Banks/First Data Corporation/Semeral)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 322/06)

1.   

Fit-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Allied Irish Banks (“AIB”, l-Irlanda),

—

First Data Corporation (“FDC”, l-Istati Uniti), kif ukoll

—

Semeral (l-Irlanda).

AIB u FDC jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Semeral kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AIB huwa grupp ta’ servizzi finanzjarji li jopera b’mod predominanti fl-Irlanda,

—

FDC tipprovdi servizzi ta’ kummerċ u ta’ ħlas elettroniku lin-negozji madwar id-dinja, u

—

Semeral hija l-kumpanija possedenti ta’ Payzone Ireland, li topera netwerk ta’ aċċettazzjoni ta’ pagamenti tal-konsumatur b’diversi mezzi fl-Irlanda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10t’ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9387 — Allied Irish Banks/First Data Corporation/Semeral

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).