<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-443/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0443</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:238">EU:C:2019:238</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190321">21.3.2019</DATE> – Kawża C‑443/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Abraxis Bioscience</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 469/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(d)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-għoti</KEYWORD><KEYWORD>Kisba tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott bħala prodott mediċinali</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni li tkopri prodott bħala prodott mediċinali li jikkostitwixxi formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv diġà magħruf</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-443/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (patents court) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tal-Privattivi) ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170724">24 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Abraxis Bioscience LLC</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comptroller General of Patents</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tas-Seba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, K. Jürimäe (Relatur), C. Lycourgos, E. Juhász u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Abraxis Bioscience LLC, minn R. Meade, QC, kif ukoll minn J. Antcliff, advocate,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Lavery u D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn B. Nicholson, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn A. Kasalická, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z.Fehér u G. Koós kif ukoll minn R. Kissné Berta, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. L. Noort, M. K. Bulterman, C. S. Schillemans u H. S. Gijzen kif ukoll minn J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Yerrell u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Abraxis Bioscience LLC (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Abraxis<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Comptroller General of Patents (il-Kontrollur Ġenerali tal-Privattivi, ir-Renju Unit) dwar ir-rifjut ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) għal prodott mediċinali kkummerċjalizzat taħt l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Abraxane<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 5 u 7 sa 10 tar-Regolament Nru 469/2009 jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(3)</NO.P><TXT>Prodotti mediċinali, speċjalment dawk li huma r-riżultat ta’ riċerka twila u għalja, ma jibqgħux jiġu żviluppati fil-Komunità u fl-Ewropa sakemm ma jkunux mħarsa minn regoli favorevoli li jipprovdu biżżejjed protezzjoni li tinkoraġġixxi din it-tip ta’ riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmaċewtika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għandha tintlaħaq soluzzjoni uniformi fuq livell [tal-Unjoni] sabiex il-liġijiet nazzjonali ma jiżviluppawx b’mod eteroġeneu li jwassal għal iktar differenzi li jista’ jkun probabbli li joħolqu ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti mediċinali [fl-Unjoni] u b’hekk jaffetwa b’mod dirett il-funzjonzment tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi previst [ĊPS] li jingħata, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn kull Stat Membru fuq talba tad-detentur ta’ privattiva Ewropea li tirrigwarda prodott mediċinali li għalih tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Regolament huwa għalhekk l-istrument legali l-aktar xieraq.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>It-tul taż-żmien tal-protezzjoni mogħtija miċ-[ĊPS] għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi protezzjoni adegwata u effettiva. Għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ [ĊPS] għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ 15-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb awtorizzazzjoni għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq [fl-Unjoni].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Għal dan il-għan, iċ-[ĊPS] ma jistax jingħata għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>; tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin jew bhejjem u kull sostanza jew kombinazzjoni ta’ sostanzi li tista’ tingħata lil bnedmin jew lil bhejjem bil-għan li ssir dianjosi medika jew sabiex jiġu restawrati, irranġati jew modifikati funzjonijiet fisjoloġiċi fil-bnedmin jew fil-bhejjem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ [ĊPS];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u suġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69] jew fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE> dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3] jista’, taħt it-termini u kondizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-suġġett ta’ [ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[ĊPS] għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva [2001/83] jew id-Direttiva [2001/82], kif xieraq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ [ĊPS];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 469/2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva bażika, il-protezzjoni mogħtija minn [ĊPS] għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali korrispondenti jkun jista’ jitqiegħed fis-suq u għal kull użu tal-prodott bħala prodott mediċinali li jkun ġie awtorizzat qabel ma jkun skada ċ-[ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Abraxis hija kumpannija farmaċewtika li tikkummerċjalizza, bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Abraxane<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, prodott mediċinali indikat għat-trattament ta’ ċerti tipi ta’ kanċer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Abraxane fih sustanza msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>nab-paclitaxel<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> minn Abraxis, komposta minn nanopartiċelli ta’ paclitaxel miksija bl-albumina, u protetta minn privattiva Ewropea EP 0 <FT TYPE="NUMBER">961612</FT>. F’din is-sustanza, l-albumina u l-paclitaxel huma marbuta mill-qrib b’mod li jgħaddu mill-membrana ċellulari bħala entità unika. Għaldaqstant, in-nab-paclitaxel turi effikaċità ħafna ikbar mill-formulazzjonijiet tradizzjonali tal-paclitaxel għat-trattament ta’ ċerti tumuri kanċeroġeni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Abraxane jibbenefika minn awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) maħruġa fl-2008 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Qabel id-data ta’ ħruġ tal-ATS għal dan il-prodott mediċinali, il-paclitaxel kien ġie kkummerċjalizzat taħt forma oħra minn kumpanniji oħra skont numru ta’ ATS preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Abraxis ippreżentat applikazzjoni għal ĊPS abbażi tal-privattiva bażika inkwistjoni u tal-ATS emessa għall-Abraxane. B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160826">26 ta’ Awwissu 2016</DATE>, il-Kontrollur Ġenerali tal-Privattivi ċaħad din it-talba għar-raġuni li hija ma kinitx tissodisfa l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009. Hija qieset li, għalkemm din id-dispożizzjoni tippermetti l-għoti ta’ ĊPS għal użu terapewtiku ġdid u inventiv ta’ ingredjent attiv qadim, il-portata tiegħu ma testendix għal każ ta’ formulazzjoni ġdida u inventiva ta’ ingredjent attiv qadim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Abraxis ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (patents court) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tal-Privattivi) ir-Renju Unit). Hija ssostni quddiem din il-qorti li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 hija ssodisfatta fil-każ tal-Abraxane fir-rigward tas-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neurim Pharmaceuticals (1991)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-130/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:489">EU:C:2012:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi qieset li l-portata ta’ din is-sentenza ma kinitx ċara u li, għaldaqstant, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament ma kinitx evidenti fil-każ ta’ formulazzjoni ġdida u inventiva ta’ ingredjent attiv qadim, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (patents qasir) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tal-Privattivi) ir-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Artikolu 3(d) tar-Regolament [Nru 469/2009] għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-għoti ta’ ĊPS meta l-[ATS] imsemmija fl-Artikolu 3(b) [ta’ dan ir-regolament] hija l-ewwel [ATS], li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva bażika, ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott bħala prodott mediċinali u meta l-prodott huwa formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv antik?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE>, Abraxis talbet il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, Abraxis ssostni, essenzjalment, li l-Avukat Ġenerali bbaża l-konklużjonijiet tiegħu fuq argumenti li ma ġewx diskussi bejn il-partijiet u li, f’dawn il-konklużjonijiet, huwa jipproponi bidla fil-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neurim Pharmaceuticals (1991)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-130/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:489">EU:C:2012:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew limitazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza għal sempliċement sitwazzjonijiet fattwali li taw lok għal din is-sentenza, li jmorru lil hinn mid-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq proposta tal-Avukat Ġenerali, jew anki fuq talba tal-partijiet, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jekk tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew li l-kawża għandha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet. Min-naħa l-oħra, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet bħala tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>F. Hoffmann‑La Roche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:25">EU:C:2018:25</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan il-każ, filwaqt li l-osservazzjonijiet ta’ Abraxis huma fformulati sabiex iwieġbu għal ċerti punti mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-preżentazzjoni ta’ tali osservazzjonijiet ma hijiex prevista mit-testi li jirregolaw il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, qieset li għandha biżżejjed informazzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju u li l-argumenti kollha neċessarji sabiex tiġi deċiża l-kawża inkwistjoni ġew diskussi bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ATS imsemmija fl-Artikolu 3(b) tal-imsemmi regolament, invokata insostenn ta’ applikazzjoni għal ĊPS dwar formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, tista’ titqies bħala l-ewwel ATS tal-prodott ikkonċernat bħala prodott mediċinali, meta dan l-ingredjent attiv ikun diġà ngħata ATS bħala ingredjent attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ppreċiżat li, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-kawża prinċipali tirrigwarda applikazzjoni għal ĊPS li s-suġġett tagħha huwa formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, il-paclitaxel, fil-forma ta’ nanopartiċelli miksija bl-albumina li jservi bħala trasportatur tal-paclitaxel. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, din il-formulazzjoni l-ġdida, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>nab-paclitaxel<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tippermetti lill-ingredjent attiv jeżerċita l-effett terapewtiku tiegħu b’effiċjenza ikbar. Hija kkummerċjalizzata bħala prodott mediċinali bit-trade mark <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Abraxane<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Dan il-prodott mediċinali kien is-suġġett ta’ ATS li hija l-ewwel ATS li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva bażika li tkopri l-imsemmija formulazzjoni ġdida. Il-qorti tar-rinviju tispjega wkoll li, qabel id-data ta’ ħruġ tal-ATS għall-Abraxane, il-paclitaxel kien diġà ikkummerċjalizzat abbażi ta’ ATS oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li għandha tiġi eżaminata d-domanda preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu, fl-ewwel lok, jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, bħan-nab-paclitaxel, hija magħmula minn dan l-ingredjent attiv u minn trasportatur marbuta flimkien fil-forma ta’ nanopartiċelli li jippermettu l-imsemmi ingredjent attiv jeżerċita effett terapewtiku b’effiċjenza ikbar, tista’ titqies bħala prodott distint mill-prodott kompost biss mill-istess ingredjent attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-termini ta’ din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ifisser l-ingredjent attiv jew il-kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fir-Regolament Nru 469/2009, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn it-termini għandha tiġi stabbilita billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest ġenerali li fih jintużaw u konformement mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum. F’dan il-każ, fl-applikazzjoni normali tagħha fil-farmakoloġija, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma tinkludix sustanzi li jagħmlu parti mill-kombinazzjoni ta’ prodott mediċinali li ma għandhomx effett proprju fuq l-organiżmu tal-bniedem jew tal-annimal (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-210/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:762">EU:C:2013:762</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punt 11 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) tal-<DATE ISO="19900411">11 ta’ April 1990</DATE> dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali [COM(90) 101 final], li tat lok għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200), li min-naħa tiegħu ġie rrevokat u ssostitwit bir-Regolament Nru 469/2009, jindika li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għandha tinftiehem fis-sens strett ta’ sustanza attiva u li bidliet żgħar magħmula lill-prodott mediċinali, bħalma huma dożaġġ ġdid, l-użu ta’ melħ jew ta’ ester differenti, jew anki forma farmaċewtika differenti, ma jistgħux jagħtu lok għal ĊSP ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-forma farmaċewtika tal-prodott mediċinali, li għaliha jista’ jikkontribwixxi eċċipjent, ma tagħmilx parti mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, peress li dan huwa mifhum fis-sens strett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk sustanza li ma teżerċita ebda effett terapewtiku proprju hijiex neċessarja sabiex tiġi żgurata l-effikaċja terapewtika tal-ingredjent attiv, ma tistax, f’dan il-każ, titqies bħala kriterju suffiċjentement preċiż (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:762">EU:C:2013:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, sustanza li ma teżerċita ebda effett terapewtiku proprju u li tintuża sabiex tinkiseb ċerta forma farmaċewtika tal-prodott mediċinali ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jippermetti li jiġi stabbilit il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:762">EU:C:2013:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Isegwi, minn naħa, li tali sustanza abbinata ma’ sustanza li għandha effetti terapewtiċi proprji ma tistax tagħti lok għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009. Min-naħa l-oħra, il-fatt li sustanza li ma teżerċita ebda effett terapewtiku proprju tista’ tagħmilha possibbli li tinkiseb forma farmaċewtika tal-prodott mediċinali li huwa neċessarju għall-effikaċja terapewtika tas-sustanza li għandha effetti terapewtiċi ma jistax jinvalida din<?PAGE NO="7"?> l-interpretazzjoni (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-210/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:762">EU:C:2013:762</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll għal sustanza li, bħall-albumina fil-kawża prinċipali, għandha, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba għal deċiżjoni preliminari msemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, ir-rwol ta’ trasportatur tal-ingredjent attiv. Peress li tali trasportatur ma għandux effetti terapewtiċi proprji, fatt li għandu madankollu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, ma jistax jitqies bħala ingredjent attiv fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009, minkejja li jippermetti lill-ingredjent attiv li huwa abbinat miegħu jeżerċita l-effett terapewtiku tiegħu b’mod iktar effettiv. Għalhekk, tali trasportatur, anki jekk abbinat ma’ sustanza li għandha effetti terapewtiċi proprji, ma jistax jagħti lok għal kompożizzjoni ta’ ingredjenti attivi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, li, bħan-nab-paclitaxel, hija magħmula minn dan l-ingredjent attiv u minn trasportatur li ma għandux effett terapewtiku proprju, li huma marbuta flimkien fil-forma ta’ nanopartiċelli, ma tistax titqies bħala prodott distint mill-prodott li huwa kompost biss mill-imsemmi ingredjent attiv anki jekk tali formulazzjoni tippermetti lil dan l-ingredjent attiv jeżerċita l-effett terapewtiku b’effiċjenza ikbar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ddeterminat jekk ATS maħruġa għal formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, bħan-nab-paclitaxel, tistax titqies bħala l-ewwel ATS emessa għal dan il-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, fil-każ fejn din l-ATS tkun l-ewwel ATS li taqa’ fil-kamp ta’ protezzjoni tal-privattiva bażika inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, waħda mill-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett l-għoti ta’ ĊPS hija li, fl-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal ĊPS u fid-data ta’ din l-applikazzjoni, l-ATS miksuba għall-prodott li huwa s-suġġett tal-imsemmija applikazzjoni għandha tkun l-ewwel ATS ta’ dan il-prodott bħala prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tiegħu, fid-dawl tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 timplika li l-ewwel ATS tal-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tfisser l-ewwel ATS ta’ prodott mediċinali li jinkorpora l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni tal-ingredjenti attivi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont tali interpretazzjoni, hija biss l-ewwel ATS ta’ prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, li tista’ titqies bħala l-ATS li tikkorrispondi għall-ewwel prodott mediċinali li tqiegħed fis-suq li jinkorpora l-prodott ikkonċernat, kif iddefinit fl-Artikolu 1(b) tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Medeva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:773">EU:C:2011:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, fir-rigward tal-għan tar-Regolament Nru 469/2009, mill-kliem tal-premessi 3 sa 5 u 9 tiegħu, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta li s-sistema taċ-ĊPS għandha l-għan li tikkumpensa l-insuffiċjenza tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva fir-rigward ta’ kopertura għall-investiment fil-qasam tar-riċerka ta’ mediċini ġodda u għalhekk tinkoraġġixxi din ir-riċerka. Madankollu, mill-premessa 10 tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jikseb dan il-għan b’mod li jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi kollha inkwistjoni, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur daqstant kumpless u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni, li ssostni interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, hija kkonfermata mill-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għal Regolament tal-<DATE ISO="19900411">11 ta’ April 1990</DATE>, imsemmija fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, li minnha jirriżulta, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 52 sa 55, 66 u 69 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni, billi jistabbilixxi s-sistema taċ-ĊPS, li jippromwovi protezzjoni mhux ta’ kwalunkwe riċerka farmaċewtika li twassal għall-għoti ta’ privattiva u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali ġdid, iżda għal dik li twassal għall-ewwel tqegħid fis-suq ta’ ingredjent attiv jew għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi bħala prodott mediċinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Tali għan jiġi kompromess li kieku, għall-finijiet li tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, kien possibbli li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għal formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, biss l-ewwel ATS fil-kamp tal-privattiva bażika li tipproteġi din il-formulazzjoni l-ġdida u li ma tittiħidx inkunsiderazzjoni l-ATS emessa preċedentement għall-istess ingredjent attiv f’formulazzjoni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009 ikollha r-riskju li tkun sors ta’ inċertezza legali u ta’ inkoerenzi fir-rigward taċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jinkiseb ĊPS, sa fejn ikun diffiċli li jiġi ddeterminat f’liema ċirkustanzi preċiżi ATS emessa għal formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv tista’ taqa’ taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ATS emessa għal formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv, bħan-nab-paclitaxel, ma tistax titqies bħala l-ewwel ATS emessa għal dan il-prodott bħala prodott mediċinali, fis-sens tal-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, meta dan l-ingredjent attiv kien diġà s-suġġett ta’ ATS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neurim Pharmaceuticals (1991)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-130/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:489">EU:C:2012:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tistax tinvalida din l-interpretazzjoni. Fid-dawl ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 469/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dak tal-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, is-sempliċi eżistenza ta’ ATS preċedenti miksuba għal prodott mediċinali għall-użu veterinarju ma tipprekludix li jinħareġ ĊPS għal applikazzjoni differenti tal-istess prodott li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat ATS, bil-kundizzjoni li din l-applikazzjoni taqa’ fil-kamp tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva bażika invokata insostenn tal-applikazzjoni għaċ-ĊPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkonfutatx, fl-imsemmija sentenza, l-interpretazzjoni stretta tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> imsemmi fl-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li dan il-kunċett ma jistax ikopri sustanza li ma tissodisfax id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ingredjent attiv<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>kompożizzjoni ta’ ingredenti attivi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline Biologicals u Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-210/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:762">EU:C:2013:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-eċċezzjoni għall-interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament li ġiet ikkonstatata fis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neurim Pharmaceuticals (1991)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-130/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:489">EU:C:2012:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tirrigwardax, fi kwalunkwe każ, każ ta’ formulazzjoni ġdida tal-prodott inkwistjoni. Din l-eċċezzjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi invokata fil-każ ta’ ATS emessa għal formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv li diġà kien is-suġġett ta’ ATS, minkejja li l-ATS ta’ din il-formulazzjoni l-ġdida hija l-ewwel waħda li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva bażika invokata insostenn tal-applikazzjoni għal ĊPS għal din il-formulazzjoni l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 469/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ATS li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 3(b) tal-imsemmi<?PAGE NO="9"?> regolament, invokata insostenn ta’ applikazzjoni għal ĊPS dwar formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, ma tistax titqies bħala l-ewwel ATS tal-prodott ikkonċernat bħala prodott mediċinali meta dan l-ingredjent attiv diġà kien is-suġġett ta’ ATS bħala ingredjent attiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri flimkien mal-Artikolu 1(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 3(b) tal-imsemmi regolament, invokata insostenn ta’ applikazzjoni għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari dwar formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv qadim, ma tistax titqies bħala l-ewwel awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat bħala prodott mediċinali meta dan l-ingredjent attiv diġà kien is-suġġett ta’ tali awtorizzazzjoni bħala ingredjent attiv.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>