<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑163/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0163</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:834">EU:C:2015:834</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WATHELET — KAWŻA C‑163/15</P><P>HASSAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑163/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Youssef Hassan</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Breiding Vertriebsgesellschaft mbH</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23</KEYWORD><KEYWORD>Liċenzja</KEYWORD><KEYWORD>Reġistru tat-trade marks Komunitarji</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-persuna liċenzjata li ġġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ tniżżil tal-liċenzja fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>regolament<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Youssef Hassan u Breiding Vertriebsgesellschaft mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Breiding<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward ta’ azzjoni għall-vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, miġjuba minn Breiding kontra Youssef Hassan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessa 11 tar-Regolament Nru 207/2009 tistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>It-trade mark Komunitarja għandha titqies bħala oġġett ta’ proprjetà li jeżisti separatament mill-impriża li tidentifika l-prodotti jew servizzi tagħha permezz ta’ tali trade mark. Allura, għandu jkun possibli li tali trade mark tiġi trasferita, bla ħsara għall-interess superjuri tal-pubbliku li ma jiġix imqarraq b’riżultat ta’ dan it-trasferiment. Għandu jkun possibli wkoll li t-trade mark tingħata bħala sigurtà a favur ta’ terza persuna u li tkun is-soġġett ta’ liċenzja.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trade mark Komunitarja tista’ tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment tal-impriża, fir-rigward jew ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta’ kollha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="2"?><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tal-impriża kollha jinkludi t-trasferiment tat-trade mark Komunitarja ħlief meta, skont il-liġi li tirregola it-trasferiment, ikun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment tal-impriża.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="017.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-Titolu ma jistax jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Drittijiet in rem<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Trade mark Komunitarja tista’, b’mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala garanzija jew tkun is-soġġett ta’ drittijiet in rem.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Trade mark Komunitarja tista’ tiġi liċenzjata fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, jew fir-rigward ta’ kollha, għall-Komunità kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista’ tkun esklussiva jew mhux esklussiva.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, il-liċenzjat jista’ jġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, il-pussessur ta’ liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta’ vjolazzjoni fi żmien xieraq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liċenzjat huwa intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta’ liċenzja li tirrigwarda trade mark Komunitarja għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 207/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Effetti fil-konfront ta’ terzi persuni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 li jirrigwardaw trade mark Komunitarja għandhom ikollhom effett fil-konfront ta’ terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru. Madanakollu, att ta’ dan it-tip għandu jkollu effett qabel ma jitniżżel, fil-konfront ta’ terzi persuni li jkunu akkwistaw drittijiet fit-trade mark wara d-data ta’ dak l-att u li jkunu jafu bl-att fid-data meta jakkwistaw id-drittijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 1 ma japplikax f’każ ta’ persuna li takkwista trade mark Komunitarja jew dritt li jikkonċerna trade mark Komunitarja permezz ta’ trasferiment tal-impriża kollha jew permezz ta’ kull xorta oħra ta’ suċċessjoni universali.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Mit-<DATE ISO="20110102">2 ta’ Jannar 2011</DATE>, Breiding hija d-detentriċi tal-liċenzja, mhux imniżżla fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>reġistru<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li tikkonċerna t-trade mark verbali Komunitarja ARKTIS, ippreżentata fil-<DATE ISO="20020815">15 ta’ Awwissu 2002</DATE> u rreġistrata fil-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> taħt in-numru CTM 002818680, li l-proprjetarja tagħha hija KBT &amp; Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétà u li tapplika b’mod partikolari għall-oġġetti tal-friex u għall-gvieret. Il-ftehim tal-liċenzja jistipula li Breiding għandha taġixxi f’isimha proprju, fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Youssef Hassan huwa l-amministratur ta’ OVL Onlinevertrieb &amp; -logistik GmbH &amp; Co. KG, li mill-<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE> ħadet f’idejha l-impriża, komposta minn soċju wieħed, li huwa kien jopera preċedentement. Dawn l-impriżi offrew, fis-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE> u fit-<DATE ISO="20121030">30 ta’ Ottubru 2012</DATE> rispettivament, fis-sit tal-internet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>schoene-traeume.de<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, varji kwilts ikkuttunati bir-rix taħt l-ismijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Arktis 90<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Arktis 90 HS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>innoBETT selection Arktis<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Wara l-fatti li seħħew matul l-2009, il-kumpannija li dak iż-żmien kienet id-detentriċi tal-liċenzja, kienet bagħtet intimazzjoni lil Youssef Hassan, li fit-<DATE ISO="20100203">3 ta’ Frar 2010</DATE>, kien iffirma att imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dikjarazzjoni ta’ astenjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li permezz tiegħu kien intrabat li jastjeni milli juża l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Arktis<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> għal-oġġetti tal-friex, taħt piena ta’ sanzjoni pattwita li kellha tiġi liberament evalwata mid-detentur tal-liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara l-fatti li seħħew matul l-2012, Breiding ressqet kawża quddiem il-Landgericht (qorti reġjonali) kompetenti. Din tal-aħħar ikkonstatat il-validità ta’ dan il-ftehim, ordnat lil Youssef Hassan jagħti xi informazzjoni u jirtira l-prodotti ffalsifikati sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu distrutti, u kkundannatu għall-ħlas tad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Youssef Hassan ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) liema qorti tqis li s-suċċess tar-rikors jiddependi fuq il-kwistjoni li jiġi stabbilit jekk Breiding, li, skont il-ftehim tal-liċenzja, tiddisponi mill-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark rikjest fl-Artikolu 22(3) tar-regolament, tistax taġixxi fi proċedimenti tal-imsemmija trade mark minkejja li din mhix iskritta bħala detentriċi ta’ liċenzja fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Peress li r-risposta għal din id-domanda tiddependi mill-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament u peress li għandha xi dubji f’dan ir-rigward, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-[regolament] tipprekludi d-detentur ta’ liċenzja li ma huwiex imniżżel fir-reġistru [...] milli jieħu azzjoni minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark [Komunitarja]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-[regolament] tipprekludi mekkaniżmu legali nazzjonali li jawtorizza lid-detentur ta’ liċenzja li jinforza f’ismu stess [permezz tar-rappreżentazzjoni], (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Prozessstandschaft<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>) id-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-awtur tal-vjolazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Breiding, mill-Gvern Ġermaniż u dak Pollakk kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Fi tmiem din il-fażi bil-miktub tal-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kellha biżżejjed informazzjoni sabiex tiddeċiedi mingħajr is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, li tistabbilixxi li l-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 tar-regolament, li jikkonċernaw it-trade mark Komunitarja, mhumiex effettivi fil-konfront ta’ terzi fl-Istati Membri kollha ħlief wara t-tniżżil tagħhom fir-reġistru, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi persuna liċenzjata milli ġġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni tat-trade mark li tkun fil-mira tal-liċenzja, jekk din tal-aħħar ma tkunx tniżżlet fl-imsemmi reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ngħid mill-ewwel li l-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub jagħtu risposta negattiva għal din id-domanda. Nikkondividi din il-konklużjoni. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din tal-aħħar, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet fil-mira tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Yaesu Europe</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:750">EU:C:2009:750</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brain Products</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑219/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:742">EU:C:2012:742</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Koushkaki</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑84/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:862">EU:C:2013:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>kif ukoll Lanigan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-kawża preżenti, kemm il-kuntest tal-Artikolu 23(1) tar-regolament kif ukoll l-għan aħħari tiegħu jwassluni sabiex naħseb li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix lill-proprjetarju ta’ liċenzja milli jġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni tat-trade mark fil-mira tal-liċenzja jekk din tal-aħħar ma tkunx tniżżlet fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel domanda preliminari titlob, fl-opinjoni tiegħi, risposta fin-negattiv, mhux ser neżamina t-tieni domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni kuntestwali tal-Artikolu 23(1) tar-regolament</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[l‑]<HT TYPE="ITALIC">atti ġuridiċi</HT> msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 li jirrigwardaw trade mark Komunitarja għandhom ikollhom effett fil-konfront ta’ terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Jidher għalhekk li huwa essenzjali li jiġu ddeterminati l-atti ġuridiċi fil-mira ta’ dawn id-dispożizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit jekk il-proċedimenti ta’ vjolazzjoni humiex inklużi fosthom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-atti ġuridiċi inkwistjoni fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament huma t-trasferiment tat-trade mark Komunitarja (Artikolu 17), il-garanzija jew it-trasferiment ta’ dritt ieħor <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jkollhom it-trade mark fil-mira tagħhom (Artikolu 19) u l-<HT TYPE="ITALIC">għoti</HT> ta’ liċenzja (l-Artikolu 22).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-punt komuni bejn dawn l-atti differenti, li skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jirrigwardaw trade mark Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jinsab fil-fatt li għandhom fil-mira tagħhom jew bħala effett, li joħolqu jew jittrasferixxu dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq it-trade mark.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din il-karatteristika komuni hija koerenti mat-titolu tat-taqsima li taħtha taqa’ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament. Fil-fatt, it-taqsima inkwistjoni hija t-Taqsima 4 tat-Titolu II intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>It-trade marks Komunitarji bħala <HT TYPE="ITALIC">prodotti ta’ proprjetà</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Nikkondividi, għalhekk, l-analiżi tal-Gvern Ġermaniż li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>att ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, jikkonċerna biss il-<HT TYPE="ITALIC">kostituzzjoni</HT> ta’ dritt fuq it-trade mark bħala prodott ta’ proprjetà. Għalhekk, l-imsemmi kunċett ma jkoprix l-eżerċizzju tad-dritt tad-detentur tal-liċenzja li jaġixxi fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni abbażi tal-Artikolu 22(3) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija wkoll sostnuta mid-differenza marbuta mat-tniżżil fir-reġistru, skont jekk din tkunx tikkonċerna t-trasferiment jew inkella dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> jew liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk kull wieħed mill-artikoli msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament jistabbilixxi li t-trasferiment, id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> imsemmija fl-Artikolu 19(1), l-għoti jew it-trasferiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fuq talba ta’ waħda mill-partijiet [...] għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-Artikolu 17(5) tar-regolament (trasferiment), l-Artikolu 19(2) (garanzija u drittijiet oħra <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>), kif ukoll l-Artikolu 22(5) (liċenzja).</P></NOTE>, huwa biss l-Artikolu 17(6) tar-regolament li jissuġġetta l-possibbiltà li wieħed jipprevalixxi ruħu mid-drittijiet li jirriżultaw mit-trasferiment, għat-tniżżil tiegħu fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ried jimponi bħala kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet li joħorġu minn garanzija jew minn liċenzja t-tniżżil preliminari fir-reġistru, żgur li dan kien jiġi ppreċiżat f’kull wieħed mill-artikoli korrispondenti. Fil-fatt, kieku kellu jiġi sostnut li tali preċiżjoni hija inutli, fid-dawl tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, allura l-Artikolu 17(6) ta’ dan ir-regolament ikun żejjed u jixxejjen għalhekk minn kull utilità. Bejn interpretazzjoni li tagħmel sens u oħra li hija mxejna minn kull utilità, hemm lok li tiġi adottata tal-ewwel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li għandu x’jaqsam, b’mod iktar partikolari, mal-eżerċizzju ta’ azzjoni relatata mal-vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja mill-persuna liċenzjata, l-Artikolu 22(3) tar-regolament jawtorizza dan espressament, bil-kundizzjoni unika li dan tal-aħħar ikun kiseb il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Din il-kundizzjoni fiha nnifisha mhix assoluta, peress li t-tieni sentenza tal-Artikolu 22(3) tippreċiża li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>pussessur ta’ liċenzja esklussiva jista’ jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat-trade mark, wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta’ vjolazzjoni fi żmien xieraq<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></NOTE> u bir-riżerva tal-istipulazzjonijiet fil-kuntratt tal-liċenzja. Jekk ir-reġistrazzjoni preliminari kienet tikkostitwixxi kundizzjoni meħtieġa għall-ammissibbiltà ta’ azzjoni ta’ vjolazzjoni mressqa mill-persuna liċenzjata, dan ir-rekwiżit kellu, fin-nuqqas tat-tniżżil tiegħu b’mod ġenerali għad-drittijiet kollha li jirriżultaw mil-liċenzja f’paragrafu separat, jitniżżel fid-dispożizzjoni li tittratta din il-kwistjoni, jiġifieri l-Artikolu 22(3) tar-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jidhirli għalhekk li l-analiżi kuntestwali tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-regolament twassal sabiex din id-dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li ma tissuġġettax id-dritt tal-persuna liċenzjata li ġġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni, għat-tniżżil preliminari tal-liċenzja fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-għan tal-konnessjoni bejn l-infurzabbiltà kontra terzi persuni u t-tniżżil fir-reġistru jsostni din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 23(1) tar-regolament</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) tar-regolament huwa magħmul minn żewġ sentenzi. Għalhekk waħda ma tistax tinqara indipendentement mill-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Irid jingħad li filwaqt li l-ewwel sentenza tal-paragrafu (1) tal-imsemmi Artikolu 23 tar-regolament tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[l]-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 li jirrigwardaw trade mark Komunitarja għandhom ikollhom effett fil-konfront ta’ terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, it-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[m]adanakollu, att ta’ dan it-tip għandu jkollu effett qabel ma jitniżżel, fil-konfront ta’ terzi persuni li jkunu akkwistaw drittijiet fit-trade mark wara d-data ta’ dak l-att u li jkunu jafu bl-att fid-data meta jakkwistaw id-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn din il-preċiżjoni li l-għan aħħari tal-Artikolu 23(1) tar-regolament huwa li jipproteġi lil dak li akkwista bil-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> drittijiet fuq trade mark Komunitarja. Fil-fatt, l-atti msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-regolament jistgħu jiġu infurzati kontra terzi li kisbu drittijiet fuq din l-istess trade mark <HT TYPE="ITALIC">meta jkollhom għarfien dwar tal-ewwel</HT>, indipendentement mit-tniżżil tagħhom fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-għan aħħari tal-infurzabbiltà kontra terzi li hija marbuta mat-tniżżil fir-reġistru, għandha essenzjalment fil-mira tagħha għalhekk, li tipproteġi lil dawk li akkwistaw bil-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> drittijiet fuq it-trade mark. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 23(1) tar-regolament ma jirregolax l-effetti tal-atti ddefiniti fl-Artikoli 17, 19 u 22 tar-regolament fir-rigward ta’ persuni li ma kisbu l-ebda dritt fuq it-trade mark iżda li jippreġudikaw dawn id-drittijiet fil-kuntest tal-attività tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Irid jingħad li l-awtur tal-vjolazzjoni ma kiseb, mid-definizzjoni tiegħu, l-ebda dritt fuq it-trade mark. Dan it-terz, biex nuża t-terminoloġija tal-Artikolu 23(1) tar-regolament, ma kiseb l-ebda drittijiet fuq it-trade mark Komunitarja ta’ proprjetarju <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>. L-Artikolu 23(1) tar-regolament għalhekk ma japplikax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni kuntrarja twassal għas-sitwazzjoni paradossali fejn l-awtur tal-vjolazzjoni <HT TYPE="ITALIC">in mala fide</HT> jkun jista’ jinvoka għall-benefiċċju tiegħu, kontra l-proprjetarju tal-liċenzja, l-Artikolu 23(1) tar-regolament sabiex iwaqqa’ l-azzjoni ta’ vjolazzjoni. Dan il-paradoss jirriżulta b’mod partikolari mill-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, meta Youssef Hassan intrabat espressament li ma jużax it-trade mark kontenzjuża fid-dikjarazzjoni ta’ astensjoni ffirmata fit-<DATE ISO="20100203">3 ta’ Frar 2010</DATE>, kien perfettament informat dwar l-eżistenza tal-liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jiena sensittiv biżżejjed, f’dan ir-rigward, għall-argument tal-Gvern Pollakk li jekk ir-regola tiġi interpretata b’dan il-mod, tiggarantixxi ċ-ċertezza legali. Fil-fatt, din tippermetti lil persuna li tkun akkwistat bil-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, li tikseb drittijiet fuq it-trade mark Komunitarja mingħajr l-obbligi li jirriżultaw mil-liċenzja mogħtija qabel. Min-naħa l-oħra, l-att preċedenti jiskatta l-effett tiegħu fil-konfront tal-persuna li tkun akkwistat sussegwentement jekk din ikollha għarfien tiegħu u, fi kwalunkwe każ, jekk ikun sar it-tniżżil fir-reġistru, peress li l-persuna li akkwistat setgħet, f’dan il-każ, faċilment ikollha għarfien tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jirriżulta għalhekk, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet, li jekk it-tniżżil fir-reġistru jsir formalità li n-nuqqas tagħha jippermetti lil awtur tal-vjolazzjoni li jinvoka eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fir-rigward tal-azzjoni għal vjolazzjoni tal-persuna liċenzjata, dan ikun imur kontra l-għan aħħari fil-mira tat-tniżżil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dan li ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf), peress li din tqum biss fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda. Nosserva, barra minn hekk, li hija biss Breiding li qieset li huwa utli li jiġi żviluppat argument f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kuntest tal-Artikolu 23(1) tar-regolament u l-għan aħħari fil-mira tiegħu, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (qorti reġjonali superjuri ta’ Düsseldorf):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja, ma tipprekludix lill-propjetarju ta’ liċenzja li mhux imniżżel fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji milli jġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Peress li t-tieni domanda preliminari tqum biss fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta fir-rigward tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>