30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

256


ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

ta' l-14 ta' Lulju 2004

li tipprovdi għan-nomina ta' imħallfin fit-Tribunal tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2004/646/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, partikolarment l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi:

1.

Il-Mandati tas-Sinjuri DEHOUSSE u VESTERDORF, tas-Sinjura JÜRIMÄE, tas-Sinjuri VILARAS, PAPASAVVAS, JAEGER, CZÚCZ, MEIJ, AZIZI, tas-Sinjuri WISZNIEWSKA-BIAŁECKA u MARTINS de NAZARÉ RIBEIRO, tas-Sinjur ŠVÁBY u s-Sinjura TIILI, imħallfin fit-Tribunal tal-Prim'Istanza, ser jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2004.

2.

Jaqbel li wieħed jipproċedi għal rinnovament parzjali tal-membri tat-Tribunal tal-Prim'Istanza għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Awwissu 2010,

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Qed jiġu nominati bħala imħallfin fit-Tribunal tal-Prim' Istanza, għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2004 sal-31 ta' Awwissu 2010:

 

Is-Sur Franklin DEHOUSSE

 

Is-Sur Bo VESTERDORF

 

Is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE

 

Is-Sur Mihalis VILARAS

 

Is-Sur Savvas S. PAPASAVVAS

 

Is-Sur Marc JAEGER

 

Is-Sur Ottó CZÚCZ

 

Is-Sur Arjen Willem Hendrik MEIJ

 

Is-Sur Josef AZIZI

 

Is-Sinjura Irena WISZNIEWSKA-BIAŁECKA

 

Is-Sinjura Maria Eugénia MARTINS de NAZARÉ RIBEIRO

 

Is-Sur Daniel ŠVÁBY

 

Is-Sinjura Virpi TIILI

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni qed tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, nhar il-14 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DE BRUIJN