|
23.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1112
tat-22 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri tgħall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisal-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe Stat Membru, sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu. |
|
(2) |
L-iżnaturanti li jintużaw f'kull Stat Membru għall-iskopijiet biex jiġi żnaturat kompletament l-alkoħol kif imsemmi fl-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1867 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 billi introduċa proċedura unika komuni għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol. Dik il-proċedura komuni involviet l-użu, għal kull ettolitru ta' etanol assolut, ta' litru ta' alkoħol isopropil (IPA), ta' litru ta' metiletilketon (MEK) u ta' gramma waħda ta' benżoat tad-denatonju. Dik il-proċedura komuni kienet maħsuba wkoll sabiex tissostitwixxi d-diversi proċeduri nazzjonali għall-iżnaturar sabiex jiġu evitati l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż. |
|
(4) |
Il-proċedura segwita għall-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1867 ma kinitx f'konformità mal-Artikolu 27(3) u (4) tad-Direttiva 92/83/KEE. Għalhekk, dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jitħassar. |
|
(5) |
Fil-15 ta' Marzu 2017 jew qabel, ċerti Stati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni bl-iżnaturanti għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol li mill-1 ta' Awwissu 2017 beħsiebhom jużaw għall-iskopijiet tal-Artikolu 27(1)(a). |
|
(6) |
Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2017 il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjonijiet kollha li rċeviet lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(7) |
Stat Membru wieħed qajjem oġġezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 92/83/KEE minħabba l-fatt li l-proċedura għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol li jkun fiha litru ta' alkoħol isopropil (IPA), litru ta' metiletilketon (MEK) u gramma waħda ta' benżoat tad-denatonju għal kull ettolitru ta' etanol assolut tagħti lok għal użu ħażin u għalhekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 92/83/KEE fir-rigward tal-prevenzjoni ta' kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż. |
|
(8) |
Fir-rigward ta' Stati Membri li naqsu milli jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw żnaturanti ġodda, għandhom ikomplu japplikaw il-proċeduri li diġà jinsabu fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 qabel ma kien emendat bir-Regolament (UE) 2016/1867.. |
|
(9) |
Il-proċeduri li ma għadhomx inklużi fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 jistgħu jintużaw fi Stat Membru fejn huma awtorizzati, għall-produzzjoni tal-alkoħol żnaturat biex jintuża għall-manifattura ta' xi prodott mhux għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva 92/83/KEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli f'dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1867 għandu jitħassar b'mod espliċitu. |
|
(12) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1867 u għandu għalhekk jidħol fis-seħħ bħala b'urġenza. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1867 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 jibda japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12)
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1867 tal-20 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar il-proċeduri tar-rikonoxximent reċiproku għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 32).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta' prodotti awtorizzati, bin-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS), għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.
|
Aċetun |
CAS: 67-64-1 |
|
C.I. aħmar reattiv 24 |
CAS: 70210-20-7 |
|
Kristalvjola (C.I. Nru 42555) |
CAS: 548-62-9 |
|
Benżoat tad-denatonju |
CAS: 3734-33-6 |
|
Etanol |
CAS:64-17-5 |
|
Fluworexxeina |
CAS: 2321-07-5 |
|
Żejt fusel |
CAS: 8013-75-0 |
|
Petrol (inkluż petrol bla ċomb) |
CAS: 86290-81-5 |
|
Alkoħol isopropiliku |
CAS: 67-63-0 |
|
Kerosin |
CAS: 8008-20-6 |
|
Pitrolju |
CAS: 64742-47-8 u 64742-48-9 |
|
Metanol |
CAS: 67-56-1 |
|
Metiletilketon (2-butanon) |
CAS: 78-93-3 |
|
Metilisobutilketon |
CAS: 108-10-1 |
|
Metilisopropilketon |
CAS: 563-80-4 |
|
Metil vjola |
CAS: 8004-87-3 |
|
Metilen blu (52015) |
CAS: 61-73-4 |
|
Solvent tan-nafta |
CAS: 8030-30-6 |
|
Trementina |
CAS: 8006-64-2 |
|
Nafta (żejt mhux maħdum) |
CAS: 92045-57-3 |
|
Alkoħol tertbutil |
CAS: 75-65-0 |
|
Tijofen |
CAS: 110-02-1 |
|
Timol blu |
CAS: 76-61-9 |
It-terminu “etanol assolut” f'dan l-Anness għandu l-istess tifsira bħall-kelma “alkoħol assolut” użat mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata.
F'dawn l-Istati Membri kollha, kwalunkwe żebgħa tista' tiġi miżjuda mal-alkoħol żnaturat biex tagħtih kulur karatteristiku, u jsir immedjatament identifikabbli.
I. Il-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament użata fil-Belġju, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, fl-Ungerija, f'Malta, fin-Netherlands, fl-Awstrija, fil-Polonja, fil-Portugall, fis-Slovenja, fis-Slovakkja, fil-Finlandja:
Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:
|
— |
Litru (1,0 l) alkoħol isopropil, |
|
— |
Litru (1,0 l) metiletilketon, |
|
— |
gramma (1,0 g) ta' benżoat tad-denatonju. |
II. Konċentrazzjoni ikbar tal-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użata fl-Istati Membri li ġejjin:
|
Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, u r-Renju Unit. Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:
|
|
Il-Kroazja Għal kull ettolitru ta' etanol assolut: Minimu ta':
|
|
L-Iżvezja Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:
|
III. Proċeduri addizzjonali tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użati f'ċerti Stati Membri:
Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
|
Il-Greċja Alkoħol ta' kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 96 % tal-volum jistgħu jiġu żnaturati. Għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % tal-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:
F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % tal-volum. |
|
Il-Finlandja — awtorizzata sal-31.12.2018 Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|