<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-187/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0187</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:194">EU:C:2018:194</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180320">20.3.2018</DATE> – Kawża C‑187/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (Stamperija tal-istat)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Stamperija tal-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Produzzjoni ta’ dokumenti tal-identità u dokumenti uffiċjali oħrajn</KEYWORD><KEYWORD>Ikkummissjonar ta’ impriża tad-dritt privat mingħajr proċedura preċedenti ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri tas-sigurtà speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ħarsien tal-interessi vitali tal-Istati Membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑187/16,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Tokár u B.R. Killmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija</HT>, irrappreżentata minn M. Fruhmann, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen (Relatur), T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça, A. Rosas u J. Malenovský, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, A. Borg Barthet, D. Šváby, M. Berger, A. Prechal, C. Lycourgos, M. Vilaras u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20170607">7 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, minn naħa, billi tagħti kuntratti ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ dokumenti bħal passaporti biċ-ċipp, il-passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, permessi għal piroteknika, il-liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu direttament lill-Österreichische Staatsdruckerei GmbH (iktar ’il quddiem l- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ÖS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li timponi obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizzi bħal dawn lil din il-kumpannija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 u 56 TFUE u tal-Artikolu 4 kif ukoll tal-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322), moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 14 kif ukoll tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), moqri flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Għal kuntratti pubbliċi li għandhom bħala suġġett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>servizzi ta’ pubblikazzjoni u stampar fuq bażi ta’ miżata jew fuq bażi kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, id-Direttivi 92/50 u 2004/18 jirrikjedu li wieħed jirrikorri għal proċeduri konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 92/50</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-erbatax-il premessa tad-Direttiva 92/50 hija hekk ifformulata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi, fil-qasam tas-servizzi, l-istess derogi bħal fid-Direttivi 71/305/KEE [tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19710726">26 ta’ Lulju 1971</DATE>, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1971">ĠU 1971, L 185, p. 5</REF.DOC.OJ>)] u 77/62/KEE [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19761221">21 ta’ Diċembru 1976</DATE>, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="013" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 13, p. 1</REF.DOC.OJ>)], għandhom japplikaw fir-rigward tas-sigurtà jew is-segretezza ta’ l-Istat u l-prijorità ta’ regoli oħrajn ta’ akkwist bħal dawk skond ftehim internazzjonali, dawk li jikkonċernaw l-istazzjonar tat-truppi, jew ir-regoli ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(a) ta’ din id-direttiva jipprovdi b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>kuntratti ta’ servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandhom ifissru kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bil-miktub bejn min jipprovdi s-servizz u awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fl-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [...] l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw proċeduri adattati għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-istess direttiva jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal servizzi li huma ddikjarati sigrieti jew li l-eżekuzzjoni tagħhom għandu jkollha magħha miżuri ta’ sigurtà speċjali skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat jew meta l-protezzjoni ta’ l-interessi bażiċi [vitali] tas-sigurtà ta’ dak l-Istat jitolbu hekk.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kuntratti li għandhom bħala l-objettiv tagħhom servizzi elenkati fl-Anness IA għandhom jingħataw skond id-disposizzjonijiet tat-Titoli III sa VI.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-imsemmija Titoli III sa VI jinkludu l-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness IA tal-imsemmija direttiva jsemmi, b’mod partikolari, taħt il-kategorija 15, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Servizzi ta’ pubblikazzjoni u stampar fuq bażi ta’ ħlas jew kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/18</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kuntratti sigrieti u kuntratti li jeħtieġu miżuri speċjali ta’ sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi meta dawn huma dikjarati bħala sigrieti, meta t-twettiq tagħhom għandu jkun imsieħeb minn miżuri speċjali ta’ sigurtà skond il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat, jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzali [vitali] ta’ dak l-Istat Membru jitlob hekk.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kuntratti ta’ Servizzi elenkati f’Anness II A<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kuntratti li għandhom bħala l-oġġettiv tagħhom servizzi elenkati fl-Anness II A għandhom jiġu mogħtija skond l-Artikoli 23 sa 55.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dan l-anness isemmi, b’mod partikolari, taħt il-kategorija 15, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Servizzi ta’ l-ippubblikar u l-istampar fuq il-bażi ta’ miżata jew kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2252/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE> dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="375" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 375</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kull Stat Membru għandu jagħżel korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà għall-istampar tal-passaporti u d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar. Għandu jikkomunika l-isem ta’ dak il-korp lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-istess korp jista’ jiġi magħżul minn żewġ Stati Membri jew iktar. Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jbiddel il-korp magħżul tiegħu. Għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-StDrG</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1a tal-Bundesgesetz zur Neuordnung der Rechtsverhältnisse der Österreichischen Staatsdruckerei (il-Liġi Federali dwar ir-riorganizzazzjoni tas-sitwazzjoni legali tal-ÖS, Bundesgesetzblatt I, 1/1997, iktar ’il quddiem is- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>StDrG<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[...] Il-kumpannija [...] għandha bħala isem kummerċjali l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Österreichische Staatsdruckerei GmbH<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>; huwa għandu jassumi l-produzzjoni ta’ prodotti stampati għas-servizzi federali li waqt il-proċess ta’ produzzjoni tagħhom hija meħtieġa s-segretezza jew il-konformità ma’ dispożizzjonijiet tas-sigurtà (sigurtà fl-istampar) [...] <QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tas-StDrG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-kumpannija għandha fi kwalunkwe każ l-kompiti li ġejjin:</P><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produzzjoni ta’ prodotti stampati għas-servizzi federali li waqt il-proċess ta’ produzzjoni tagħhom hija meħtieġa s-segretezza jew il-konformità ma’ dispożizzjonijiet tas-sigurtà (sigurtà fl-istampar) [...] <QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tas-StDrG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-istituzzjonijiet federali għandhom “jafdaw biss bil-produzzjoni tal-prodotti referuti fil-punt 1 tal-Artikolu 2(2), [lill-ÖS] [...] ħlief jekk [l-imsemmija] kumpannija ma tkunx tista’, għal raġunijiet fattwali jew legali, twettaq kif xieraq il-kompiti bi prezzijiet raġonevoli, jew jekk il-prodott inkwistjoni huwa propost lill-entità Federali minn parti terza, benefiċċji u kundizzjonijiet kuntrattwali ndaqs, bi prezz iktar baxx. [...] <QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Monitoraġġ tas-sigurtà fl-istampar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, l-Artikolu 6(1) tas-StDrG jiddisponi li l-proċessi tan-negozju u l-operazzjonijiet li jikkonċernaw il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tas-sigurtà fl-istampar huma suġġetti għall-monitoraġġ mill-Ministru Federali kompetenti għas-sigurtà fl-istampar inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6(2) l-ÖS għandha tieħu l-miżuri tas-sigurtà kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat l-abbuż fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-istampar tas-sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 3 tal-istess Artikolu 6, l-ÖS għandha tipprovdi aċċess, sal-grad meħtieġ għall-monitoraġġ, lill-Ministru Federali kompetenti għas-sigurtà fl-istampar inkwistjoni, għall-ispazji kummerċjali u aċċess għad-dokumenti kummerċjali kkonċernati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar il-passaporti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, li għandhom passaporti tas-servizz u passaporti diplomatiċi, karti tal-identità u passaporti ta’ emerġenza, hija rregolata mill-Verordnung der Bundesministerin für Inneres über die Gestaltung der Reisepässe und Passersätze (id-Digriet tal-Ministru Federali għall-Intern dwar id-disinn ta’ passaporti u dokumenti minflok passaporti, Bundesgesetzblatt 861/1995, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Digriet dwar il-passaporti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Annessi A, D u E tad-Digriet dwar il-passaporti li jkun fihom kampjuni ta’ passaporti, passaporti ta’ servizz u passaporti diplomatiċi biex jipproduċu, li jippreżentaw fuq l-aħħar paġna tagħhom immarkata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>PRINT by ÖSD<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-karti tal-identità, l-Artikolu 5 tad-Digriet dwar il-passaporti jipprovdi sigurtà kontra l-kontrafazzjoni jew il-falsifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-applikazzjoni magħquda tal-Artikolu 2(3) tas-StDrG u tad-Digriet dwar il-passaporti jirriżulta b’hekk li, b’riżerva għall-eċċezzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni, il-passaporti biċ-ċipp, il-karti tal-identità u l-passaporti ta’ emerġenza għandhom jiġu prodotti mill-ÖS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-digriet dwar permessi ta’ residenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 10a(2) u l-Artikolu 10c(2) tal-Verordnung der Bundesministerin für Inneres zur Durchführung des Niederlassungs- und Aufenthaltsgesetzes (id-Digriet tal-Ministru Federali għall-Intern li jimplimenta l-liġi dwar l-istabbiliment u r-residenza, Bundesgesetzblatt II, 451/2005), iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ residenza permanenti, iċ-ċertifikati ta’ preżentata ta’ domanda u ċ-ċertifikati ta’ residenza regolari għandhom ikunu prodotti esklussivament mill-ÖS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Ministerjali dwar il-liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-preżentazzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu hija rregolata mill-Verordnung des Bundesministers für Wissenschaft und Verkehr über die Durchführung des Führerscheingesetzes (id-Digriet tal-Ministru Federali għax-Xjenzi u t-Trasporti li jimplimenta l-liġi dwar il-liċenzja tas-sewqan, Bundesgesetzblatt II, 320/1997).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) ta’ dan id-digriet, il-liċenzji tas-sewqan għandu jkollhom protezzjoni tas-sigurtà kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu ma jistgħux jiġu prodotti biss minn fornitur tas-servizzi maħtur mill-Ministru Federali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 2(3) tas-StDrG, suġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni, dan il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun biss l-ÖS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Ministerjali dwar ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi fil-format ta’ karta ta’ kreditu hija rregolata mill-Verordnung des Bundesministers für Wissenschaft und Verkehr, mit der Bestimmungen über die Einrichtung von Zulassungsstellen festgelegt werden (id-Digriet tal-Ministru Federali għax-Xjenzi u t-Trasporti li jiffissa dispożizzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ uffiċċji tar-reġistrazzjoni, Bundesgesetzblatt II, 464/1998).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1a), ta’ dan id-digriet jipprovdi għal dawn iċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni protezzjoni tas-sigurtà kontra l-kontrafazzjoni jew il-falsifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(3) tal-imsemmi digriet jipprovdi li ċertifikati ta’ reġistrazzjoni jistgħu jiġu prodotti biss minn fornitur tas-servizzi maħtur mill-Ministru Federali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 2(3) tas-StDrG, suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni, dan il-fornitur tas-servizzi jista’ jkun biss l-ÖS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Ministerjali dwar il-permessi pirotekniċi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tal-Verordnung der Bundesministerin für Inneres über die Durchführung des Pyrotechnikgesetzes 2010 (id-Digriet tal-Ministru Federali għall-Affarijiet Interni li jimplimenta l-Liġi tal-2010 dwar Oġġetti Pirotekniċi, Bundesgesetzblatt II, 499/2009), il-formola ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess ta’ piroteknika għandha tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness II ta’ dan id-digriet. Dan il-mudell jeħtieġ li l-applikazzjoni tiġi indirizzata lill-ÖS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi digriet jipprovdi s-sigurtà tal-permessi tal-piroteknika kontra l-kontrafazzjoni jew il-falsifikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’ittra ta’ intimazzjoni tas-<DATE ISO="20110406">6 ta’ April 2011</DATE>, il-Kummissjoni għarrfet lir-Repubblika tal-Awstrija bid-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE kif ukoll mad-Direttivi 92/50 u 2004/18 ta’ għotja diretta lill-ÖS ta’ ċerti kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għall-istampar ta’ dokumenti uffiċjali, inklużi passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu, ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-formati tal-karta u karta ta’ kreditu, permessi għal piroteknika, ċertifikati tal-boatmasters, formoli għal dokumenti ta’ sigurtà, vinjetti għan-narkotiċi u liċenzji għal mopeds.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-ÖS, kumpannija rregolata mid-dritt privat, kienet tipprovdi, permezz tal-istampar ta’ dawn id-dokumenti, provvista ta’ servizzi li kellu jsir skont id-Direttiva 92/50 jew id-Direttiva 2004/18, sa fejn hija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda minn dawn id-direttivi, jew ir-rispett tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, sa fejn hija ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, ir-Repubblika tal-Awstrija sostniet li l-kuntratti tas-servizzi inkwistjoni jservu l-protezzjoni tal-interessi vitali tagħha ta’ sigurtà u konsegwentement ma jaqgħux taħt, la t-Trattat FUE u lanqas taħt id-Direttivi 92/50 u 2004/18. Hija żiedet tgħid li l-għotja diretta tal-kuntratti tal-istampar tad-dokumenti inkwistjoni unikament lill-ÖS kienet iġġustifikata min-neċessità li tiġi kkonservata s-segretezza tal-informazzjoni, li tiġi ggarantita l-awtentiċità u l-preċiżjoni tal-imsemmija dokumenti, li tiġi żgurata l-provvista ta’ dawn id-dokumenti u li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-data sensittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tas-<DATE ISO="20120717">17 ta’ Lulju 2012</DATE> u tat-<DATE ISO="20130328">28 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-Repubblika tal-Awstrija ppreżentat ir-risposta tagħha għall-ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Billi qieset insuffiċjenti ir-risposti pprovduti minn dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni, b’ittra tal-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, bagħtet opinjoni motivata lil dan tal-aħħar. Hija enfasizzat li r-Repubblika tal-Awstrija ma pproduċietx il-prova li l-attribuzzjoni diretta lill-ÖS tal-kuntratti tal-istampar tal-passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu, ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu u permessi għall-piroteknika kienet iġġustifikata mill-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tagħha u li kien possibbli li torganizza sejħa pubblika għall-offerti b’tali mod li huma biss setgħu jiġu kkunsidrati impriżi speċjalizzati fl-istampar ta’ dokumenti konformi ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sigurtà u suġġetti għall-kontrolli korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni abbandunat l-ilmenti tagħha dwar permess għal ċiklomutur, ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta, il-privattivi ta’ baħħar, formoli ta’ dokumenti ta’ sigurtà u vinjetti għan-narkotiċi, jew minħabba li dawn id-dokumenti ġew imħassra, jew minħabba li l-produzzjoni tagħhom kienet is-suġġett ta’ sejħa għall-offerti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija rrispondiet għall-opinjoni motivata permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>. Essenzjalment, dan l-Istat Membru mill-ġdid invoka l-interessi bbażati fuq il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali tiegħu u enfasizza li l-eżekuzzjoni tal-kuntratti tal-istampar inkwistjoni kienet marbuta mill-qrib mal-ordni pubbliku u mal-funzjonament istituzzjonali ta’ dan l-Istat. Ir-Repubblika tal-Awstrija sostniet b’mod partikolari li l-osservanza tar-rekwiżiti tas-sigurtà ma setgħetx tiġi imposta fir-rigward ta’ impriżi oħra minn ÖS li permezz tal-użu tar-regoli tad-dritt ċivili, filwaqt li l-liġi tagħti lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi setgħat superviżorji speċifiċi fir-rigward tal-ÖS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntratti tal-istampar tal-permessi għall-piroteknika, l-ammont ta’ dawn il-kuntratti huwa tant minimu li l-eżekuzzjoni tagħhom ma jwassalx għal benefiċċju ta’ impriżi oħra, minkejja li l-għoti ta’ dawn il-kuntratti ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet stabbiliti fit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx sodisfatta bir-risposti mogħtija mir-Repubblika tal-Awstrija, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni jirrigwarda, minn naħa, kuntratti tas-servizzi għall-istampar tal-passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu kif ukoll ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, kuntratt ta’ servizz tal-istampar tal-permessi għall-piroteknika.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntratti tas-servizzi tal-istampar tal-passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li l-ammonti stmati tal-kuntratti inkwistjoni jaqbżu l-livelli limiti applikabbli skont id-Direttivi 92/50 u 2004/18, dawn il-kuntratti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dawn id-direttivi. Konsegwentement, f’dak li jikkonċerna l-imsemmija kuntratti, il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50, moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva, kellhom jiġu applikati mir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li d-derogi previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18, invokati mir-Repubblika tal-Awstrija, għandhom ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn l-artikoli ma setgħux jagħtu lill-Istati Membri s-setgħa li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jew tad-Direttivi 92/50 u 2004/18 bis-sempliċi invokazzjoni tal-interessi vitali tagħhom tas-sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sempliċi affermazzjoni tar-Repubblika tal-Awstrija li tgħid li l-kuntratti ta’ servizzi inkwistjoni jkunu jirrikjedu miżuri speċjali ta’ sigurtà jew li deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni hija neċessarja sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-sigurtà ta’ dan l-Istat Membru ma huwiex suffiċjenti sabiex juri l-eżistenza ta’ ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 jew tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreċiża li l-ÖS hija kumpannija rregolata mid-dritt privat b’responsabbiltà limitata, li l-uniku azzjonist huwa lill-Österreichische Staatsdruckerei Holding AG, peress li l-azzjonijiet ta’ din tal-aħħar huma kkwotati fil-borża u miżmuma minn persuni privati. Barra<?PAGE NO="8"?> minn hekk, għad-differenza tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi preċedenti, is-StDrG ma jipprovdi l-ebda mekkaniżmu speċjali ta’ kontroll mill-Istat. Waqt is-seduta, il-Kummissjoni ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li l-awtoritajiet Awstrijaċi għandhom ikollhom setgħat ta’ kontroll stipulati f’kuntratt konkluż mal-ÖS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija ma pprovatx li sejħa għall-offerti hija totalment impossibbli minħabba li tipperikola serjament l-osservanza tal-obbligu ta’ kunfidenzjalità kif ukoll il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ kontroll. Filwaqt li l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-awtentiċità u l-eżattezza ta’ dokumenti li juru l-identità ta’ persuni, il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll biex jiżguraw il-provvisti għall-istampar tad-dokumenti kkonċernati hija fl-interess ġenerali, tali interess ma jikkorrispondix xorta waħda sistematikament għall-interess vitali tas-sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-neċessità li tiġi żgurata l-provvista ta’ dokumenti uffiċjali, allegata mir-Repubblika tal-Awstrija, il-Kummissjoni tqis li tali garanzija ma tikkostitwixxix interess ta’ sigurtà u tista’ tinkiseb, jekk ikun il-każ, billi tikkonkludi bosta kuntratti-qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tammetti li Stat Membru jista’ jieħu miżuri sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali. Madankollu, xejn ma jindika li dawn l-għanijiet jiġu mhedda jekk l-istampar ta’ dokumenti kien f’idejn stampaturi oħrajn, anki dawk ta’ Stati Membri oħrajn, in-natura kunfidenzjali tad-data pproċessata meħtieġa għall-istampar ta’ dokumenti li tista’ tiġi żgurata b’obbligu ta’ kunfidenzjalità bir-responsabbiltà fuq l-impriżi involuti fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Iċ-ċentralizzazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni tista’ tintlaħaq billi jiġi suġġett l-istampar tat-totalità tad-dokumenti siguri għal sejħa għal offerti, il-possibbiltajiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Awstrijaċi li jistgħu jiġu previsti fil-kuntratt imfassal mal-impriża magħżula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-aspettattivi fl-impriża li timplimenta s-servizz ta’ stampar ta’ permessi ta’ residenza, il-Kummissjoni tirribatti li dan l-argument invokat mir-Repubblika tal-Awstrija ma jistax jiġi aċċettat peress li l-awtoritajiet Awstrijaċi jistgħu wkoll jagħtu kuntratti għall-istampar ta’ dokumenti ta’ sigurtà lill-impriżi oħra minbarra l-ÖS, b’mod partikolari meta din tal-aħħar ma tkunx f’pożizzjoni li twettaq l-imsemmija kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tikkontesta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat. Hija ssostni li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18, il-kuntratti inkwistjoni ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi. Hija għandha d-dritt tħares l-interessi vitali tas-sigurtà tagħha u tissuġġetta l-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni b’miżuri ta’ sigurtà speċjali skont id-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi fis-seħħ fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Matul is-seduta, ir-Repubblika tal-Awstrija ppreċiżat li d-derogi previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 japplikaw irrispettivament minn dak previst fl-Artikolu 346(1)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru jfakkar essenzjalment li l-politika ta’ sigurtà hija element vitali tas-sovranità statali, u li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-interessi vitali tagħhom ta’ sigurtà u li jiddeterminaw jekk miżuri ta’ sigurtà huma meħtieġa, dawn l-Istati Membri għandhom, f’dan ir-rigward, setgħa diskrezzjonali wiesgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tenfasizza ċerti aspetti tal-interessi vitali tagħha tas-sigurtà pubblika li huma importanti waqt l-istampar ta’ dokumenti ta’ sigurtà. F’dan ir-rigward, jeħtieġ, fil-fehma tagħha, qabelxejn, tiġi ggarantita l-awtentiċità u l-eżattezza tad-dokumenti li jservu sabiex tiġi ppruvata l-identità ta’ persuna sa fejn id-dokumenti tal-identità huma d-dokumenti strettament marbuta mal-ordni pubbliku u għall-funzjonament istituzzjonali tal-Istat. Imbagħad, ikun neċessarju li tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ data sensittiva tal-persuna. Fl-aħħar nett, għandha tiżgura s-sigurtà tal-provvista.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tan-neċessità li tiġi żgurata l-awtentiċità u l-eżattezza tad-dokumenti tal-identità, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li dan jeħtieġ id-definizzjoni ta’ livell tekniku għoli ta’ sigurtà sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ falsifikazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward ta’ protezzjoni ta’ data personali sensittiva, sa fejn id-dokumenti tal-identità jipprovdu tali data, inkluża data bijometrika, il-protezzjoni ta’ dawn id-dokumenti jkun jinvolvi rekwiżiti ta’ sigurtà għolja. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Awstrija tikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li huma biss l-interessi individwali li huma hawnhekk inkwistjoni filwaqt li, skont dan l-Istat Membru, il-kisba ta’ tali data għandha, għall-kuntrarju, tkun ikkunsidrata bħala li tikkostitwixxi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, theddida għas-sigurtà pubblika domestika u, għalhekk, għandha tiġi evitata b’kull mezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-approvazzjoni rapida tad-dokumenti uffiċjali inkwistjoni timplika li tiggarantixxi l-provvista tal-Istat. Issa, jekk l-istampar tad-dokumenti tal-identità kien fdat lill-impriżi oħra minbarra l-ÖS, dan jippreġudika b’mod sostenibbli l-istrateġija tar-Repubblika tal-Awstrija fil-qasam tas-sigurtà, peress li, fil-każ ta’ impossibbiltà li tipprovdi l-għadd ta’ passaporti meħtieġa, il-passaporti temporanji huma ċertament stampati, iżda taħt kundizzjonijiet ta’ sigurtà iżgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li, f’kuntest ta’ theddid u ta’ attivitajiet terroristiċi, stamperija waħda mqiegħda taħt l-awtorità effettiva tal-Istat għandha tiġi awtorizzata tipproduċi dokumenti ta’ identità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tfakkar li ċ-ċentralizzazzjoni tal-benefiċċji rilevanti kollha tas-sigurtà mingħand fornitur wieħed hija wkoll element vitali tal-istrateġija ta’ sigurtà. F’dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jsostni li jirriżulta mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2252/2004 u, b’mod iktar preċiż, ir-rekwiżit tal-ħatra ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà tal-istampar tal-passaporti u d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li dawn ma għandhomx jiġu mmanifatturati minn diversi organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà ma tinfirixx, ċentralizzazzjoni tal-istampar tad-dokumenti inkwistjoni tikkostitwixxi miżura xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika tal-Awstrija, l-istrateġija li hija ssegwi u li tikkonsisti f’li talloka l-kuntratti inkwistjoni lil kuntrattur wieħed, b’siti ta’ produzzjoni tiegħu jew tagħha fit-territorju nazzjonali, għandha l-għan, fl-ewwel lok, li tevita li l-għarfien tal-miżuri ta’ sigurtà ma tkunx mifruxa fost kontraenti oħrajn, kemm jekk joperaw fl-Awstrija jew fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Tali għotja, fit-tieni lok, għandha bħala l-għan kontroll iktar effettiv ta’ dik l-istamperija mill-awtoritajiet nazzjonali fil-qafas tal-prerogattivi tagħhom ta’ infurzar amministrattiv. Fil-fatt, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li kontroll implimentat permezz tal-qrati, li dan għandu jwassal għal sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali wara proċedura kkumplikata possibbli, ma jkunx effikaċi daqs kontroll statali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment tal-Kummissjoni li jgħid li hija r-Repubblika tal-Awstrija li għandha turi li sejħa għall-offerti hija kompletament impossibbli, dan l-Istat Membru jsostni li la l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u lanqas l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 ma jinkludu tali kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-Istat Membru mhux sempliċement invoka l-interessi relatati mal-ħtiġiet tiegħu ta’ sigurtà, iżda identifika l-interessi li għandhom jiġu protetti u l-miżuri li ġew meħuda għall-għanijiet tal-protezzjoni ta’ dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, waqt is-seduta, ir-Repubblika tal-Awstrija sostniet li l-kuntratti inkwistjoni ma jistgħux jiġu eżegwiti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti peress li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn ma jistgħux jaħarbu kompletament l-intervent tal-awtoritajiet tal-Istati rispettivi u li dawn l-impriżi huma<?PAGE NO="10"?> xi kultant meħtieġa li jikkoperaw mal-imsemmija awtoritajiet jew mas-servizzi tal-intelligence tal-imsemmija Stati, anki jekk dawn kienu jeżegwixxu dawn il-kuntratti minn stabbiliment li jinsab fl-Awstrija, b’tali mod li informazzjoni sensittiva tirriskja li tiġi żvelata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Qabelxejn, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel kuntratti mogħtija lill-ÖS imsemmija minn dan ir-rikors tas-sena 2004, dawn il-kuntratti jistgħu jaqgħu taħt id-Direttiva 92/50, filwaqt li kuntratti mogħtija lil din l-impriża bejn il-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE> u t-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>, data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, jistgħu jaqgħu taħt id-Direttiva 2004/18, din l-aħħar direttiva li ħassar u ssostitwixxa d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 92/50 mill-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa, il-kuntratti inkwistjoni huma kuntratti li għandhom bħala suġġett servizzi elenkati fl-Annessi I A tad-Direttiva 92/50 u II A tad-Direttiva 2004/18, u, b’mod iktar preċiż, servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ stampar fuq il-bażi ta’ miżata jew fuq bażi kuntrattwali. Min-naħa l-oħra, huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-valur stmat ta’ dawn il-kuntratti jaqbżu l-livelli minimi għall-applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50, moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva, peress li l-istampar tad-dokumenti inkwistjoni jikkostitwixxi servizz ta’ pubblikazzjoni u stampar fuq il-bażi ta’ miżata jew fuq bażi kuntrattwali, dan is-servizz huwa fil-prinċipju suġġett għall-obbligu ta’użu ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt skont ir-rekwiżiti ta’ dawn l-artikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, skont l-Artikolu 346(1)(a) TFUE, l-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat li jipprovdi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun iqisha kuntrarju għall-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu. Kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tagħha, din id-dispożizzjoni hija, minħabba l-ġeneralità tal-kliem tagħha, intiża li tapplika, b’mod partikolari, fil-qasam ta’ akkwist mhux militari, bħalma huma l-kuntratti tal-istampar inkwistjoni f’dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18, li huma fformulati f’termini kważi identiċi, li dawn id-direttivi ma japplikawx għas-servizzi b’mod partikolari, meta l-eżekuzzjoni tagħhom trid tiġi akkumpanjata b’miżuri ta’ sigurtà speċjali skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat jew meta l-protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ dak l-Istat jitolbu hekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Derogi bħal dawn għandhom ikunu invokati f’din il-kawża mir-Repubblika tal-Awstrija sabiex tiġġustifika l-għotja diretta lill-ÖS tal-kuntratti tas-servizzi tal-istampar inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif issostni r-Repubblika tal-Awstrija, huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-interessi vitali tagħhom ta’ sigurtà, u, f’dan il-każ, huma l-awtoritajiet Awstrijaċi li għandhom jiddefinixxu l-miżuri ta’ sigurtà neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika ta’ dan l-Istat Membru fil-kuntest tal-istampar ta’ dokumenti tal-identità u ta’ dokumenti uffiċjali oħrajn bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑252/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:547">EU:C:2003:547</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar ukoll li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, il-miżuri li l-Istati Membri jadottaw fil-kuntest tal-ħtiġijiet leġittimi ta’ interess nazzjonali mhumiex esklużi kompletament mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni minħabba l-fatt biss li huma jiġu adottati b’mod partikolari fl-interess tas-sigurtà pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080408">8 ta’ April 2008</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:203">EU:C:2008:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-derogi inkwistjoni f’dan ir-rikors, hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita għal dawk relattivi għal-libertajiet fundamentali, għandhom ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120607">7 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Insinööritoimisto InsTiimi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑615/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:324">EU:C:2012:324</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18, invokati prinċipalment, mir-Repubblika tal-Awstrija jħallu lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni sabiex jiddeċiedu miżuri meqjusa neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà tagħhom, dawn l-artikoli ma jistgħux madankollu jiġu interpretati b’mod li jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE bis-sempliċi invokazzjoni ta’ dawn l-interessi. Fil-fatt, l-Istat Membru li jinvoka l-benefiċċju ta’ dawn id-derogi għandu jipprova l-ħtieġa li jirrikorri għal dawn, bil-għan li jiġu protetti l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu. Tali ħtieġa hija imposta wkoll sa fejn dan l-Istat Membru jinvoka barra minn hekk l-Artikolu 346(1)(a) TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Schiebel Aircraft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑474/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2139">EU:C:2014:2139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istat Membru li jinvoka l-benefiċċju ta’ dawn id-derogi għandu jistabbilixxi li l-bżonn li jiġu protetti tali interessi ma setax jintlaħaq fil-kuntest ta’ sejħa għall-kompetizzjoni kif previst mid-Direttivi 92/50 u 2004/18 (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080408">8 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:203">EU:C:2008:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm ir-Repubblika tal-Awstrija, ċertament, identifikat l-interessi vitali tas-sigurtà tagħha li temmen li għandhom jiġu protetti kif ukoll il-garanziji inerenti fil-protezzjoni ta’ dawn l-interessi, għandu madankollu jiġi vverifikat, fid-dawl ta’ dak li tfakkar fil-punti 75 u 76 ta’ din is-sentenza, jekk dan l-Istat Membru wera li l-objettivi mfittxija ma setgħux jintlaħqu fil-kuntest ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, kif prevista minn dawn iż-żewġ direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni, fl-ewwel lok, li l-protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà nazzjonali teħtieġ implimentazzjoni ċentralizzata tal-kuntratti ta’ stampar ta’ dokumenti uffiċjali permezz tal-għoti tagħhom lil impriża waħda biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Issa, jekk jiġi aċċettat li ċ-ċentralizzazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata, għar-raġunijiet imressqa mir-Repubblika tal-Awstrija, bħala mezz ta’ protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li l-osservanza tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt previsti rispettivament fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50, moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva, ma jipprekludix li jiġi fdat lil operatur uniku l-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Jekk, kif tirrileva r-Repubblika tal-Awstrija, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2252/2004, li timponi n-nomina ta’ korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà għall-istampar tal-passaporti u d-dokumenti tal-ivvjaġġar, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tillimita ruħha li tistabbilixxi l-obbligu li jinħatar dan il-korp uniku, mingħajr ma tiċħad rikors minn qabel għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt għall-finijiet ta’ tali nomina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument tar-Repubblika tal-Awstrija bbażat fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet Awstrijaċi jkunu jistgħu jiżguraw, fil-qafas tal-prerogattivi mogħtija lilhom mill-Artikolu 6(3) tas-StDrG, kontrolli amministrattivi effettivi fir-rigward ta’ offerent uniku li għandu l-postijiet ta’ produzzjoni u l-ħażna tiegħu fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, f’dan il-każ fir-rigward tal-ÖS, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm, ċertament, l-operatur li ġie fdat bit-twettiq tal-kuntratti tal-istampar inkwistjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti fil-qasam ta’ sigurtà biex jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li trid tiġi protetta, ir-Repubblika tal-Awstrija ma turix li huma biss il-kontrolli amministrattivi li jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet Awstrijaċi, skont din id-dispożizzjoni, mingħand<?PAGE NO="12"?> l-ÖS huma ta’ natura li jiggarantixxu din il-kunfidenzjalità u li għandha, għal dan il-għan, tiġi injorata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratt previsti mid-Direttivi 92/50 u 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jidhirx li dawn il-kontrolli amministrattivi ma jistgħux jiġu eżerċitati mingħand impriżi oħrajn stabbiliti fl-Awstrija milli l-ÖS. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru ma jurix li l-kontroll tal-osservanza tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun ikkomunikata għall-finijiet tal-istampar tad-dokumenti uffiċjali inkwistjoni tkun żgurata inqas jekk dan l-istampar kien ingħata, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, lill-impriżi oħrajn li għalihom ikunu imposti, permezz ta’ dispożittiv kuntrattwali suġġett għar-regoli tad-dritt ċivili, ta’ miżuri ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà, u li l-imsemmija impriżi jkunu stabbiliti fl-Awstrija jew fl-Istati Membri l-oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jista’ jiġi stabbilit, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, l-obbligu għall-kontraent magħżul li jaċċetta kontrolli tas-sigurtà, żjarat jew spezzjonijiet fil-bini tal-impriża tiegħu, kemm jekk din tkun kumpannija stabbilita fl-Awstrija jew fi Stat Membru ieħor, jew li jikkonforma ma’ rekwiżiti tekniċi dwar il-kunfidenzjalità, partikolarment għoljin, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-obbligu li tiġi żgurata l-provvista invokata mir-Repubblika tal-Awstrija, għandu jiġi rrilevat li, jekk id-dokumenti uffiċjali inkwistjoni huma strettament marbuta mal-ordni pubbliku u għall-funzjonament istituzzjonali ta’ Stat, li jimplikaw li garanzija tal-provvista tkun żgurata, madankollu, dan l-Istat Membru ma weriex li l-għan allegat ma jkunx jista’ jiġi żgurat permezz ta’ sejħa għall-offerti u li tali garanzija tiġi kompromessa jekk l-istampar ta’ dawn id-dokumenti kien fdat lil impriżi oħra, inkluż, fejn xieraq, lil impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-offerent rebbieħ, filwaqt li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiżguraw li, fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, l-impriżi affidabbli biss jingħataw tali kuntratti fil-kuntest ta’ sistema li tiżgura l-osservanza ta’ standards ta’ kunfidenzjalità u ta’ sigurtà speċifiċi fir-rigward tal-istampar tad-dokumenti inkwistjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija ma għandhiex madankollu stabbilit li n-natura kunfidenzjali tad-data kkomunikata ma tkunx tista’ tiġi suffiċjentement iggarantita jekk l-istampar ta’ dawn id-dokumenti kien fdat lil impriża oħra minbarra ÖS, maħtura wara proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-bżonn li jiġi previst obbligu ta’ kunfidenzjalità bl-ebda mod ma jwaqqaf ir-rikors għal proċedura ta’ sejħa għall-kompetizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080408">8 ta’ April 2008</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:203">EU:C:2008:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-kunfidenzjalità tad-data tista’ tiġi żgurata minn obbligu ta’ segretezza, mingħajr ma jkun neċessarju li jinkisru l-proċeduri fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891205">5 ta’ Diċembru 1989</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:606">EU:C:1989:606</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Hekk kif indikat l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tagħha, xejn ma jipprevjeni awtorità kontraenti li timponi rekwiżiti partikolarment ibsin dwar l-adegwatezza u l-affidabbiltà ta’ kuntratturi, mitluba jorganizzaw f’dan is-sens il-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sejħiet għall-offerti u kuntratti ta’ servizz u titlob lill-kandidati eventwali d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Awstrija sostniet, fis-seduta, li hemm riskju li informazzjoni sensittiva tiġi żvelata peress li l-impriżi stabbiliti barra minn dan l-Istat Membru ma jistgħux jaħarbu kompletament l-intervent tal-awtoritajiet tal-Istat Membru rispettiv tagħhom, peress li f’ċerti każijiet, dawn huma stess huma obbligati, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli f’dawn l-Istati, li jikkolaboraw ma’ dawn l-awtoritajiet jew mas-servizzi tal-intelligence tal-imsemmija Stati, u dan anke meta jwettqu kuntratti pubbliċi minn stabbiliment li jinsab fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li huwa permess lill-awtoritajiet Awstrijaċi li jdaħħlu, skont il-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sejħiet għall-offerti għall-finijiet tal-għoti tal-kuntratti inkwistjoni, klawżoli li jobbligaw l-offerent rebbieħ b’kunfidenzjalità ġenerali kif ukoll li jiġi previst li l-impriża kandidata li ma tkunx f’pożizzjoni, b’mod partikolari minħabba l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, joffru garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-osservanza ta’ dan l-obbligu fil-konfront tal-awtoritajiet ta’ dak l-Istat ser tkun eskluża mill-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. Huwa wkoll permess lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet, b’mod partikolari kuntrattwali, għall-offerent rebbieħ, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ tali obbligu matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Awstrija ma wrietx li l-għan li jiġi prekluż l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva relatata mal-produzzjoni tad-dokumenti uffiċjali inkwistjoni ma setax jintlaħaq fil-kuntest ta’ proċedura għal sejħa għall-kompetizzjoni kif previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50, moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18, moqri flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt previsti mill-imsemmija direttivi tidher sproporzjonata fid-dawl ta’ dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, l-Artikolu 346(1)(a) TFUE, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/50 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 ma jistgħux jiġu invokati utilment mir-Repubblika tal-Awstrija sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt previsti minn dawn iż-żewġ direttivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kuntratt ta’ servizz tal-istampar tal-permessi għal piroteknika</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, sa fejn l-ammont tas-suq tal-produzzjoni tal-permessi għal piroteknika ma jaqbiżx il-livelli limitu previsti minn dawn id-direttivi, għandu madankollu jiġi aġġudikat b’osservanza tal-prinċipji stipulati mit-Trattat FUE, b’mod partikolari dawk tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċittadinanza, li minnha joriġina l-obbligu ta’ trasparenza, jeżiġu li dan is-suq bħala suġġett għal opinjoni b’livell ta’ pubbliċità suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Din l-istituzzjoni tippreċiża li anki jekk l-ammont ta’ kuntratt tal-produzzjoni tal-permessi għal piroteknika jidher relattivamment dgħajjef, tali kuntratt jista’, minħabba l-karatteristiċi tekniċi tiegħu jqajjem l-interess ta’ impriżi ta’ Stati Membri oħra. Għalhekk jeżisti interess transkonfinali ċert peress li l-kuntratt ta’ impriżi li jipproduċu dokumenti ta’ identità sikuri jkun speċjalizzat, imnaqqas u internazzjonalizzat u li l-prossimità ġeografika ma tikkostitwixxix obbligu għat-twettiq ta’ kuntratti ta’ produzzjoni ta’ dokumenti sikuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li ÖS stess kienet fdata minn diversi Stati Membri bl-istampar ta’ viżi u passaporti, li tikkostitwixxi, f’dan ir-rigward, indikazzjoni importanti ħafna tal-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li, fir-rigward ta’ kuntratt li l-ammont tiegħu huwa inqas mil-livell previst mid-dritt tal-Unjoni, il-prinċipji fundamentali invokati mill-Kummissjoni ma japplikawx. Fid-dawl tal-ammont baxx ta’ dan il-kuntratt, l-interess transkonfinali ċert ma kienx stabbilit mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-ÖS tipproduċi dokumenti siguri għal Stati Membri oħrajn ma jurix li jeżisti interess transkonfinali ċert għall-kuntratt ta’ servizz tal-istampar tal-permessi għal piroteknika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> </P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li huwa maqbul bejn il-partijiet li l-valur stmat tal-kuntratt tal-produzzjoni tal-permessi għal piroteknika huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">56000</FT>, jiġifieri ammont nettament inqas mil-limiti stabbiliti mid-Direttivi 92/50 u 2004/18 għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda obbligu taħt dawn id-direttivi li jirrikorri għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għoti ta’ kuntratti li, fid-dawl tal-valur tagħhom, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi fil-qasam dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi huwa suġġett għar-regoli fundamentali u għall-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE, b’mod partikolari għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, bil-kundizzjoni li dawn il-kuntratti jkollhom interess transkonfinali ċert (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tecnoedi Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:747">EU:C:2016:747</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi li s-suq inkwistjoni jippreżenta, għal impriża li tinsab fi Stat Membru differenti minn dak li taqa’ taħtu l-awtorità kontraenti kkonċernata, interess ċert, mingħajr ma tista’ tibbaża ruħha fuq kwalunkwe preżunzjoni f’dan is-sens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071113">13 ta’ Novembru 2007</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑507/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:676">EU:C:2007:676</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterji oġġettivi li jistgħu jindikaw l-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kriterji bħal dawn jistgħu jkunu, b’mod partikolari, l-ammont ta’ ċertu daqs tal-kuntratt inkwistjoni, flimkien mal-post ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew, ukoll, il-karatteristiċi tekniċi tal-kuntratt u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati (ara, f’dan is-sens, il-kuntratt tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tecnoedi Costruzioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:747">EU:C:2016:747</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Jekk, kif sostniet il-Kummissjoni, l-eżistenza ta’ tali interess transkonfinali tista’ tiġi ddeterminata biss abbażi tal-valur tas-suq, evalwazzjoni kompluta ta’ kriterji oħra u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ individwali hija meħtieġa, hemm lok li jiġi rrilevat li l-kuntratt tal-produzzjoni tal-permessi għal piroteknika jispikka mhux biss minħabba l-ammont relattivament żgħir, iżda wkoll bin-natura tiegħu teknika ħafna, jinvolvi wkoll l-osservanza ta’ miżuri speċifiċi ta’ sigurtà mal-ispejjeż li l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri timplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt, invokat mill-Kummissjoni, li jgħid li l-fatt li l-ÖS kienet inkarigata minn diversi Stati barranin tal-istampar ta’ viżi u passaporti jikkostitwixxi indizju qawwi tal-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert, din iċ-ċirkustanza hija irrilevanti f’dak li jikkonċerna l-istampar tal-permessi għal piroteknika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni ma humiex biżżejjed sabiex juru li l-imsemmi kuntratt kellu interess transkonfinali ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma pprovdietx il-prova tal-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikors tagħha għandu jiġi miċħud inkwantu jirrigwarda l-kuntratt ta’ servizz ta’ stampar tal-permessi għal piroteknika inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, billi jingħata direttament lill-ÖS, mingħajr ma saret sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kuntratti ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti<?PAGE NO="15"?> tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format ta’ karta ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizzi bħal dawn lil din il-kumpannija, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/50, moqrija flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-Artikolu 14 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18, moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Ir-rikors għandu jiġi miċħud għall-kumplament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Awstrija talbu rispettivament il-kundanna tal-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>L-Artikolu 138(3) ta’ dak ir-regolament jipprovdi li, jekk dan jidher iġġustifikat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża ineżami, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li, minbarra l-ispejjeż tagħha, parti tbati frazzjoni mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. F’dan il-każ, peress li r-rikors tal-Kummissjoni ntlaqa’ ħlief f’dak li jikkonċerna l-kuntratt ta’ servizzi tal-istampar tal-permessi għal piroteknika, hemm lok, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li jiġi deċiż li, minbarra l-ispejjeż tiegħu, ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati kwint tal-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi tat direttament lill-Österreichische Staatsdruckerei GmbH, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kuntratti ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u kif ukoll taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu, u billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizzi bħal dawn lil din il-kumpannija, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 14 kif ukoll tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwint mill-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>