<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1201169901.case.xml"><NO.CASE>C-195/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0195</NO.CELEX><NO.SEQ>0014.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>11703</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11720</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MAZÀK — KAWŻA C-195/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-ITALJA</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mazák</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20070322">22 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F'din il-kawża, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Repubblika Taljana naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-<DATE ISO="19750715">15 ta' Lulju 1975</DATE>, dwar l-iskart<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="194" DATE.PUB="1975" PAGE.FIRST="39">ĠU L 194, p. 39</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" DATE.PUB="1975" PAGE.FIRST="32">ĠU L 78, p. 32</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Direttiva 75/442<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> jew id-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Direttiva<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), billi</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>adottat struzzjonijiet operazzjonali li huma validi għat-territorju nazzjonali kollu, stabbiliti b'mod partikolari fiċ-ċirkulari tal-Ministeru għall-Ambjent tat-<DATE ISO="19980728">28 ta' Lulju 1998</DATE> u ċ-ċirkulari tal-Ministeru għas-Saħħa tat-<DATE ISO="20020722">22 ta' Lulju 2002</DATE>, li jeskludu mill-ambitu tar-regoli fuq l-iskart prodotti ta' l-ikel mormija mill-industrija agroalimentari li huma intiżi għall-produzzjoni ta' għalf għall-annimali; u</P></ITEM><ITEM><P>eskludiet, permezz ta' l-Artikolu 23 tal-Liġi Nru 179 tal-<DATE ISO="20020731">31 ta' Lulju 2002</DATE>, mill-ambitu tar-regoli fuq l-iskart fdal millpreparazzjoni fi kċejjen tat-tipi kollha ta ikel solidu msajjar jew nej, li ma daħlux fil-katina ta' tqassim u li huma intiżi għal faċilitajiet ta' kenn għal annimali domestiċi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din hija kawża oħra mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-kunċett Komunitarju ta' skart. Ladarba ma teżistix, u lanqas tista' teżisti, definizzjoni komprensiva ta'<?PAGE NO="I-11704"?> skart u ladarba, għaldaqstant, il-kwistjoni jekk sustanza partikolari hijiex skart għandha tiġi stabbilita fuq bażi individwali fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja żgur se jkollha oppurtunitajiet suffiċjenti sabiex tirrifletti fuq it-tifsira ta' dan itterminu.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża hija konnessa mill-qrib mal-Kawża C-194/05 — li dwarha ser ser nagħti wkoll il-konklużjonijiet tiegħi llum — inkwantu ż-żewġ kawżi jqajmu I-kwistjoni dwar il-miżura u ċ-ċirkustanzi li fihom sustanza intiża għal ċerti operazzjonijiet ta' użu mill-ġdid tista' titqies li ma taqax taħt iddefinizzjoni ta' skart fis-sens tad-Direttiva. Għaldaqstant, iż-żewġ każijiet jikkonċernaw id-distinzjoni li għandha ssir bejn irkupru ta' skart u t-trattament industrijali normali ta' prodott, jew — iktar preċiżament — prodott sekondarju, li mhuwiex skart</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest legali</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-Direttiva 75/442</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu l(a) tad-Direttiva 75/442 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="2018"/>skart<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="2019"/> għandu jfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness I li I-possessur jarmi jew ikun beħsiebu jew ikun imġiegħel li jarmi.</P><P>Il-Kummissjoni, hija u taġixxi b'mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 18, għandha tfassal, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="19930401">1 ta' April 1993</DATE>, lista ta' I-iskartijiet li jappartjienu għall-kategoriji mniżżla fil-lista fl-Anness L Din il-lista trid tiġi riveduta perjodikament u, jekk meħtieġ, riveduta bl-istess proċedura<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P><P>L-Anness I tad-Direttiva 75/442, intitolat <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>IIKategoriji ta' L-Iskart<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>, jinkludi, fil-kategorija Q14, <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>[i]Il-prodotti li għalihom il-pussessur ma jkollux iktar użu (p.e. I-iskart mill-biedja, mid-djar, mill-uffiċċji, mill-kummerċ u mill-ħwienet, eċċ)<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> u, fil-kategorija Q16 <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>[k]ull materjal, sustanza jew prodott li ma jkunux inklużi fil-kategoriji ta' hawn fuq<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-lista preżenti ta' I-iskart, adottatta mill-Kummissjoni skond I-Artikolu l(a) tad-Direttiva<?PAGE NO="I-11705"?> 75/442<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE, tat-<DATE ISO="20000503">3 ta' Mejju 2000</DATE>, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu l(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="3">ĠU 2000, L 226, p. 3</REF.DOC.OJ>) (il-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Katalgu Ewropew ta' l-Iskart<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>KEI<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>).</P></NOTE>, tirrferi fil-Kapitlu 2 (wie-ħed mill-Kapitoli li jelenka sorsi li jiġġeneraw skart) għal <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Skart minn produzzjoni primarja agrikola, ortikulturali, tal-kaċċa, tas-sajd u akwakulturali, kif ukoll mill-preparazzjoni u ta' proċessar ta' ikel<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fl-Italja, ir-rimi ta' l-iskart huwa rregolat mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 22, tal-<DATE ISO="19970205">5 ta' Frar 1997</DATE><NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>GURI Nru 38 tal-<DATE ISO="19970215">15 ta' Frar 1997</DATE>, Suppliment Ordinarju Nru 33.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>DL 22/97<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(l)(a) tad-DL 22/97 jiddefinixxi l-kunċett ta' skart kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Għall-għanijiet ta' dan id-digriet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skart' ifisser kull sustanza jew oġġett li jaqa' taħt il-kategoriji indikati fl-Anness 1 li l-possessur jarmi jew ikun meħtieġ li jarmi<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tad-DL 22/97 jeskludi ċerti sustanzi jew materjali mill-kamp ta' applikazzjoni tad-digriet, safejn huma rregolati minn leġiżlazzjoni speċifika, fosthom, taħt il-punt (ċ), <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>karkassi ta' annimali u l-iskart agrikolu li ġej minn: ħmieġ ta' l-annimali u sustanzi naturali mhux perikolużi oħra użati fil-biedja<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-Liġi Nru 179, tal-<DATE ISO="20020731">31 ta' Lulju 2002</DATE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Liġi 179<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>) daħħlet punt ġdid (ċ-a) fl-Artikolu 8(1) tal-LD 22/97. Skond dan, is-sustanzi li ġejjin, li huma mniżżla f'dak il-punt, huma b'mod partikolari esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>ir-residwu u l-ikel żejjed li ġej mill-preparazzjoni fi kċejjen ta' ikel solidu ta' kull tip, imsajjar jew nej, li ma daħalx fis-sistema ta' tqassim, intiż għal faċilitajiet ta' kenn għal annimali domestiċi kif imsemmija mil-Liġi Nru 281 ta' l-<DATE ISO="19910814">14 ta' Awwissu 1991</DATE> kif emendata iktar tard, skond il-leġizlazzjoni fid-seħħ<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkulari Nru 3402/V/IMIN tal-Ministeru ta' l-Ambjent, tat-<DATE ISO="19980628">28 ta' Ġunju<?PAGE NO="I-11706"?> 1999</DATE> (iktar 'il quddiem iċ-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>ċirkulari ta' Ġunju 1999<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>) tiddefinixxi l-kelma <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> li tinsab fl-Artikolu 6 tal-liġi Nru 22/97 bmod iktar preċiż u tgħid fil-punt (b) ta' l-aħħar paragrafu tagħha li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>il-matarjali, is-sustanzi u l-oġġetti li ġejjin minn ċikli produttivi jew ta' konsum minn qabel, li ma jiġux mormija mid-detentur tagħhom, li mhuwiex obbligat li jarmi u li mhux behsiebu jarmi u li għaldaqstant, id-detentur ma jagħtix għas-sistemi ta' ġbir jew ta' trasport ta' l-iskart, ta' immaniġġjar ta' l-iskart sabiex ikun hemm rkupru jew rimi, huma suġġetti ghar-regoli ta' materja prima, mhux għas-sistema ta' l-iskart, sakemm ikollhom il-karatteristiċi ta' materja prima sekondarja kif imsemmi fid-digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="19980205">5 ta' Frar 1998</DATE> u sakemm huma intiżi direttament b'mod oġġettiv u ġenwin għal użu f'ċiklu ta' produzzjoni<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din iċ-ċirkulari Ministerjali tgħid fil-punt (ċ) ta' l-aħħar paragrafu tagħha</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>oġġetti ta' konsum li ma jintremewx mid-detentur, li mhuwiex obbligat li jarmi u li mhux beħsiebu jarmi m'għandhomx ikunu suġġetti ghas-sistema ta' skart, inkwantu jkunu jistgħu jintużaw ghall-għan oriġinali tagħhom u jiġu użati b'dan il-mod<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet oħrajn dwar id-definizzjoni tal-kelma skart imsemmija fid-DL Nru 22/97 ġew imdaħħla bl-Artikolu 14 taddigriet leġiżlattiv Nru 138 tat-<DATE ISO="20020708">8 ta' Lulju 2002</DATE>, li sar il-liġi Nru 178 tat-<DATE ISO="20020808">8 ta' Awwissu 2002</DATE> (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>Liġi 178<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/>). Barra minn hekk, linji gwida relatati ġew imfassla fiċ-ċirkulari tal-Ministeru tas-Saħħa tat-<DATE ISO="20020722">22 ta Lulju 2002</DATE> (iktar 'il quddiem iċ-<QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>ċirkulari ta' l-2002<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkulari ta' l-2002 tgħid, fost l-oħrajn:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>Sakemm ir-rekwiżiti ta' saħħa u ta' iġjene jiġu sodisfatti, materjali u prodotti sekondarji li ġejjin mill-ipproċessar fl-industrija agroalimentari huma <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>materja prima għal għalf<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> fejn il-produttur jixtieq jużahom fiċ-ċiklu ta l-ikel żootekniku.</P><P>F'każ bħal dan, dawn il-materjali mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, iżda għad-dispożizzjonijiet dwar il-produzzjoni u l-marketing ta' għalf u, fil-każ ta' prodotti li ġejjin minn annimali, għal-leġiżlazzjoni tas-saħħa rilevanti li hija fis-seħħ.</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-11707"?><P>Fin-nuqqas tal-garanziji msemmija [fil-punt preċedenti] rigward id-destinazzjoni effettiva tagħhom għall-għalf għall-annimali, il-materjali u l-prodotti sekondarji li ġejjin miċ-ċiklu produttiv u kummerċjali ta' l-industrija agroalimentari għandhom jiġu suġġetti ghas-sistema legali dwar l-iskart.<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-proċedura prekontenżjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta' ittri tal-<DATE ISO="20010611">11</DATE> u tad-<DATE ISO="20010619">19 ta' Ġunju 2001</DATE>, tat-<DATE ISO="20010828">28 ta' Awwissu 2001</DATE>, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta Novembru 2001</DATE> u ta' l-<DATE ISO="20020410">10 ta' April 2002</DATE>, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għall-ittra ta' intimazzjoni li l-Kummissjoni bagħtet lill-Italja fit-<DATE ISO="19991022">22 ta' Ottubru 1999</DATE> u għall-opinjoni mmotivata tal-<DATE ISO="20010411">11 ta' April 2001</DATE>. F'dawn iddokumenti, il-Kummisjoni sostniet li, billi adottat struzzjonijiet operazzjonali vinkolanti rigward l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Taljana fuq l-iskart li kienu jeskludu ċertu fdal ta' l-ikel u ikel żejjed — li ġej mill-industrija agroalimenatari, minn <HT TYPE="ITALIC">canteens</HT> u minn ristoranti u intiżi għall-għalf ta' l-annimali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq l-iskart, ir-Repubblika Taljana kisret id-Direttiva 75/442.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-adattament tal-leġiżlazzjoni Taljana għar-rekwiżiti ta' l-opinjoni motivata kien jeħtieġ bdil fil-forma pjuttost milli bdil sostanzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħ-tet ittra ta' intimazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet Taljani fid-<DATE ISO="20021219">19 ta' Diċembru 2002</DATE>, u dawn ta' l-aħħar ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwarha b'ittra tat-<DATE ISO="20030213">13 ta Frar 2003</DATE>. Imbagħad il-Kummissjoni ħarġet, fil-<DATE ISO="20030711">11 ta' Lulju 2003</DATE>, opinjoni mmotivata ġdida u tat lill-Italja terminu ta' xahrejn sabiex tikkonforma ruħha magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Peress li, b'ittra ta' l-<DATE ISO="20031104">4 ta' Novembru 2003</DATE>, l-awtoritajiet Taljani baqgħu jikkontestaw il-validità ta' l-argument tal-Kummissjoni, din ta' l-aħħar ressqet dan ir-rikors permezz ta' applikazzjoni ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20050502">2 ta' Mejju 2005</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Analiżi tal-ksur allegat</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>L-argumenti prinċipali tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bl-ilment tagħha, li huwa maqsum f zewġ partijiet, il-Kummissjoni essenzjalment ssostni li l-leġiżlazzjoni Taljana dwar<?PAGE NO="I-11708"?> l-iskart teskludi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> ċertu skart ta' ikel mill-ambitu tagħha fuq il-bażi ta' ċerti suppożizzjonijiet B'hekk, taħt il-liġi Taljana, ċerti materjali li ġejjin minn proċess ta' produzzjoni mhumiex meqjusa bħala skart għalkemm huma għandhom jitqiesu bħala skart, skond applikazzjoni korretta tal-kun-ċett — kunċett li għandu jingħata jinftiehem f'sens wiesa' — skond l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-ilment jirreferi l-ewwel nett għall-fatt li ċerti struzzjonijiet ministerjali effettivament jeskludu mis-sistema ta' regoli dwar l-iskart ikel mormi mill-industrija agroalimentari li huwa intiż ghall-produzzjoni ta' l-għalf. Skond dawn l-istruzzjonijiet, biżżejjed li dan il-fdal ikun intiż għall-produzzjoni ta' għalf skond kif muri mill-volontà manifesta tad-detentur u li jkollu ċerti karatteristiċi sabiex jiġi eskluż b'mod permanenti mis-sistema ta l-iskart.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, skond il-Kummissjoni, il-fatt li fdal ta' produzzjoni jista' jerġa' jintuża mingħajr ipproċessar minn qabel ma jistax jitqies li jipprekludi lill-produttur/lid-detentur milli jarmih jew milli jkollu l-ħsieb jew lobbligu li jarmih.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza b'mod partikolari li, skond ġurisprudenza stabbilita, materjali jew materja prima li jirriżultaw minn proċess ta' manifattura jew ta' estrazzjoni, li l-għan prinċipali tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta' dan l-oġġett, jistgħu jitqiesu mhux bħala skart iżda bħala prodotti sekondarji li d-detentur ma jixtieqx jarmihom fissens tad-Direttiva 75/442 biss jekk l-użu tagħhom mill-ġdid ikun ċert, mingħajr ipproċessar minn qabel, u parti integrali mill-proċess ta' produzzjoni<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20020418">18 ta' April 2002</DATE>, Palin Granit u Vehmassalon kansanterveystyon kuntayhtymàn hallitus (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-9/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-3533">C-9/00, Ġabra p. I-3533</REF.DOC.ECR>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>sentenza Palin Granit<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>), u tal-<DATE ISO="20041111">11 ta' Novembru 2004</DATE>, Niselli (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-457/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-10853">C-457/02, Ġabra p. I-10853</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandha tiġi evalwata l-probabbiltà li materjal jerġa' jintuża u, fuq kollox, għandu jiġi stabbilit jekk huwa għandux jerġa' jintuża fl-istess proċess ta' produzzjoni. Il-fatt li l-fdal ta' l-ikel huwa ttrasferit mill-produttur ta' l-ikel lill-utent ta dak il-fdal jippresupponi serje ta' tranżaz-zjonijiet li sservi ta' prova ta' l-eżistenza ta' numru ta' proċessi differenti, li d-direttiva hija intiża speċifikatament li tikkontrolla.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li l-liġi Nru 178 teskludi wkoll mis-sistema Taljana dwar l-iskart il-fdal ta' produzzjoni, meta huwa jew jista jerġa' jiġi użat fl-istess ċiklu ta' produzzjoni jew f'ċiklu ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>B'risposta għall-argument tal-gvern Taljan li l-iskart in kwistjoni huwa kopert minn numru ta' regolamenti Taljani fuq l-ikel, il-Kummissjoni<?PAGE NO="I-11709"?> tenfasizza li ebda wieħed minn dawn ir-regolamenti m'għandu l-għan li jħares l-ambjent, peress li huma jirreferu biss għall-ħarsien tas-saħħa pubblika. Huma lanqas ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħ-tieġa sabiex jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>leġiżlaz-zjoni oħra<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) (b) tad-Direttiva 75/442.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tikkontesta l-fatt li l-Artikolu 23 tal-Liġi 179 għandu leffett li jeskludi mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni Taljan dwar l-iskart, kif tinsab fil-DL 22/97, fdal ta' l-ikel u ikel żejjed li ġej millpreparazzjoni fil-kċejjen ta' ikel solidu ta' kull tip, imsajjar u nej, li ma daħlux fissistema ta' tqassim u li huma intiżi għal faċilitajiet ta' kenn għal annimali domestiċi. Il-Kummissjoni ssostni li b'dan il-mod l-Artikolu 23 tal-Liġi 179 jestendi l-esklużjoni għal materjali li ma jistgħux jiġu esklużi awtomatikament mid-definizzjoni ta' skart kif prevista mid-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiċħad l-argument tal-gvern Taljan li jekk l-interpretazzjoni ssuġ-ġerita mill-Kummissjoni kellha tiġi applikata, hija twassal għal żjieda fil-produzzjoni u rrimi ta' l-iskart ta' l-ikel billi timpedixxi l-użu mill-ġdid ta' oġġetti ta' l-ikel in kwistjoni. Skond il-Kummissjoni, il-problema relatata man-neċessità li l-ikel jiġi ttrasportat f'vet-tura awtorizzata għall-iskart inħolqot mil-liġi Taljana.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan isostni li, sakemm ir-rekwiżiti ta' saħħa u ta' iġjene rilevanti jiġu sodisfatti, materjali u prodotti sekondarji li ġejjin minn iproċessar fl-industrija agroalimentari huma <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>materja prima għall-għalf<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> fkażijiet fejn il-produttur għandu l-intenzjoni li jużahom fiċ-ċiklu żootekniku ta' l-ikel. Din l-intenzjoni, flimkien maċ-ċertezza li dawn il-prodotti sekondarji ser jerġgħu jintużaw mingħajr il-bżonn ta' proċessar minn qabel — jew suġġett biss għall-ippro-ċessar previst fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali fis-seħħ — tikkostitwixxi prova suffiċjenti li l-produttur jew id-detentur mhuwiex beħsiebu jeħles mill-materjal in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-gvern Taljan, f'din il-kawża mhijiex kwistjoni ta' esklużjoni <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>a priori<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/>,</HT> peress li din l-esklużjoni fil-fatt hija suġġetta, mhux biss fuq l-intenzjoni manifesta tad-detentur li juża l-materja prima in kwistjoni fiċ-ċiklu żootekniku ta' l-ikel, iżda wkoll fuq l-użu mill-ġdid ċert tal-prodotti sekondarji.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan jenfasizza li l-materjali in kwistjoni huma suġġetti mhux għal-leġiżlaz-zjoni dwar l-iskart, iżda għad-dispożizzjoni-jiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni<?PAGE NO="I-11710"?> ta' l-għalf. F'dan ir-rigward, il-gvern Taljan jirreferi għal diversi Regolamenti Komunitarji u nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020128">28 ta' Jannar 2002</DATE>, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="031" DATE.PUB="2002" PAGE.FIRST="1">ĠU L 31, p. 1</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20021003">3 ta' Ottubru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="273" DATE.PUB="2002" PAGE.FIRST="1">ĠU L 273, p. 1</REF.DOC.OJ>) u d-dispożizzjonijiet ta' l-HACCP (<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>analiżi tal-periklu u punti kritiċi ta' kontroll<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>) stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="139" DATE.PUB="2004" PAGE.FIRST="1">ĠU L 139, p. 1</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="139" DATE.PUB="2004" PAGE.FIRST="55">ĠU L 139, p. 55</REF.DOC.OJ>); u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="139" DATE.PUB="2004" PAGE.FIRST="206">ĠU L 139, p. 206</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20050112">12 ta' Jannar 2005</DATE>, li jistabbilixxi l-ħtiġiet għall-iġjene ta' l-għalf (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="035" DATE.PUB="2005" PAGE.FIRST="1">ĠU L 35, p. 1</REF.DOC.OJ>); u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" DATE.PUB="2004" PAGE.FIRST="1">ĠU L 165, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dawn ir-regolamenti dwar l-ikel huma intiżi, bħad-direttiva, sabiex jikkontrollaw operazzjonijiet ta' ħażna, ta' pproċessar u ta' transport u, billi jiggarantixxu ħarsien xieraq tas-saħħa, huma tali li jħarsu l-ambjent. B'mod partikolari, ir-regoli nazzjonali dwar l-oġġetti ta' l-ikel u l-għalf jippermettu li jiġu rintraċċjati prodotti u materja prima għall-għalf mill-metodu ta produzzjoni u matul l-istadji kollha ta' trasport</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-gvern Taljan jenfasizza li, kuntrarjament għall-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kunċett ta' skart, ilkatina ta' produzzjoni in kwistjoni tikkostitwixxi fil-fatt proċess wieħed ta' produzzjoni. F'dan ir-rigward, huwa jirreferi għall-ġuris-prudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li huwa possibbli li sustanza ma titqiesx bħala skart fis-sens tad-Direttiva 75/442 jekk huwa ċert li hija tintuża sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta' operaturi ekonomiċi barra mill-operatur li pproduċiha<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20050908">8 ta' Settembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="C-416/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7487">C-416/02, Ġabra p. I-7487</REF.DOC.ECR>; u <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-121/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7569">C-121/03, Ġabra p. I-7569</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan isostni li, paradossalment, l-applikazzjoni ta' l-approċċ tal-Kummissjoni jkollha bħala konsegwenza l-prevenzjoni ta' l-użu ta' prodotti sekondarji ta' l-ikel fil-produzzjoni ta' l-għalf għar-raġuni li, taħt il-leġiżlazzjoni Taljana, ma jistgħux jiġu kkunsinjati fpostijiet użati għall-produzzjoni ta' għalf, preċiżament għaliex ikunu ġew ittrasportati fvettura awtorizzata għall-iskart. B'hekk, l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni żżid il-produzzjoni u r-rimi ta' skart ta' l-ikel billi timpedixxi l-użu mill-ġdid tagħhom bħala oġġetti ta' l-ikel.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Rigward it-tieni parti ta' l-ilment tal-Kummissjoni, il-gvern Taljan isostni li ddetentur jew il-prodottur għandu juri lillawtoritajiet kompetenti- billi jġib provi ta' l-użu effettiv intiż, bħall-kuntratt konkluż bejn<?PAGE NO="I-11711"?> id-detentur u l-utent tal-materjali jew, jekk ikun il-każ, dokumenti fiskali, — li l-intenzjoni tiegħu mhijiex li jarmi l-fdal ta' porzjonijiet jew ikel żejjed, iżda li jerġa' jużahom bil-mod awtorizzat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, id-destinazzjoni effettiva tal-prodotti sekondarji hija ggarantita mir-regoli tas-sigurtà ta' l-oġġetti ta' l-ikel u ta' l-għalf.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-gvern Taljan jenfasizza li din il-kawża tirrigwarda effettivament ikel żejjed u mhux <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>fdal<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> ta' produzzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P> <TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-oġġezzjoni tal-Kummissjoni kontra l-leġiżlazzjoni Taljana dwar l-iskart — kif għandha tiġi interpretata fid-dawl ta' numru ta' struzzjonijiet ministerjali — hija essenzjalment li hija tipprovdi eżenzjoni ġenerali wisq mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha fil-każ ta' ċerti sustanzi, jiġifieri oġġetti ta' l-ikel mormija mill-industrija agroalimentari u fdal/ikel żejjed mill-preparazzjoni ta' l-ikel fil-kċejjen, li ma daħlux fil-katina ta' tqassim u li huma intiżi li jiġu użati għall-produzzjoni ta għalf jew direttament għall-għalf f Taċili-tajiet ta' kenn għal annimali domestiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>In-nuqqas ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-gvern Taljan jirrigwarda kemm linterpretazzjoni korretta tad-definizzjoni tal-kunċett ta' skart' fid-Direttiva nfisha kif ukoll il-kwistjoni jekk, fir-rigward tas-sustanzi in kwistjoni f'din il-kawża, il-leġiżlazzjoni Taljana hijiex konformi ma' din id-definizzjoni. Għalhekk, fl-ewwel lok ser nispjega b'mod ġenerali l-kwistjoni ta' l-interpetazzjoni tal-kelma skart' sabiex neżamina, imbagħad, jekk l-ilment tal-Kummissjoni f'dawn il-proċeduri bbażat fuq il-ksur tad-Direttiva huwiex fondat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari fuq id-definizzjoni tal-kunċett ta' skart fid-Direttiva 75/442 kif ġie ppreċiżat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-problema marbuta ma' kull tentattiv ta definizzjoni tal-kelma skart' tqum millfatt li dan huwa kunċett relattiv ħafna. B'mod ġenerali, nistgħu nqisu bħala <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> sustanzi jew materjali li ma rridux iktar għaliex huma tilfu l-utilità tagħhom, jew, b'mod iktar ġenerali, il-valur tagħhom jew għaliex qatt ma kellhom valur għalina għal xi raġuni.<?PAGE NO="I-11712"?> F'kull każ, peress li l-valur ta' materjali jew ta' oġġetti mhuwiex <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="2018"/>intrinsiku<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="2019"/> għalihom iżda qiegħed, biex ngħidu hekk, f'għajnejn losservatur, fil-prattika ma teżisti l-ebda sustanza li ġeneralament u fiċ-ċirkustanzi kollha tista' tiġi kkunsidrata bħala skart</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>In-natura suġġettiva tiegħu tidher ukoll mill-mod kif id-Direttiva 75/442 tibni d-definizzjoni tagħha tal-kunċett ta' skart, inkwantu hija tiddefinixxi skart bħala <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness I li <HT TYPE="ITALIC">l-possessur jarmi jew ikun beħsiebu jew ikun imġiegħel li jarmi<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/></HT> (enfażi miżjuda).</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa l-fatt li d-detentur jarmi, jew għandu l-intenzjoni jew l-obbligu li jarmi ċerti sustanzi jew oġġetti li jagħtihom in-natura ta' skart, peress li huwa mifhum li ebda materjal ma huwa minnu nnifsu skart. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbiliet li l-Anness I tad-Direttiva 75/442 u l-Katalgu Ewropew ta' l-Iskart jippreċiżaw u jispjegaw din id-definizzjoni billi jagħtu listi ta' sustanzi u ta' oġġetti li jistgħu jiġi kklassifikati bħala skart; madankollu dawn il-listi ma jistabbilixxux b'mod deċiżiv li sustanza speċifika tikkostitwixxi skart fissens tad-Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 22.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja dde-ċidiet li l-implementazzjoni ta' operazzjoni msemmija fl-Anness II A jew Anness II B tad-Direttiva ma tippermettix, minnha nnifisha, li sustanza jew oġġett jiġi kklassifikat bħala skart, u min-naħa l-oħra, li l-kunċettt ta' skart ma jeskludix sustanzi jew oġġetti li għandhom valur kummerċjali jew li huma kapaċi għal użu ekonomiku mill-ġdid<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punti 27 u 29.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tal-kelma <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> tiddependi fl-aħħar mill-aħħar fuq it-tifsira tal-kelma <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 22, u Il-Kummissjoni vs Spanja, (C-121/03) iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 57.</P></NOTE>, li għandha tiġi interpretata fid-dawl ta' l-għan tad-Direttiva, jiġifieri l-ħarsien tas-saħħa talbniedem u ta' l-ambjent mill-effetti dannużi kkawżati mill-ġbir, it-trasport, l-ipproċessar, il-ħażna u d-depożitu ta' l-iskart, kif ukoll ta' l-Artikolu 174(2) KE, li jipprovdi li l-politika tal-Komunità fuq l-ambjent timmira għal livell għoli ta' ħarsien u hija bbażata, b'mod partikolari, fuq il-prinċipji ta' prekawzjoni u ta azzjoni preventiva. Barra minn dan, minn dawn l-għanijiet jirriżulta li l-kunċett ta' skart ma jistax jiġi interpretat b'mod restrittiv<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punti 22 u 23, u Niselli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 33.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huwa ovvju li sabiex jiġi stabbilit ir-rimi mid-detentur, jew intenzjoni korrispondenti<?PAGE NO="I-11713"?> tad-detentur, mhuwiex possibbli, għal skopijiet legali, li jsir użu mill-<QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>volontà effettiva<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/> tad-detentur jew li ssir referenza għad-dikjarazzjonijiet tiegħu rigward l-intenzjonijiet tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fdan is-sens, il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Alber fil-Kawża ARCO Chemie Nederland et (sentenza tal-<DATE ISO="20000615">15 ta' Ġunju 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/97+C-419/97" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4475">C-418/97 u C-419/97, Ġabra 2000, p. I-4475, punt 59</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bil-kontra ta' dan, il-kwistjoni jekk sustanza speċifika hijiex skart għandha tiġi eżaminata fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha, billi jittieħed in kunsiderazzjoni l-għan tad-Direttiva 75/442 imsemmi iktar 'il fuq u l-bżonn li jiġi assigurat li ma ssirx ħsara għall-effettività tagħha<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 24.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet numru ta' kriterji u indikazzjonijiet li minnhom tista' tiġi dedotta l-intenzjoni tad-detentur<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 25.</P></NOTE>. B'dan il-mod, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja żvelat ukoll in-natura ġenwinament <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>skolastika<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> tal-kunċett ta' skart inkwantu, għalkemm iċ-ċirkustanzi li għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi jist-għu jindikaw li d-detentur ħeles minn sustanza jew oġġett, jew għandu l-intenzjoni jew l-obbligu li jeħles minnhom fis-sens tad-Direttiva, minnhom infushom huma mhumiex deċiżivi sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' skart<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara b'mod partikolari, f'dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20040115">15 ta' Jannar 2004</DATE>, Saetti u Frediani (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-1005">C-235/02, Ġabra p. I-1005, punt 40</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalhekk, id-deskrizzjoni ta' sustanza jew ta' oġġett bħala skart hija kwistjoni ta' prova indizzjarja. Għalhekk, il- Qorti tal-Ġustizzja ppruvat, fil-ġurispru-denza tagħha, tiddefinixxi ċ-ċikustanzi fejn huwa leġittimu li jiġi preżunt li teżisti intenzjoni ta' rimi fi ħdan id-detentur.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Intenzjoni bħal din hija partikolarment diffiċli sabiex tiġi stabbilita fil-każijiet fejn il-prodotti, il-materjali jew il-materja prima li jirriżultaw minn proċess ta' produzzjoni jew ta' estrazzjoni, bxi mod, jiġu użati mill-ġdid fi proċess sussegwenti. Bħala regola ġenerali, dawn il-materjali jistgħu jiġi kkunsidrati bħala fdal ta' produzzjoni li wara jiġu rkuprati bħala skart permezz ta' użu mill-ġdid fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) (b) u ta' l-Anness II B tad-Direttiva, jew bħala prodotti ġenwini li mhumiex skart u li huma suġġetti għal trattament industrijali normali<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19971218">18 ta' Diċembru 1997</DATE>, Inter-Environnement Wallonie (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-129/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-7411">C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 33</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li sustanza użata hija fdal ta' produzzjoni — jiġifieri, prodott li mhuwiex imfittex prinċipalment bħala tali mill-produttur — jikkostitwixxi, bħala regola, indizju<?PAGE NO="I-11714"?> li d-detentur ta' din is-sustanza ħeles minnha jew għandu l-intenzjoni li jeħles minnha<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi ARCO Chemie Nederland et, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 13, punti 3 u 84, u Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 32.</P></NOTE>. L-istess evalwazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-fdal tal-konsum<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza Niselli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 43.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, skond ġurisprudenza stabbilita, huwa wkoll ammissibbli li jingħad li oġġetti, materjali jew materja prima li ġejjin minn proċess ta' produzzjoni jew ta' estrazzjoni li mhuwiex intiż prinċipalment sabiex jippruduċi dawn l-oġġetti jistgħu jikkostitwixxu mhux fdal iżda prodotti sekondarji li l-impriża ma tixtieqx <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>tarmi<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/>, fis-sens ta' lewwel subparagrafu ta' l-Artikolu l(a) tad-Direttiva 75/442, iżda li hija beħsiebha tisfrutta jew tikkummerċjalizza taħt kundizzjonijiet li huma ta' vantaġġ għaliha, fi proċess sussegwenti, mingħajr ipproċessar minn qabel<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja (C-121/03), iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 58.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>B'kunsiderazzjoni ta' l-obbligu li tinterpeta l-kunċett ta' skart b'mod wiesa' sabiex tillimita l-effetti mhux mixtieqa jew dannużi, il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat l-użu ta' din largumentazzjoni fir-rigward ta' prodotti sekondarji għal sitwazzjonijiet li fihom l-użu mill-ġdid ta' l-oġġetti, materjali jew materja prima mhuwiex sempliċement pos-sibbiltà iżda ċertezza, mingħajr ipproċessar minn qabel u bħala parti integrali mill-proċess ta' produzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustiz-zja għalhekk kkunsidrat il-livell ta' probab-biltà li s-sustanza in kwistjoni tiġi użata mill-ġdid bħala kriterju rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk is-sustanza hijiex skart<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, id-digriet Saetti u Frediani, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 16, punt 36, u s-sentenza Niselli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punti 45 u 46.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Sabiex tispjega l-implikazzjonijiet ta' dan il-metodu, għandhom jiġu mfakkra l-kawżi l-iktar rilevanti f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fis-sentenza AvestaPolaritChrome, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn fdal minn minjieri li huwa użat mingħajr ipproċessar minn qabel fil-proċess ta' produzzjoni sabiex jiġi assigurat il-mili meħtieġ tal-mini taħt l-art, minn naħa, u l-fdal l-ieħor, min-naħa l-oħra. Meta kklassifikat l-fdal ta' lewwel bħala prodotti sekondarji li d-detentur ma jarmix jew m'għandux l-intenzjoni li jarmi, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat limportanza tal-fatt li l-mili tal-mini taħt l-art kien pass meħtieġ fil-proċess industrijali effettiv ta' minjieri u li d-detentur ta' dan il-fdal għaldaqstant kellu bżonnu għall-attività prinċipali tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-sentenza tal-<DATE ISO="20030911">11 ta' Settembru 2003</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-8725">C-114/01 Ġabra I-8725, punti 35 sa 37</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fid-digriet Saetti u Frediani, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li kokk ta' żejt mhux raffinat li huwa prodott intezjonalment, jew<?PAGE NO="I-11715"?> li jirriżulta mill-produzzjoni simultanja ta' sustanzi kombustibbli taż-żejt mhux raffinat oħrajn, fraffinerija taż-żejt u li jiġu użati b'ċertezza bħala kombustibbli għall-bżonni-jiet ta' enerġija tar-raffinerija u dawk ta' industriji oħrajn ma jikostitwixxix skart skond id-Direttiva 75/442<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Digriet iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 16, punt 47.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-produzzjoni ta' kokk hija r-riżultat ta' għażla teknika, speċifika-ment intiż għal użu bħala karburant<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 45.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet fil-kawżi C-416/01 u C-121/03 li demel tal-bhejjem jista' ma jaqax taħt iddefinizzjoni ta' skart jekk jintuża bħala fertilizzant għall-ħamrija fil-kuntest ta' prassi legali ta' fertilizzazzjoni ta' artijiet identifikati b'mod ċar u jekk il-ħażna tiegħu hija ristretta għall-bżonnijiet ta' dawn l-operazzjonijiet ta' fertilizzazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitati iktar 'il fuq (nota ta' qiegħ il-paġna 8), punti 89 u 60, rispettivament.</P></NOTE>. F'dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet milll-fatt li, skond linkartament tal-kawża, id-demel likwidu huwa użat bħala fertilizzant agrikolu, li l-operatur tar-razzett mhux qed ifittex li jarmih<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punti 94 u 65, rispettivament.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-karatteristika prinċipali komuni f'dawn il-kawżi hija l-eżistenza ta' indizji marbuta maċ-ċirkustanzi bażi li jissuġġe-rixxu li l-materjal in kwistjoni jirrapreżenta għad-detentur vantaġġ jew valur ekonomiku pjuttost milli piż li huwa jrid jeħles minnu, f'termini tan-neċessità jew almenu utilità talprodott għall-attività prinċipali, kemm jekk huwa per eżempju bħala materjal għall-mili, fertilizzant jew karburant sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' enerġija ta' raffinerija<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fis-sentenza Palin Granit, min-naħa l-oħra, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeskriviet fdal ta' ġebel li ġej minn qtugħ ta' ġebel minn barriera bħala fdal ta' estrazzjoni u għalhekk bħala skart, hija enfasizzat li l-operazzjonijiet ta' ħażna fit-tul jikkostitwixxu piż għad-detentur u potenzjalment huma l-kawża ta' tniġġis ta' l-ambjent li d-direttiva għandha preċiżament l-għan li tnaqqas. Ara s-sentenza Palin Granit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punti 38 u39.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, f'dan il-kuntest, li l-ġurisprudenza teżiġi li prodotti sekondarji jerġgħu jintużaw bħala parti mill-proċess kontinwu ta' produzzjoni jew ta' użu<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan ir-rigward, b'mod partikolari s-sentenzi Niselli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punti 47 u 52, u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-416/02, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 87).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawżi Saetti u Frediani u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-416/02 u C-121/03), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, filwaqt li kkonfermat dan ir-rekwiżit, li huwa possibbli għal sustanza li ma tiġix ikkunsidrata bħala skart jekk ikun ċert li hija tintuża għall-bżonnijiet ta' operaturi ekonomiċi oħra barra l-operatur li jipproduċiha<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-Digriet Saetti u Frediani, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 16; is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Spanja, (C-416/02) iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 90; u Il-Kummissjoni vs Spanja, (C-121/03) iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 61. Fil-kawża Saetti u Frediani, il-kokk kien użat bħala kombustibbli fil-proċess tra' produzzjoni sabiex jiġġenera l-eletettriku u l-elettriku żejjed li rriżulta nbiegħ lil industriji oħrajn jew lil kumpannija ta' l-elettriku. F'dawn iż-żewġ kawżi ta' l-aħħar, id-demel tal-bhejjem ġie mifrux mill-bidwi fuq art li ma kinitx parti millistess razzett li ġġenera d-demel.</P></NOTE>. Għaldaqs-tant jidher li, sabiex jiġi stabbilit ir-rekwiżit ta' ċertezza ta' użu mill-ġdid, huwa essenzjali<?PAGE NO="I-11716"?> li s-sustanza terġa tiġi użata mid-detentur tagħha bħala parti minn proċess kontinwu ta' produzzjoni mingħajr ipproċessar minn qabel, iżda mhux neċessarjament li terġa' tintuża — bħal fis-sentenza AvestaPolaritChrome<NOTE NOTE.ID="E0100" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qieg il-paġna 22.</P></NOTE>, per eżempju — sabiex tissodisfa l-bżonnijiet tal-produttur innifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Huwa minnu li fil-prattika jista' jirriżulta diffiċli li jiġu ddefiniti l-limiti tal-kunċetti ta' <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>proċess kontinwu<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/> ta' produzzjoni u ta' użu. Madankollu fl-aħħar nett, nirrepeti, wara dawn il-kunċetti tqum il-kwistjoni jekk jeżistix ħjiel li d-detentur beħsiebu jisfrutta jew jikummerċjalizza s-sustanza in kwistjoni taħt kundizzjonijiet ta' vantaġġ għalih fi proċess li jiġi wara l-produzzjoni ta' dik issustanza, b'tali mod li jirrapreżenta valur ekonomiku għalih, pjuttost milli piż li huwa jrid jeħles minnu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-eżistenza tal-ksur allegat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Rigward il-materjali in kwistjoni f'din il-kawża, jidhirli, l-ewwel nett, li taħt eżami iktar dettaljat, mhux l-oġġetti ta' l-ikel kollha in kwistjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>fdal ta' produzzjoni<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/>. Fdal ta' l-ikel millindustrija agro-alimnetari, minn canteens jew minn ristoranti jikkostitwixxu b'mod ċar, almenu parzjalment, fdal tal-konsum, jiġifieri fdal li, bħala tali, ma jirriżultax minn proċess ta' manifattura jew produzzjoni, iżda jirriżultaw mill-fatt li l-prodott primarju ma ġiex ikkonsmat kollu kemm hu. Dan ir-raġunament huwa b'mod partikolari validu fejn l-Artikolu 23 tal-Liġi 179 jirreferi għal <QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>żejjed<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/> li ġej minn preparazzjoni ta' ikel fi kċejjen.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat fis-sentenza Niselli li l-analiżi dwar il-prodotti sekondarji li d-detentur tagħhom ma jixtieqx jarmihom <QUOT.START ID="QS0041" REF.END="QE0041" CODE="201C"/>ma tapplikax firrigward tal-fdalijiet minn konsum li ma jistgħux jitqiesu bħala <QUOT.START ID="QS0042" REF.END="QE0042" CODE="2018"/>prodotti sekondarji<QUOT.END ID="QE0042" REF.START="QS0042" CODE="2019"/> ta' proċess ta' fabrikazzjoni jew ta' estrazzjoni li jistgħu jiġu użati mill-ġdid bħala parti integrali mill-proċess ta' produzzjoni<QUOT.END ID="QE0041" REF.START="QS0041" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 48.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għaldaqstant insibha diffiċli, mill-bidu, li nikkunsidra dawn il-materjali bħala <QUOT.START ID="QS0043" REF.END="QE0043" CODE="201C"/>prodotti sekondarji<QUOT.END ID="QE0043" REF.START="QS0043" CODE="201D"/> ta' proċess ta' fabrikazzjoni jew ta estrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>F'kull każ, kemm jekk il-fdal ta' l-ikel in kwistjoni huwa fdal tal-konsum jew, jekk ikun il-każ, rimi tal-kċina <QUOT.START ID="QS0044" REF.END="QE0044" CODE="201C"/>klassiku<QUOT.END ID="QE0044" REF.START="QS0044" CODE="201D"/>, jibqa' l-fatt, li kif jidher mill-kontenut ta' l-inkartament,<?PAGE NO="I-11717"?> dan il-fdal jirriżulta mill-preparazzjoni ta' ikel — jew ta' ikel lest — għall-konsum uman. Dan il-fdal huwa mbagħad użat sabiex jiġi prodott għalf jew direttament sabiex jiġu mitmugħa annimali f'faċilitajiet ta' kenn għal annimali domestiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Naqbel mal-Kummissjoni li din is-sitwazzjoni għandha tiġi distinta mis-sitwazzjonijiet deskritti iktar 'il fuq<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, punti 49 sa 52.</P></NOTE>, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat l-analiżi li materjal li ġej minn proċess ta' fabbrikazzjoni jew ta' estrazzjoni huwa prodott sekondarju li d-detentur m'għandux l-intenzjoni li jarmi.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa ċar li, b'mod ġenerali, ma jistax jiġi sostnut li l-fdal ta' l-ikel in kwistjoni huwa intiż bħala tali, jew almenu bħala prodott sekondarju, jew li huwa bxi mod meħtieġ jew utli għall-attività prinċipali, li tikkonsisti prinċipalment fil-produzzjoni u l-preparazzjoni ta' ikel għall-konsum uman.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi ma jistax jiġi dedott awtomatikament mill-fatt li d-derogi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Taljana in kwistjoni jirrigwardaw fdal ta' l-ikel jew ikel żejjed li jerġgħu jintużaw — anki fuq bażi kuntrattwali -bħala għalf jew sabiex jippro-duċu għalf li d-detentur jikkumerċjalizza dawn is-sustanzi bħala <QUOT.START ID="QS0045" REF.END="QE0045" CODE="201C"/>materja prima għal għalf<QUOT.END ID="QE0045" REF.START="QS0045" CODE="201D"/> taħt kundizzjonijiet li huma vantaġġ-jużi għalih. Fil-fatt, mhuwiex ċar minn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew mill-inkartament li l-vantaġġ ta' l-użu mill-ġdid jikkonsisti f'iktar mill-fatt li d-detentur b'hekk jista jeħles mis-sustanzi in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>B'mod iktar realistiku, għaldaqstant, l-analiżi l-iktar adattata hija, fil-fehma tiegħi, li fċirkustanzi bħal dawk f'din il-kawża, bħala regola ġenerali, id-detentur ta' fdal ta' l-ikel jarmih jew għandu l-intenzjoni li jarmih, u li sussegwentement dan il-fdal jiġi rkuprat bħala skart permezz ta' riċiklaġġ jew użu mill-ġdid fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 75/442. Jista' jingħad ukoll li l-Anness II B tad-direttiva li jelenka l-operazzjonijiet ta' rkupru isemmi fost l-oħrajn riċiklaġġ u rkupru ta' sustanzi organiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Din l-analiżi tidher ukoll li hija iktar konsistenti ma' l-obbligu ta' interpretazzjoni wiesa' tal-kunċett ta' skart taħt id-direttiva<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Niselli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 6, punt 45.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11718"?><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>F'kull każ, anki jekk f'ċerti każijiet il-fdal ta' l-ikel imsemmi mill-istruzzjonijiet ministerjali u mill-Artikolu 23 tal-Liġi 179 għandu jitqies bħala prodott sekondarju pjuttost milli sustanzi li d-detentur jarmi jew għandu l-intenzjoni li jarmi, jibqa l-fatt li — hekk kif sostniet il-Kummissjoni — ma jistax jiġi preżunt b'mod ġenerali u <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li dan huwa l-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-leġiżlazzjoni Taljan fuq l-iskart twassal għall-esklużjoni mill-klassifika ta' skart il-fdal ta' produzzjoni jew ta' konsum li, madankollu, jaqa' taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0046" REF.END="QE0046" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0046" REF.START="QS0046" CODE="201D"/> hekk kif huwa ddefinit fid-Direttiva 75/442.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Safejn id-derogi fil-liġi Taljana rigward il-fdal ta' l-ikel intiż sabiex jiġi użat mill-ġdid jammontaw għal preżunzjoni li dawn il-materjali mhumiex skart fis-sens tad-Direttiva, għandu jiġi osservat li l-effikaċja ta' l-Artikolu 174 tat-Trattat u tad-direttiva tiġi kompromessa jekk il-leġiżlatur nazzjonali juża metodi ta' prova, bħal preżunzjonijiet legali, li għandhom l-effett li inaqqsu l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva u li ma jkoprux materjali, sustanzi jew prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta' skart fis-sens tad-direttiva<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara f'dan is-sens ARCO Chemie Nederland <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 13, punt 42.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan sostna, minbarra dan, li l-fdal ta' l-ikel intiż sabiex jerġa jiġi użat għall-produzzjoni jew għall-preparazzjoni ta' l-għalf huwa diġà kopert bnumru ta' dispożiz-zjonijiet ta' dritt nazzjonali, u ta' dritt Komunitarj rigward is-sigurtà ta' l-ikel u rigward il-produzzjoni u l-marketing ta' gnair<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara iktar 'il fuq, punt 29 u n-nota ta' qiegħ il-paġna 7.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward għandu jiġi osservat, lewwel nett, li dan il-fdal jista' jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 75/442 jekk huwa jaqa' taħt waħda mill-kategoriji ta' skart imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan mhuwiex il-każ. Fost il-materjali msemmija f'din id-dispożiz-zjoni, dawk li jixbhu l-iktar fdal ta' l-ikel in kwistjoni huma <QUOT.START ID="QS0047" REF.END="QE0047" CODE="201C"/>karkassi ta' annimali<QUOT.END ID="QE0047" REF.START="QS0047" CODE="201D"/> imsemmija fil-punt (b)(iii). Iżda anki jekk il-fdal ta' l-ikel in kwistjoni jinkludi sustanzi li ġejjin minn annimali, ma jistax jiġi sostnut b'mod serju li huwa jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0048" REF.END="QE0048" CODE="201C"/>karkassi<QUOT.END ID="QE0048" REF.START="QS0048" CODE="201D"/> fis-sens ta' din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11719"?><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, l-espressjoni <QUOT.START ID="QS0049" REF.END="QE0049" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0049" REF.START="QS0049" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) (b) tad-Direttiva 75/442 tirreferi għal liġijiet Komunitarji jew nazzjonali safejn dawn il-liġijiet jirrigwardaw l-immaniġġjar ta' l-iskart bħala tali u jwasslu għal livell ta' ħarsien ta' lambjent li huwa almenu ekwivalenti għal dak mixtieq mid-direttiva<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza AvestaPolaritChrome, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 22, punt 61.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Id-diversi regolamenti msemmija mill-gvern Taljan, bil-kontra, m'għandhomx manifestament bħala għan l-immaniġġjar ta l-iskart bħala tali iżda pjuttost is-sigurtà ta' l-ikel, u b'mod partikolari, ċerti livelli ta' kwalità fil-qasam tall-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' l-għalf. Għaldaqs-tant, għalkemm l-għanijiet segiwti minn dawn id-dispożizzjonijiet u l-interessi legali mħarsa jistgħu jkopru parzjalment l-istess affarijiet bħad-direttiva, huma jibqgħu kunsiderevolment differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Barra minn hekk u preċiżament għal din ir-raġuni, l-applikazzjoni tas-sistema ta' kontroll u ta' ħarsien stabbilita mid-Direttiva 75/442 u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ikel u l-għalf, fil-fehma tiegħi, ma jeskludux reċiprokament lil xulxin, b'mod ġenerali: bil-kontra, dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati b'mod kumulattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-argument tal-gvern Taljan li jgħid li l-użu mill-ġdid ta' fdal mill-ikel bħala għalf huwa ostakolat għaliex dan il-fdal għandu jiġi ttrasportat fvetturi awtorizzati għat-trasport ta' skart li ma jissodisfawx il-livelli meħtieġa ta' iġjene, il-Kumissjoni enfasizzatb ġustament li din il-problema tqum mil-leġiżlazzjoni Taljana, mhux mid-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Id-direttiva ma teżiġix li l-iskart kollu jiġi ttrasportat mill-istess vetturi; bil-kontra, listabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru u jittrasportaw l-iskart għandhom jiġu awtorizzati jew irreġistrati u l-operazzjonijiet ta' rimi u ta' rkupru ta' l-iskart għandhom isiru b'mod konformi mad-direttiva. B'mod partikolari, fdal ta' l-ikel jista jiġi ttrasportat middetentur jew mill-produttur preċedenti, jew mill-impriża li tirkupra dan l-iskart, sakemm min jittrasporta jkun irreġistrat jew, jekk ikun il-każ, ikun kiseb awtorizzazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, dwar l-obbligu ta' reġistrazzjoni, is-sentenza tad-<DATE ISO="20050609">9 ta' Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-270/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5233">C-270/03, Ġabra p. I-5233</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal iktar 'il fuq, nasal għall-konklużjoni li l-ilment tal-Kummissjoni huwa ġġustifikat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11720"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0050" REF.END="QE0050" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Tiddikajra li, billi adottat struzzjonijiet operazzjonali li huma validi għat-territorju nazzjonali kollu, stabbiliti b'mod partikolari fiċ-ċirkulari tal-Ministeru għall-Ambjent tat-<DATE ISO="19980728">28 ta' Lulju 1998</DATE> u ċ-ċirkulari tal-Ministeru għas-Saħħa tat-<DATE ISO="20020722">22 ta' Lulju 2002</DATE>, li jeskludu mill-ambitu tar-regoli fuq l-iskart prodotti ta' l-ikel mormija mill-industrija agroalimentari li huma intiżi għall-produzzjoni ta' għalf għall-annimali u billi eskludiet, permezz ta' l-Artikolu 23 tal-Liġi Nru 179 tal-<DATE ISO="20020731">31 ta' Lulju 2002</DATE>, mill-ambitu tar-regoli fuq l-iskart fdal mill-preparazzjoni fi kċejjen tat-tipi kollha ta' ikel solidu msajjar jew nej, li ma daħlux fil-katina ta' tqassim u li huma intiżi għal faċilitajiet ta' kenn għal annimali domestiċi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l(a) tad-Direttiva 75/442/KEE, tal-<DATE ISO="19750715">15 ta' Lulju 1975</DATE>, fuq l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-<DATE ISO="19910318">18 ta' Marzu 1991</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.<QUOT.END ID="QE0050" REF.START="QS0050" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>