|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6595 |
29.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11732 – CARLYLE / VANTIVE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6595)
1.
Fil-21 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Carlyle Group Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Vantive (“Vantive”, l-Istati Uniti), id-diviżjoni tan-negozju tal-kura tal-kliewi ta’ Baxter International Inc. (“Baxter”, l-Istati Uniti). |
Carlyle se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Vantive kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Carlyle hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li timmaniġġja fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) ekwità privata globali (inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli u riżorsi naturali); (ii) kreditu globali (inkluż kreditu likwidu, kreditu illikwidu u kreditu tal-assi reali); u (iii) soluzzjonijiet ta’ investiment (programm ta’ fond ta’ fondi ta’ ekwità privata, li jinkludi fond primarju, attivitajiet sekondarji u attivitajiet ta’ koinvestiment relatati). |
|
— |
Vantive hija d-diviżjoni tan-negozju tal-kura tal-kliewi ta’ Baxter. Vantive hija primarjament attiva fil-provvista ta’ prodotti ta’ terapija ta’ sostituzzjoni tal-kliewi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11732 – CARLYLE / VANTIVE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6595/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)