|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/70 |
24.1.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/70
tal-21 ta’ Novembru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 15(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-programmi tal-forniment ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli, sar evidenti li l-korpi tas-settur agroalimentari fdati, mill-Istat Membru kkonċernat, b’missjoni ta’ servizz pubbliku ddefinita b’mod ċar biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prodotti agrikoli u biex dawn il-prodotti jiġu promossi, jitqiesu bħala rappreżentattivi tas-setturi kkonċernati mill-programm. Għalhekk, l-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2), li jirrikjedi li l-korpi tas-settur agroalimentari juru r-rappreżentattività tas-setturi b’mezzi oħra għajr l-inkarigu ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku ddefinita b’mod ċar biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prodott agrikolu u biex dan il-prodott jiġi promoss, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, ma għadux meħtieġ. |
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet li skonthom l-organizzazzjonijiet proponenti jistgħu jressqu proposta għal programm ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli jenħtieġ li jinkoraġġixxu aċċess wiesa’ mill-organizzazzjonijiet proponenti. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-organizzazzjonijiet proponenti ma jirċevux appoġġ għal aktar minn żewġ programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar l-istess prodott jew skema, imwettqa fit-territorju tal-istess pajjiż fil-mira, jew f’parti minnu, jew konsekuttivament jew b’mod parallel. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi emendata r-regola li tipprojbixxi lil xi organizzazzjoni milli tirċievi appoġġ għall-istess programm ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mwettaq fl-istess suq ġeografiku għal aktar minn żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, li tinsab fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829. |
|
(3) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli, jenħtieġ li jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet proponenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess matul it-tħejjija tal-proposta mressqa għall-evalwazzjoni skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 kif ukoll matul l-implimentazzjoni ta’ programm. |
|
(4) |
Barra minn hekk, bl-għan li tissaħħaħ il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri kompetittivi għall-għażla tal-korpi ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu jeżiġu li l-organizzazzjonijiet proponenti jinfurmaw lill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda biex tissaħħaħ aktar l-għażla imparzjali u oġġettiva tal-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829, l-għotjiet iridu jieħdu l-forma ta’ rimborż tal-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba mill-organizzazzjoni proponenti. Sabiex ikun hemm simplifikazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv fil-ġestjoni finanzjarja tal-programmi, jenħtieġ li f’dak l-Artikolu jiġi introdott metodu alternattiv biex jiġu kkalkulati l-kostijiet eliġibbli abbażi tal-ammonti stabbiliti permezz ta’ somom f’daqqa. |
|
(6) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/1829 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-organizzazzjonijiet proponenti jridu jagħżlu korpi responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi li jiżguraw l-aħjar valur għall-flus u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess. B’hekk, l-organizzazzjonijiet proponenti jridu jieħdu l-miżuri kollha, anke matul it-tħejjija tal-proposta, biex jevitaw kull sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-programm tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu l-interess ekonomiku, l-affinità politika jew nazzjonali, ir-rabtiet familjali jew emozzjonali, jew kwalunkwe interess komuni ieħor. L-organizzazzjonijiet proponenti għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw l-aħjar valur għall-flus meta jiġu biex jagħżlu l-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi u biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess, qabel il-konklużjoni tal-kuntratti għall-implimentazzjoni tal-programmi sempliċi.” |
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1144/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta’ April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1829/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/70/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)