<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-502/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0502</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1115">EU:C:2019:1115</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawża C‑502/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Junqueras Vies</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura mħaffa</KEYWORD><KEYWORD>Dritt istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin tal-Unjoni Ewropea elett fil-Parlament Ewropew minkejja li qiegħed taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14 TUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>membru tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 343 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-missjoni tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Immunitajiet lill-membri tal-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Immunità ta’ traġitt</KEYWORD><KEYWORD>Immunitajiet ta’ sessjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kampijiet ta’ applikazzjoni personali, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ dawn id-diversi immunitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija ta’ immunità mill-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Talba għat-tneħħija ta’ immunità minn qorti nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Mandat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura elettorali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Verifika tas-setgħat tal-membri tal-Parlament Ewropew wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 39(2)</KEYWORD><KEYWORD>Elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, liberu u sigriet</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ eliġibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑502/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190701">1 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Oriol Junqueras Vies,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerio Fiscal,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Abogacía del Estado,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Partido político VOX,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, A. Prechal, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, J. Malenovský (Relatur), L. Bay Larsen, C. Toader, N. Piçarra, A. Kumin, N. Jääskinen u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, amministratur prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal O. Junqueras Vies, minn A. Van den Eynde Adroer, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Ministerio Fiscal, minn F. Cadena Serrano, C. Martinez-Pereda kif ukoll minn J. Moreno Verdejo u J. Zaragoza Aguado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Partido político VOX, minn M. Castro Fuertes, abogada, assistita minn M. Hidalgo López, procuradora,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta u A. Rubio González, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn C. Burgos kif ukoll minn F. Drexler u N. Görlitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Erlbacher u I. Martínez del Peral, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 326, p. 266</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn Oriol Junqueras Vies, b’mod anċillari għal proċedura kriminali li tirrigwardah, kontra digriet tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) li rrifjuta, wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew organizzati fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE>, it-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja li hija applikata għalih mix-xahar ta’ Novembru 2017, sabiex ikun jista’ jissodisfa formalità li tikkundizzjona, fid-dritt Spanjol, il-kisba tal-kwalità ta’ membru ta’ dan il-Parlament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[m]embri tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, li jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fit-territorju ta’ l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.</P><P>L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Att Elettorali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rapreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal‑<DATE ISO="19760920">20 ta’ Settembru 1976</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="278" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1976">ĠU 1976, L 278, p. 1</REF.DOC.OJ>), ġie emendat, fl-aħħar lok, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal‑25 ta’ Ġunju u tat‑<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 137) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Att Elettorali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali jipprevedi li l-elezzjonijiet tal-membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu b’vot dirett universali u għandhom ikunu ħielsa u sigrieti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan l-att huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu ta’ ħames snin li għalih jiġu eletti l-membri tal-Parlament Ewropew jibda mill-ftuħ tal-ewwel sessjoni li tinżamm wara kull elezzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat ta’ kull Membru tal-Parlament Ewropew jibda u jiskadi fl-istess żmien bħall-perijodu msemmi fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tal-imsemmi att jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu l-privileġġi u l-immunitajiet applikabbli lilhom bis-saħħa tal-[Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-istess att jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-proċedura elettorali għandha tkun regolata f’kull Stat Membru bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(3) u (4) tal-Att Elettorali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu [229 TFUE], il-Parlament Ewropew għandu jiltaqa’, mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda terminu ta’ xahar minn tmiem il-perijodu elettorali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Is-setgħat tal-Parlament Ewropew li jkun temm il-mandat tiegħu għandhom jieqfu mal-ftuħ tal-ewwel seduta tal-Parlament Ewropew il-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan l-att jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika s-setgħat tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Għal dan il-għan, huwa għandu jieħu nota tar-riżultati pproklamati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jiddeċiedi fuq il-kontestazzjonijiet li jistgħu eventwalment jitqajmu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferi għalihom dan l-Att.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kostituzzjoni Spanjola</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 71 tal-Kostituzzjoni Spanjola jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deputati u s-senaturi jgawdu mill-invjolabbiltà għall-opinjonijiet espressi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-mandat tagħhom, id-deputati u s-senaturi jgawdu wkoll mill-immunità u ma jistgħux jiġu arrestati ħlief f’każ li jinqabdu jwettqu reat. Huma ma jistgħux jiġu suġġetti għal investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-assemblea rispettiva tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-proċeduri kriminali kontra deputati jew senaturi, l-awla kompetenti hija l-Awla Kriminali tat-Tribunal Supremo [(il-Qorti Suprema)].</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Elettorali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-ley orgánica 5/1985 de Régimen Electoral General (il-Liġi Organika 5/1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali) tad‑<DATE ISO="19850619">19 ta’ Ġunju 1985</DATE> (BOE Nru 147 tal‑<DATE ISO="19850620">20 ta’ Ġunju 1985</DATE>, p. 19110), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi Elettorali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), tistipula, fl-Artikolu 224 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="224.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Junta Electoral Central [(il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, Spanja)] għandha, mhux iktar tard minn għoxrin jum wara l-elezzjonijiet, twettaq l-għadd tal-voti fuq livell nazzjonali, tagħti s-siġġijiet rispettivi lil kull wieħed mill-kandidati u tipproklama l-kandidati eletti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="224.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien ħamest ijiem mill-proklamazzjoni tagħhom, il-kandidati eletti għandhom jaħilfu jew iwegħdu li josservaw il-Kostituzzjoni quddiem il-[Kummissjoni Elettorali Ċentrali]. Fl-aħħar ta’ dan it-terminu, il-[Kummissjoni Elettorali Ċentrali] għandha tiddikjara vakanti s-siġġijiet mogħtija lid-deputati tal-Parlament Ewropew li ma jkunux ħalfu li josservaw il-Kostituzzjoni u tiddikjara sospiżi l-prerogattivi kollha li seta’ kellhom dritt għalihom minħabba l-funzjonijiet tagħhom, sakemm jieħdu dan il-ġurament.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli tal-Kamra tad-Deputati</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Reglamento del Congreso de los Diputados (Ir-Regolament tal-Kamra tad-Deputati) tal‑<DATE ISO="19820210">10 ta’ Frar 1982</DATE> (BOE Nru 55 tal‑<DATE ISO="19820305">5 ta’ Marzu 1982</DATE>, p. 5765), jipprevedi, fl-Artikolu 20 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-deputat li jkun ġie pproklamat elett jakkwista l-kwalità sħiħa ta’ deputat bit-twettiq b’mod simultanju tal-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>jippreżenta mas-Segretarju Ġenerali s-setgħa maħruġa mill-korp kompetenti tal-amministrazzjoni elettorali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jimla d-dikjarazzjoni ta’ attivitajiet tiegħu skont kif imsemmi fil-[Liġi Elettorali];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>jieħu l-ġurament, mill-ewwel seduta plenarja li jassisti għaliha, li josserva l-Kostituzzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet u l-prerogattivi huma effettivi minn meta l-istess deputat jiġi pproklamat elett. Madankollu, jekk ikunu nżammu tliet seduti plenarji mingħajr id-deputat ma jkun akkwista tali kwalità konformement mal-paragrafu preċedenti, huwa ma jgawdix minn dawn id-drittijiet u prerogattivi sakemm ikun akkwista tali kwalità.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 384a tal-Ley de Enjuiciamiento Criminal (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Meta d-deċiżjoni ta’ tqegħid taħt att ta’ akkuża tkun saret definittiva u d-detenzjoni provviżorja tkun ġiet ordnata għal reat imwettaq minn persuna li tappartjeni jew li hija marbuta ma’ gruppi armati jew ma’ individwi terroristiċi jew ribelli, il-persuna akkużata li tokkupa funzjonijiet jew kariga pubblika hija awtomatikament sospiża mill-eżerċizzju tagħhom matul iż-żmien ta’ detenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 503 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi, fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="503.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-detenzjoni provviżorja tista’ tiġi ordnata biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfatti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>li jkunu kkonstatati, fil-proċedura kriminali, fatt wieħed jew diversi li jikkorrispondu ma’ reat kriminali li għalih ingħatat piena li ċċaħħad il-libertà ta’ perijodu ta’ mill-inqas sentejn ħabs, jew anki piena li ċċaħħad il-libertà ta’ perijodu inqas jekk il-persuna li fir-rigward tagħha jkunu tressqu proċeduri kriminali jew akkużata kienet is-suġġett ta’ kundanna preċedenti għal reat kriminali intenzjonali li għadu rreġistrat fuq il-kondotta tal-pulizija u li ma jistax jitħassar.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>li jkun hemm, fil-proċedura kriminali, motivi suffiċjenti sabiex jitqies li l-persuna li għandha tittieħed id-deċiżjoni ta’ detenzjoni kontriha hija responsabbli għal reat kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>li t-tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja tfittex wieħed mill-għanijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li tiġi żgurata l-preżenza fil-proċess tal-persuna li fir-rigward tagħha jkunu tressqu proċeduri kriminali jew akkużata meta jkun hemm raġunijiet ta’ suspett ta’ riskju li taħrab.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikoli 750 sa 754 tal-imsemmi kodiċi huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="750"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Artikolu 750</TI.ART><ALINEA>Il-qorti jew it-tribunal li għandu motiv għall-prosekuzzjoni ta’ senatur jew deputat sedenti fil-Cortes [(is-Senat u l-Kamra tad-Deputati, Spanja)] minħabba reat kriminali ma għandux jiftaħ proċedura fil-konfront tiegħu matul is-sessjoni [tas-Senat u l-Kamra tad-Deputati] sa fejn ma jkunx kiseb l-awtorizzazzjoni korrispondenti tal-assemblea li l-persuna kkonċernata tifforma parti minnha.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="751"><TI.ART>Artikolu 751</TI.ART><ALINEA>Jekk is-senatur jew id-deputat ikun inqabad iwettaq reat, huwa jista’ jiġi arrestat u jitressaq għal prosekuzzjoni kriminali mingħajr l-awtorizzazzjoni msemmija fl-artikolu preċedenti; madankollu, f’erbgħa u għoxrin siegħa mill-arrest jew mill-prosekuzzjoni kriminali, l-assemblea li minnha jifforma parti għandha tiġi informata.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>L-assemblea rispettiva għandha tiġi informata wkoll b’kull proċedura kriminali miftuħa kontra dak li, minkejja li ġie mressaq għal prosekuzzjoni kriminali, jiġi elett senatur jew deputat.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="752"><TI.ART>Artikolu 752</TI.ART><ALINEA>Jekk senatur jew deputat jitressaq għal prosekuzzjoni kriminali matul waqfa parlamentari, il-qorti jew it-tribunal li quddiemu titressaq il-kawża għandu jinforma immedjatament l-assemblea rispettiva dwar dan.</ALINEA><ALINEA>L-istess japplika meta senatur jew deputat elett jitressaq għal prosekuzzjoni kriminali qabel ma jiltaqa’ [s-Senat jew il-Kamra tad-Deputati].</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="753"><TI.ART>Artikolu 753</TI.ART><ALINEA>Fi kwalunkwe każ, ir-reġistratur għandu jissospendi l-proċedura mill-ġurnata li fiha [s-Senat jew il-Kamra tad-Deputati] jiġi informat, kemm jekk ikun waqt perijodu ta’ sessjonijiet kif ukoll jekk le, u l-affarijiet għandhom jibqgħu f’dak l-istat sakemm l-assemblea rispettiva tiddeċiedi kif jidhirlha xieraq.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="754"><TI.ART>Artikolu 754</TI.ART><ALINEA>Jekk [is-Senat jew il-Kamra tad-Deputati] jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni mitluba, għandu jkun hemm dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tas-senatur jew deputat, iżda l-proċeduri jitkomplew fil-konfront tal-persuni l-oħra li fir-rigward tagħhom ikunu tressqu proċeduri kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, O. Junqueras Vies, kien il-Viċi-President tal-Gobierno autonómico de Cataluña (il-Gvern Awtonomu ta’ Cataluña, Spanja) meta ġiet adottata l-Ley 19/2017 del Parlamento de Cataluña, reguladora del referéndum de autodeterminación (il-Liġi 19/2017 tal-Parlament ta’ Cataluña li Tirregola r-Referendum tal-Awtodeterminazzjoni) tas-<DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE> (DOGC Nru 7449A tas‑<DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, p. 1), u l-Ley 20/2017 del Parlamento de Cataluña de transitoriedad jurídica y fundacional de la República (il-Liġi 20/2017 tal-Parlament ta’ Cataluña ta’ Tranżizzjoni Ġuridika u Kostituttiva tar-Repubblika) tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE> (DOGC Nru 7451A tat‑<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, p. 1), kif ukoll meta, fl‑<DATE ISO="20171001">1 ta’ Ottubru 2017</DATE>, sar ir-referendum ta’ awtodeterminazzjoni previst mill-ewwel minn dawn iż-żewġ liġijiet, li d-dispożizzjonijiet tagħha kienu, fil-frattemp, ġew sospiżi b’deċiżjoni tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tal-imsemmija liġijiet u ż-żamma tal-imsemmi referendum, il-Ministerio fiscal (l-Uffiċċju tal-Prosekutur, Spanja), l-Abogado del Estado (l-Avukat tal-Istat, Spanja) u l-Partido político VOX (il-Partit Politiku VOX) bdew proċedura kriminali kontra numru ta’ persuni, fosthom O. Junqueras Vies, billi qiesu li dawn kienu ħadu sehem fi proċess ta’ seċessjoni u wettqu, f’dan il-kuntest, fatti li jaqgħu taħt tliet tipi ta’ reati kriminali, jiġifieri, l-ewwel nett, dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ribelljoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>sedizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, it-tieni nett, dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>diżobbidjenza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u t-tielet nett, dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>miżapproprjazzjoni ta’ fondi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>O. Junqueras Vies tqiegħed taħt detenzjoni provviżorja matul il-fażi istruttorja ta’ din il-proċedura kriminali, skont deċiżjoni adottata fit‑<DATE ISO="20171102">2 ta’ Novembru 2017</DATE> abbażi tal-Artikolu 503 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Din id-deċiżjoni ġiet imġedda diversi drabi minn dakinhar, b’tali mod li l-persuna kkonċernata kienet għadha f’dentenzjoni provviżorja meta ġiet ippreżentata t-talba għal deċiżjoni preliminari li hija bbażata fuqha din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara l-ftuħ tal-fażi ta’ prosekuzzjoni tal-imsemmija proċedura kriminali, O. Junqueras Vies ippreżenta ruħu bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Congreso de los Diputados (il-Kamra tad-Deputati, Spanja) li saru fit‑<DATE ISO="20190428">28 ta’ April 2019</DATE>, wara liema huwa ġie elett deputat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) qieset li ma kienx hemm iktar lok li titlob lill-Kamra tad-Deputati l-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 71(2) tal-Kostituzzjoni Spanjola, peress li l-elezzjoni ta’ O. Junqueras Vies bħala deputat kienet seħħet wara l-ftuħ tal-fażi ta’ prosekuzzjoni tal-proċedura kriminali mibdija, b’mod partikolari, kontra tiegħu. Fil-fatt, konformement mal-ġurisprudenza ta’ din il-qorti, l-immunità prevista fl-imsemmija dispożizzjoni kostituzzjonali tingħata lid-deputati u lis-senaturi Spanjoli biss fil-konfront tal-proċeduri kriminali li jkunu għadhom ma waslux fil-fażi ta’ prosekuzzjoni meta jiġu eletti jew jiksbu l-kwalità tagħhom ta’ deputat jew ta’ senatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-istess digriet, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), adita b’talba f’dan is-sens minn O. Junqueras Vies, tagħtu awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs sabiex ikun jista’ jipparteċipa, taħt sorveljanza tal-pulizija, fl-ewwel seduta plenarja tal-Kamra tad-Deputati kif ukoll sabiex jikkonforma ruħu, f’din l-okkażjoni, mar-rekwiżiti meħtieġa sabiex jieħu pussess tas-siġġu tiegħu, kif previsti fl-Artikolu 20 tar-Regoli tal-Kamra tad-Deputati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara li kkonforma ruħu ma’ dawn ir-rekwiżiti u ħa pussess tas-siġġu tiegħu u ġie rritornat lura l-ħabs, O. Junqueras Vies ġie sospiż fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta’ deputat permezz ta’ deċiżjoni tal-Bureau tal-Kamra tad-Deputati adottata fl‑<DATE ISO="20190524">24 ta’ Mejju 2019</DATE>, konformement mal-Artikolu 384a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Matul il-fażi ta’ prosekuzzjoni tal-proċedura kriminali mibdija, b’mod partikolari, kontra tiegħu, O. Junqueras Vies ippreżenta ruħu wkoll bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE>. Wara dawn l-elezzjonijiet, huwa ġie elett fil-Parlament Ewropew, hekk kif jirriżulta mill-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali magħmula mill-Kummissjoni Elettorali Ċentrali f’deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE> dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Proklamazzjoni tad-Deputati Eletti fil-Parlament Ewropew fl-Elezzjonijiet li saru fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (BOE Nru 142 tal‑<DATE ISO="20190614">14 ta’ Ġunju 2019</DATE>, p. 62477), konformement mal-Artikolu 224(1) tal-Liġi Elettorali. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali barra minn hekk ipproċediet, hekk kif tipprevedi l-istess dispożizzjoni, għall-għoti lill-persuni eletti, inkluż O. Junqueras Vies, tas-siġġijiet li għandu r-Renju ta’ Spanja fil-Parlament Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20190614">14 ta’ Ġunju 2019</DATE>, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) ċaħdet talba ta’ O. Junqueras Vies intiża sabiex jingħata awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs, taħt sorveljanza tal-pulizija, sabiex tippermettilu jippreżenta ruħu quddiem il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali sabiex jieħu l-ġurament jew iwiegħed li josserva l-Kostituzzjoni Spanjola kif rikjest mill-Artikolu 224(2) tal-Liġi Elettorali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali adottat deċiżjoni li permezz tagħha hija kkonstatat li O. Junqueras Vies ma kienx ħa l-ġurament inkwistjoni u, konformement mal-Artikolu 224(2) tal-Liġi Elettorali, iddikjarat vakanti s-siġġu mogħti lill-persuna kkonċernata fil-Parlament Ewropew kif ukoll is-sospensjoni tal-prerogattivi kollha li seta’ kellu dritt għalihom minħabba l-funzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190702">2 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-President tal-Parlament Ewropew fetaħ l-ewwel sessjoni tal-leġiżlatura wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew organizzati fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>O. Junqueras Vies ippreżenta, quddiem it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) rikors kontra d-digriet imsemmi fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, li fil-kuntest tiegħu huwa pprevalixxa ruħu mill-immunitajiet previsti fl-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mistiedna jippreżentaw osservazzjonijiet f’dan ir-rigward, l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Avukat tal-Istat u l-Partit Politiku VOX argumentaw li l-persuna kkonċernata ma kinitx protetta mill-immunitajiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tindika, preliminarjament, li hija qiegħda tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domandi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jqumu mhux fil-kuntest tal-preparazzjoni tas-sentenza tagħha fil-mertu fil-proċedura kriminali mibdija, b’mod partikolari, kontra O. Junqueras Vies, iżda tar-rikors ippreżentat minn dan tal-aħħar kontra d-digriet imsemmi fil-punt 25 ta’ din is-sentenza. Il-qorti tar-rinviju tqis barra minn hekk li t-trattament ta’ tali rikors ma jikkundizzjonax il-kontenut ta’ din is-sentenza fil-mertu, bla ħsara għall-eventwali effett, li hija tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>rifless jew indirett<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jista’ jkollhom, fuqu, l-atti li jistgħu jiġu adottati wara awtorizzazzjoni jew rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħruġ mill-ħabs. Finalment din tenfasizza li għandha l-obbligu li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, bħala qorti li tiddeċiedi, konformement mal-Artikolu 71(3) tal-Kostituzzjoni Spanjola, fl-ewwel u l-aħħar istanza fuq ir-rikors ippreżentat minn O. Junqueras Vies.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn id-domandi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tistipula, fl-ewwel lok, li d-digriet li huwa s-suġġett tal-imsemmi rikors jirrigwarda r-rifjut li tingħata, lil persuna li ġiet eletta membru tal-Parlament Ewropew minkejja li hija kienet tinsab taħt detenzjoni provviżorja u li l-fażi ta’ prosekuzzjoni tal-proċedura kriminali mibdija kontra tagħha kienet diġà infetħet, awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs intiża li tippermettilha tieħu l-ġurament li tosserva l-Kostituzzjoni Spanjola li l-Artikolu 224 tal-Liġi Elettorali jeżiġi min-naħa ta’ persuna eletta għal tali funzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tippreżenta l-kuntest li ġie adottat fih dan id-digriet u l-punti li ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tiegħu, billi tirrileva, qabel kollox, li l-fatti li O. Junqueras Vies huwa kkritikat għalihom jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali partikolarment serji u li jiġu ssanzjonati bħala tali, peress li dawn kienu intiżi li jippreġudikaw l-ordni kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, din il-qorti tesponi li t-tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja ta’ O. Junqueras Vies ġiet ordnata minħabba r-riskju li l-persuna kkonċernata taħrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Finalment, l-imsemmija qorti tippreċiża li, fl-adozzjoni tad-digriet li permezz tiegħu hija rrifjutat li tagħti awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs lil O. Junqueras Vies, hija mhux biss ħadet inkunsiderazzjoni l-elementi invokati fiż-żewġ punti preċedenti ta’ din is-sentenza, fid-dawl tal-Artikolu 503 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, iżda wkoll ibbilanċjat id-diversi drittijiet u interessi li kien jidhrilha li kellha tieħu inkunsiderazzjoni f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tispjega li tat prijorità, b’mod definittiv, għaċ-ċaħda provviżorja tal-libertà ta’ O. Junqueras Vies fuq id-dritt għal parteċipazzjoni politika tiegħu fix-xogħol tal-Parlament Ewropew, u dan sabiex jiġi ppreservat l-għan tal-proċedura kriminali mibdija, b’mod partikolari, kontra l-persuna kkonċernata, li kien jiġi ppreġudikat b’mod irrimedjabbli li kieku din tal-aħħar kienet ġiet awtorizzata titlaq mit-territorju Spanjol. It-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tqis, dwar dan il-punt, li għandha ssir distinzjoni, minn naħa, bejn l-elezzjoni ta’ O. Junqueras Vies għall-Kamra tad-Deputati, wara liema huwa seta’ jiġi awtorizzat mingħajr diffikultà biex jippreżenta ruħu fis-sede ta’ dan il-korp leġiżlattiv qabel jirritorna lejn il-ħabs, u, min-naħa l-oħra, l-elezzjoni tiegħu għall-Parlament Ewropew. Fil-fatt, parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata fl-ewwel sessjoni tal-leġiżlatura l-ġdida ta’ din l-istituzzjoni, li tissoponi ċ-ċaqliq tiegħu ’l barra mit-territorju Spanjol, kienet timplika telf ta’ kontroll fuq il-miżura ta’ detenzjoni provviżorja kontrih, f’kuntest ikkaratterizzat mill-eżistenza ta’ limiti fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali stabbiliti fi ħdan l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tiġġustifika l-ewwel żewġ domandi preliminari tagħha bil-ħtieġa li tkun taf f’liema mument tinkiseb il-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tosserva li, fis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19640512">12 ta’ Mejju 1964</DATE>, <NAME.CASE>Wagner</NAME.CASE> (<NO.CASE>101/63</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1964:28">EU:C:1964:28</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Wybot</NAME.CASE> (<NO.CASE>149/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:310">EU:C:1986:310</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni billi qieset, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>perijodu ta’ sessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jissemma fih kellu jiġi ddefinit b’mod awtonomu, u mhux b’riferiment għad-dritt intern tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat il-benefiċċju tal-immunitajiet għal perijodu indaqs għall-membri kollha tal-Parlament Ewropew, u, min-naħa l-oħra, li l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ dawn l-immunitajiet kellu jiġi ddefinit b’mod wiesa’, b’tali mod li dawn ikopru l-perijodu kollu li matulu l-imsemmija istituzzjoni żżomm sessjonijiet ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li din il-ġurisprudenza ma tiddeċidix il-kwistjoni ta’ jekk l-immunitajiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni humiex applikabbli matul il-perijodu qabel il-bidu tal-ewwel sessjoni miżmuma mill-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet. Madankollu, din il-qorti żżid li, fid-dawl tal-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, tal-għan li huma jfittxu u tal-kuntest normattiv li jidħlu fih, kif mifhum mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Le Pen vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:429">EU:C:2005:429</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja u Donnici vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑393/07 u C‑9/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:275">EU:C:2009:275</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jista’ jitqies li l-immunitajiet previsti fl-imsemmija dispożizzjonijiet huma applikabbli biss għall-membri tal-Parlament Ewropew li jkunu ħadu pussess tas-siġġu tagħhom fi ħdan din l-istituzzjoni jew, għall-inqas, għall-persuni li ġew inklużi, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq il-lista ta’ dawk li osservaw ir-rekwiżiti meħtieġa, skont id-dritt intern tal-Istati Membri, sabiex jiksbu l-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew. Madankollu, kemm din l-interpretazzjoni kif ukoll dik skont liema l-imsemmija immunitajiet huma applikabbli għall-persuni kollha eletti membri tal-Parlament Ewropew iqajmu dubji, fid-dawl tal-konsegwenzi prattiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar lok, fl-ipoteżi li l-immunitajiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni huma applikabbli, l-imsemmija qorti tistaqsi, essenzjalment, dwar il-konsegwenzi li għandu jkollhom fil-kuntest tar-rikors ippreżentat minn O. Junqueras Vies kontra d-digriet imsemmi fil-punt 25 ta’ din is-sentenza. B’mod iktar preċiż, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, permezz tat-tielet domanda preliminari tagħha, jekk, u jekk ikun il-każ kif u minn min, il-protezzjoni marbuta mal-imsemmija immunitajiet tistax tiġi bbilanċjata mad-drittijiet u mal-interessi l-oħrajn li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tat-trattament ta’ tali rikors, fid-dawl tal-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-[Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni] japplika qabel il-bidu tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>perijodu ta’ sessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> għal persuna akkużata b’reati serji li tkun f’detenzjoni provviżorja, ordnata b’mod ġudizzjarju għal fatti li ġraw qabel il-ftuħ ta’ proċess elettorali li fit-tmiem tiegħu [din il-] persuna ġiet iddikjarata eletta fil-Parlament Ewropew, iżda li ġiet irrifjutata, permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti, awtorizzazzjoni straordinarja sabiex toħroġ minn ħabs li tippermettiha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni elettorali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 tal-Att [Elettorali]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva, jekk il-korp maħtur mil-leġiżlazzjoni elettorali nazzjonali kien informa lill-Parlament Ewropew li l-persuna eletta ma mhux ser tikseb il-pożizzjoni ta’ Membru tal-Parlament, minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-livell elettorali (impossibilità li tirriżulta mil-limitazzjoni tal-libertà ta’ moviment tiegħu bħala riżultat tad-detenzjoni provviżorja tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura għal reati serji), sakemm dawn<?PAGE NO="10"?> il-kundizzjonijiet ma kinux issodisfatti, l-interpretazzjoni estensiva tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>perjodi tas-sessjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tinżamm, minkejja l-interruzzjoni temporanja tal-aspettattiva tal-persuna eletta li tieħu l-pussess tas-siġġu tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta tikkonferma l-interpretazzjoni estensiva, fil-każ li l-persuna eletta tkun tinsab, ferm qabel il-ftuħ tal-proċedura elettorali, f’detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċeduri għal reati serji, l-awtorità ġudizzjarja li ordnat id-detenzjoni tkun marbuta, fid-dawl tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fl-Artikolu 9 tal-[Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni], li tneħħi d-detenzjoni b’mod assolut, kważi awtomatiku, sabiex tippermetti l-formalitajiet u l-ivvjaġġar lejn il-Parlament Ewropew, jew għandu jintuża kriterju relattiv ta’ bbilanċjar, fuq bażi ta’ każ b’każ, minn naħa, tad-drittijiet u tal-interessi li jirriżultaw mill-interess tal-ġustizzja u ta’ proċedura regolari u, min-naħa l-oħra, ta’ dawk relatati mal-istabbiliment tal-immunità, kemm fir-rigward tal-osservanza tal-funzjonament u tal-indipendenza tal-Parlament [Ewropew] kif ukoll tad-dritt tal-persuna eletta li teżerċita kariga pubblika?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-qorti tar-rinviju tat sentenza fil-mertu fil-proċedura kriminali mibdija, fost persuni oħrajn, kontra O. Junqueras Vies (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>sentenza tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), li permezz tagħha hija tat, fil-konfront ta’ dan tal-aħħar, piena ta’ tlettax-il sena ta’ ċaħda tal-libertà, minn naħa, u piena ta’ tlettax-il sena ta’ inkapaċità assoluta li twassal għat-telf definittiv tal-karigi u tal-funzjonijiet pubbliċi kollha tiegħu, inklużi elettorali, kif ukoll l-impossibbiltà li jikseb jew li jeżerċita oħrajn ġodda, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-istess jum, il-qorti tar-rinviju kkomunikat din is-sentenza lill-Qorti tal-Ġustizzja, billi indikat li t-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha kien għad għandha interess ġuridiku u utilità, peress li r-risposti għad-domandi fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha setgħu jipproduċu l-effetti tagħhom indipendentement mill-fatt li t-tpoġġija taħt detenzjoni ta’ O. Junqueras Vies għandha natura provviżorja jew tirriżulta minn sentenza ta’ kundanna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proċedura mħaffa</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) talbet li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari li wassal għal din is-sentenza jkun is-suġġett ta’ proċedura mħaffa skont l-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Insostenn tat-talba tagħha, dik il-qorti targumenta, essenzjalment, li d-domandi preliminari tagħha kienu jirrigwardaw il-kwalità bħala membru tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-kompożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni, li r-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn id-domandi preliminari setgħu indirettament iwasslu għal sospensjoni tas-sitwazzjoni ta’ ċaħda tal-libertà li jinsab fiha O. Junqueras Vies, u li din is-sitwazzjoni ta’ ċaħda tal-libertà kienet tikkorrispondi ma’ dik imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, fuq it-talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid‑<DATE ISO="20190719">19 ta’ Lulju 2019</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li jilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju msemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza. Din id-deċiżjoni ġiet immotivata mill-fatt li, l-ewwel nett, O. Junqueras Vies kien jinsab taħt detenzjoni provviżorja meta ġiet ippreżentata t-talba għal deċiżjoni preliminari, b’tali mod li d-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) kellhom jitqiesu li tqajmu<?PAGE NO="11"?> fil-kuntest ta’ tilwima dwar persuna miżmuma f’kustodja, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE u, it-tieni nett, dawn id-domandi kellhom bħala għan li tinkiseb l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li, min-natura tagħha stess, jista’ jkollha effett fuq iż-żamma taħt detenzjoni ta’ O. Junqueras Vies, fl-ipoteżi li din id-dispożizzjoni tkun applikabbli għalih (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110930">30 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:630">EU:C:2011:630</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja</NAME.CASE>), <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, wara l-għoti tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, O. Junqueras Vies talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura billi invoka li seħħ fatt ġdid relatat maċ-ċirkustanza li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) kienet innotifikatlu, fit‑<DATE ISO="20191030">30 ta’ Ottubru 2019</DATE>, digriet li jissospendi l-eżekuzzjoni tal-piena ta’ inkapaċità assoluta li kienet ġiet imposta fuqu permezz tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tkun ippreżentat, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tagħha jew meta l-kawża jkollha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu madankollu jiġi kkonstatat li l-fatt ġdid invokat fit-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura seħħ, bħalma jirriżulta mill-kliem stess ta’ din it-talba, fil-kuntest tal-proċedura kriminali msemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza u mhux f’dak tar-rikors kontra d-digriet msemmi fil-punt 25 tas-sentenza odjerna, li wassal lit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-element, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-imsemmi fatt ġdid ma huwiex ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mistoqsi, matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dwar l-effett eventwali tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE> fuq it-talba għal deċiżjoni preliminari u fuq is-segwitu li jista’ jingħata, mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), għar-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi tagħha, l-Uffiċċju tal-Prosekutur wieġeb li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tislet il-konsegwenzi tas-sentenza mogħtija f’din il-kawża u, fil-każ li minn din is-sentenza jirriżulta li O. Junqueras Vies igawdi minn immunità abbażi tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, li tiddetermina l-effetti marbuta ma’ tali immunità fil-kuntest tar-rikors ippreżentat mill-persuna kkonċernata kontra d-digriet imsemmi fil-punt 25 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Gvern Spanjol qies, essenzjalment, li, fl-ipoteżi li O. Junqueras Vies igawdi minn immunità abbażi tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, din l-immunità ma jkollha ebda effett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kontenut sostantiv tal-imsemmija immunità huwa ddefinit b’riferiment għad-dritt intern tal-Istati Membri u t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) fakkret, fid-digriet tagħha msemmi fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, li d-dritt Spanjol kien jiggarantixxi immunità lid-deputati u lis-senaturi Spanjoli biss fil-konfront tal-proċeduri kriminali li fihom il-fażi ta’ prosekuzzjoni ma kinitx għadha infetħet meta ġew eletti jew kisbu l-kwalità tagħhom ta’ deputat jew ta’ senatur. Issa, f’dan il-każ, id-deċiżjoni ta’ rinviju tenfasizza li l-fażi ta’ prosekuzzjoni tal-proċedura kriminali msemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza nfetħet qabel l-elezzjoni ta’ O. Junqueras Vies fil-Parlament Ewropew. Konsegwentement, ebda immunità ma tipprekludi li l-persuna kkonċernata tinżamm taħt detenzjoni provviżorja. Barra minn hekk, huwa ma għadux jinsab taħt detenzjoni provviżorja, iżda, minħabba l-kundanna tiegħu fl‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>, għandu jiskonta piena li ċċaħħad il-libertà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Gvern Spanjol donnu jqis li d-domandi preliminari, sa fejn dawn jirrigwardaw, essenzjalment, l-eżistenza ta’ immunità, għandhom natura ipotetika, u li dan hu iktar u iktar il-każ wara l-għoti tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>, b’tali mod li l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari tqajjem dubji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hija biss il-qorti nazzjonali, li tkun adita bit-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi magħmula mill-qrati nazzjonali jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza u li r-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar dawn id-domandi huwa possibbli biss meta jkun jidher li l-interpretazzjoni mitluba ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, mill-ittra tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) imsemmija fil-punt 42 ta’ din is-sentenza jirriżulta mingħajr ambigwità li din il-qorti tqis li deċiżjoni preliminari għadha neċessarja sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha fuq ir-rikors li wassal għal din il-kawża u li d-domandi tagħha jżommu r-rilevanza kollha tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn din l-ittra u mill-premessi tad-deċiżjoni tar-rinviju mqassra fil-punti 30, 31 u 36 sa 39 ta’ din is-sentenza, jirriżulta b’mod ċar li l-interpretazzjoni mitluba mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) hija f’relazzjoni diretta mal-għan tat-tilwima fil-kawża prinċipali u li l-problema mqajma b’din it-tilwima kif ukoll bit-talba għal deċiżjoni preliminari, l-ewwel nett, ma hijiex ipotetika iżda reali u, it-tieni nett, tibqa’ intatta wara l-għoti tas-sentenza tal‑<DATE ISO="20191014">14 ta’ Ottubru 2019</DATE>. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju kienet imsejħa, meta hija adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, u tibqa’ msejħa meta tagħti din is-sentenza, indipendentement mill-imsemmija sentenza, li tagħti deċiżjoni, bħala qorti tal-ewwel u tal-aħħar istanza, fuq ir-rikors ippreżentat minn O. Junqueras Vies kontra d-digriet imsemmi fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, li permezz tagħha dik il-qorti rrifjutat li tagħtih awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs intiża li tippermettilu li jissodisfa rekwiżit meħtieġ mid-dritt Spanjol wara l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tixtieq tkun taf, għal dan l-għan, jekk il-persuna interessata tgawdix minn immunità skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni kif ukoll, fl-affermattiv, liema effetti huma marbuta ma’ tali immunità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli u, għaldaqstant, li hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li mid-deċiżjoni tar-rinviju, kif imqassra fil-punti 24 u 25 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li, wara li ġie uffiċjalment ipproklamat elett fil-Parlament Ewropew mill-awtorità nazzjonali kompetenti, O. Junqueras Vies ġie rrifjutat, mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), l-awtorizzazzjoni straordinarja ta’ ħruġ mill-ħabs li kienet tippermettilu jissodisfa formalità li tissuġġetta, fid-dritt Spanjol, il-ksib tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew u, wara t-twettiq ta’ din il-formalità, li jmur fil-post fejn tiltaqa’ din l-istituzzjoni sabiex jipparteċipa fl-ewwel sessjoni tal-leġiżlatura tagħha wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li nżammu fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, permezz tat-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa ta’ dan l-artikolu. Fl-affermattiv, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, barra minn hekk, jekk din l-immunità tinvolvix it-tneħħija tal-miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna kkonċernata, sabiex tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni jistabbilixxi, fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tiegħu, immunitajiet għall-benefiċċju tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>membri tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Madankollu, dan l-artikolu ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>membru tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li għaldaqstant huwa neċessarju li jinftiehem fid-dawl tal-kuntest u tal-għanijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kuntest, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li, skont l-Artikolu 10(1) TUE, il-funzjonament tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tad-demokrazija rappreżentattiva, li jinkorpora l-valur tad-demokrazija msemmi fl-Artikolu 2 TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ta’ llum, Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, C‑418/18 P, punt 64).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Billi jimplimenta dan il-prinċipju, l-Artikolu 14(3) TUE jipprevedi li l-membri tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tikkostitwixxi l-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti b’vot dirett universali, liberu u sigriet, għal mandat ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni jsegwi li l-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew tirriżulta mill-fatt li wieħed jiġi elett b’vot dirett universali, liberu u sigriet, u l-mandat tal-membri ta’ din l-istituzzjoni jikkostitwixxi, min-naħa tiegħu, l-attribut prinċipali ta’ din il-kwalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-proċedura ta’ elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 223(1) TFUE jistipula li huwa l-kompitu, minn naħa, tal-Parlament Ewropew li jħejji abbozz bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex din l-elezzjoni tkun tista’ ssir b’vot dirett universali skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew konformement ma’ prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="19760920">20 ta’ Settembru 1976</DATE>, ġie adottat l-Att Elettorali li jippreċiża l-prinċipji komuni applikabbli għall-proċedura ta’ elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 ta’ dan l-att jipprevedi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>il-proċedura elettorali għandha tkun irregolata, f’kull Stat Membru, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tal-imsemmi att jistipula, b’mod partikolari, li l-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>jivverifika s-setgħat tal-Membri tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>jieħu nota tar-riżultati [elettorali] pproklamati uffiċjalment mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, jirriżulta li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jibqgħu bħala prinċipju kompetenti sabiex jirregolaw il-proċedura elettorali kif ukoll sabiex jagħmlu, fi tmiemha, il-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali. Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew ma għandu ebda kompetenza ġenerali li tippermettilu li jpoġġi indiskussjoni r-regolarità ta’ tali proklamazzjoni jew li jistħarreġ il-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja u Donnici vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/07 u C‑9/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:275">EU:C:2009:275</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn dawn l-istess dispożizzjonijiet jirriżulta li, billi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>jieħu nota<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tar-riżultati elettorali pproklamati uffiċjalment mill-Istati Membri, il-Parlament Ewropew neċessarjament jassumi li l-persuni li ġew uffiċjalment ipproklamati eletti, minħabba dan il-fatt innifsu, saru membri ta’ din l-istituzzjoni, għal liema raġuni huwa l-kompitu tiegħu li jeżerċita l-kompetenza tiegħu fil-konfront tagħhom, billi jivverifika s-setgħat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom, għaldaqstant, jinftiehmu fis-sens li l-kisba tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, għall-finijiet tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, iseħħ minħabba l-fatt u fil-mument tal-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali magħmula mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Att Elettorali jiddefinixxi l-limiti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-mandat li huma eletti għalih il-membri tal-Parlament Ewropew billi jistabbilixxi, fl-Artikolu 5(1) u (2) tiegħu, li dan il-mandat jikkoinċidi mal-perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-ftuħ tal-ewwel sessjoni li tinżamm wara kull elezzjoni, b’tali mod li dan jibda u jiskadi fl-istess żmien bħall-perijodu ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 11(3) u (4) tal-Att Elettorali jirriżulta li l-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>il-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għandu jiltaqa’, mingħajr il-bżonn li jiġi msejjaħ, nhar l-ewwel Tlieta wara li jkun għadda terminu ta’ xahar minn tmiem il-perijodu elettorali u li s-setgħat tal-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>li jkun temm il-mandat tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għandhom jieqfu mal-ftuħ tal-ewwel seduta ta’ dan il-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>il-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 12 ta’ dan l-att, huwa matul din l-ewwel seduta li l-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>il-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> għandu jivverifika s-setgħat tal-membri tiegħu u jiddeċiedi fuq il-kontestazzjonijiet li jistgħu eventwalment jitqajmu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, b’differenza għall-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, kwalità li, minn naħa, tinkiseb meta persuna hija uffiċjalment ipproklamata eletta, hekk kif stipulat fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, u, min-naħa l-oħra, tistabbilixxi rabta bejn din il-persuna u l-istituzzjoni li issa tagħmel parti minnha, il-mandat ta’ membru tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi rabta bejn l-imsemmija persuna u l-leġiżlatura li ġiet eletta għaliha. Issa, din il-leġiżlatura tiġi kkostitwita biss mal-ftuħ tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>il-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li tinżamm wara l-elezzjoni, li loġikament hija wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali magħmula mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Finalment, l-Att Elettorali jippreċiża, fl-Artikolu 6(2) tiegħu, li l-membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu mill-immunitajiet stabbiliti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sors legali ta’ dawn l-immunitajiet, l-Artikolu 343 TFUE jistipula li l-Unjoni għandha tgawdi, fit-territorji tal-Istati Membri, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha, skont il-kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni. Minkejja li dan l-artikolu jirreferi għaldaqstant l-istabbiliment<?PAGE NO="15"?> tal-kundizzjonijiet li fihom għandhom jiġu żgurati immunitajiet għal dan il-protokoll, huwa jeżiġi madankollu li l-Unjoni u, b’mod partikolari, il-membri tal-istituzzjonijiet tagħha jgawdu mill-immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Minn dan isegwi li dawn il-kundizzjonijiet, kif iddeterminati mill-imsemmi protokoll u, sa fejn dan tal-aħħar jagħmel riferiment għad-dritt tal-Istati Membri, mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, għandhom jiżguraw li l-Parlament Ewropew ikun totalment f’pożizzjoni li jwettaq il-kompiti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta kemm mill-kliem tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni kif ukoll mit-titolu tal-Kapitolu III tiegħu, li dan l-artikolu jagħmel parti minnu, tali immunitajiet jingħataw lill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>membri tal-Parlament Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, u għaldaqstant lill-persuni li jkunu kisbu din il-kwalità minħabba l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali mill-Istati Membri, kif huwa stipulat fil-punt 71 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-immunitajiet żgurati b’dan il-mod għall-membri tal-Parlament Ewropew, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 ta’ dan il-protokoll jipprevedi immunitajiet ta’ benefiċċju għalihom, bl-istess mod, għat-tul kollu tas-sessjonijiet ta’ leġiżlatura partikolari tal-Parlament Ewropew, anki jekk dan ma jkunx effettivament f’seduta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Wybot</NAME.CASE>, <NO.CASE>149/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:310">EU:C:1986:310</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni għandu portata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tistipula li l-immunità tkopri wkoll lill-membri tal-Parlament Ewropew meta dawn jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’, u għalhekk, b’mod partikolari, meta huma jivvjaġġaw għall-ewwel laqgħa organizzata wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali, sabiex il-leġiżlatura l-ġdida tkun tista’ żżomm is-sessjoni kostituttiva tagħha u tivverifika s-setgħat tal-membri tagħha, bħalma huwa stipulat fil-punt 73 ta’ din is-sentenza odjerna. L-imsemmija membri jgawdu b’dan il-mod mill-immunità inkwistjoni qabel jibda l-mandat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew għandha titqies li kisbet, minħabba dan il-fatt u minn dan il-mument, il-kwalità ta’ membru ta’ din l-istituzzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, kif ukoll li tibbenefika, bħala tali, mill-immunità prevista fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għanijiet imfittxija mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, li jikkonsistu, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, f’li tiġi żgurata għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni protezzjoni kompleta u effettiva kontra l-ostakoli jew ir-riskji ta’ preġudizzju għall-funzjonament tajjeb jew l-indipendenza tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Wybot</NAME.CASE>, <NO.CASE>149/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:310">EU:C:1986:310</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900713">13 ta’ Lulju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Zwartveld <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/88-IMM</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:315">EU:C:1990:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070322">22 ta’ Marzu 2007</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑437/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:178">EU:C:2007:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każ tal-Parlament Ewropew, dawn l-għanijiet ma jimplikawx biss li, konformement mal-prinċipju ta’ demokrazija rappreżentattiva mfakkar fil-punt 63 ta’ din is-sentenza kif ukoll fl-Artikolu 14 TUE, il-kompożizzjoni tiegħu tirrifletti b’mod fidil u komplet l-espressjoni ħielsa tal-għażla magħmula miċ-ċittadini tal-Unjoni, permezz tal-vot dirett universali, fir-rigward tal-persuni li huma bi ħsiebhom ikunu rrappreżentati minnhom għal leġiżlatura partikolari, iżda wkoll li l-Parlament Ewropew ikun protett, fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tiegħu, mill-ostakoli jew mir-riskji ta’ preġudizzju għall-funzjonament tajjeb tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’din il-kapaċità doppja, l-immunitajiet previsti għall-benefiċċji tal-membri tal-Parlament Ewropew huma intiżi li jiżguraw l-indipendenza ta’ din l-istituzzjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha, bħalma rrilevat il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tad-diversi forom ta’ immunità<?PAGE NO="16"?> Parlamentari stabbiliti fis-sistemi politiċi demokratiċi (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20160517">17 ta’ Mejju 2016</DATE>, Karácsony <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs L‑Ungerija, CE:ECHR:2016:0517JUD004246113, punt 138, u Il‑Qorti EDB, <DATE ISO="20161220">20 ta’ Diċembru 2016</DATE>, Uspaskich vs Il‑Litwanja, CE:ECHR:2016:1220JUD001473708, punt 98).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Konformement ma’ tali għanijiet u mar-rekwiżit imfakkar fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, l-immunità prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni tiżgura l-protezzjoni tal-funzjonament tajjeb u tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 92 u 94 tal-konklużjonijiet tiegħu, billi tiżgura għal kull wieħed mill-membri tagħha, wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali, il-possibbiltà li jivvjaġġa mingħajr ostakoli għall-ewwel laqgħa tal-leġiżlatura l-ġdida, sabiex ikun suġġett għall-verifiki previsti fl-Artikolu 12 tal-Att Elettorali, kif ukoll sabiex il-leġiżlatura l-ġdida tkun tista’ tiġi kkostitwita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-imsemmija immunità tikkontribwixxi wkoll sabiex tiżgura l-effettività tad-dritt ta’ eliġibbiltà żgurat fl-Artikolu 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jikkostitwixxi l-espressjoni, f’din tal-aħħar, tal-prinċipju tal-vot dirett universali, liberu u sigriet stabbilit fl-Artikolu 14(3) TUE u fl-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Delvigne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:648">EU:C:2015:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), billi tippermetti lill-persuni li ġew eletti membri tal-Parlament Ewropew jagħmlu l-passi meħtieġa sabiex imorru jieħdu pussess tal-mandat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, persuna bħal O. Junqueras Vies, li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa ta’ tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi eżaminat, bħalma titlob il-qorti tar-rinviju, jekk din l-immunità timplikax it-tneħħija tal-miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq tali persuna, sabiex din tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif ġie indikat fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, O. Junqueras Vies sar membru tal-Parlament Ewropew fit‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, jum li fih l-awtoritajiet Spanjoli kompetenti għamlu l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew organizzati fis‑<DATE ISO="20190526">26 ta’ Mejju 2019</DATE>. F’din id-data, il-persuna kkonċernata kienet tinsab taħt detenzjoni provviżorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Issa, mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 83 sa 86 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-immunità prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni tipprekludi, b’mod partikolari, li miżura ġudizzjarja bħal tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja tista’ tostakola l-libertà tal-membri tal-Parlament Ewropew milli jivvjaġġaw lejn il-post fejn għandha tinżamm l-ewwel laqgħa tal-leġiżlatura l-ġdida, sabiex hemmhekk jissodisfaw il-formalitajiet meħtieġa mill-Att Elettorali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, jekk il-qorti nazzjonali kompetenti tqis li għandha tinżamm miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-konfront ta’ persuna li tkun kisbet il-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, hija r-responsabbiltà tagħha, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni, li titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-immunità mogħtija permezz tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-eżistenza tal-immunità prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni timplika t-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna li tgawdi minn din l-immunità, sabiex tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa. Madankollu, jekk il-qorti nazzjonali<?PAGE NO="17"?> kompetenti tqis li din il-miżura għandha tinżamm wara l-kisba, mill-persuna kkonċernata, tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, hija għandha titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-imsemmija immunità, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-istess protokoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-effetti li għandhom jintrabtu mal-immunitajiet li jgawdi minnhom O. Junqueras Vies f’eventwali proċeduri oħrajn, bħal dawk invokati fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Marra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/07 u C‑201/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:579">EU:C:2008:579</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan il-kuntest, hija r-responsabbiltà tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-provi mfakkra fil-punti 64, 65, 76 u 82 sa 86 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu;</P></ITEM><ITEM><P>din l-immunità timplika t-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna kkonċernata, sabiex din tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa. Madankollu, jekk il-qorti nazzjonali kompetenti tqis li din il-miżura għandha tinżamm wara l-kisba, mill-persuna msemmija, tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, din għandha titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-imsemmija immunità, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-istess protokoll.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din l-immunità timplika t-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna kkonċernata, sabiex tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa. Madankollu, jekk il-qorti nazzjonali kompetenti tqis li din<?PAGE NO="18"?> il-miżura għandha tinżamm wara l-kisba, mill-persuna msemmija, tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, hija għandha titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-imsemmija immunità, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-istess protokoll.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>