SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
26 ta’ Marzu 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Dritt ta’ rtirar – Terminu għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt – Rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tissemma fil-kuntratt – Avviż ta’ informazzjoni li hija limitata li tagħmel riferiment kaskata għal dispożizzjonijiet nazzjonali”
Fil-Kawża C‑66/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja), b’deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Jannar 2019, fil-proċedura
JC
vs
Kreissparkasse Saarlouis,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn M. Safjan (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal JC, minn T. Röske, Rechtsanwalt, |
|
– |
għal Kreissparkasse Saarlouis, minn G. Rohleder, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann, E. Lankenau u A. Berg, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u S. Šindelková, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim [kuntratt] ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn JC, konsumatur, u Kreissparkasse Saarlouis dwar l-eżerċizzju minn JC tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt ta’ kreditu konkluż magħha. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessi 8 sa 10, 14 u 31 tad-Direttiva 2008/48 jiddikjaraw:
[…]
[…]
|
|
4 |
Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal ftehim [kuntratt] ta’ kreditu. 2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:
[…]” |
|
5 |
L-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, intitolat “Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim [kuntratt] ta’ kreditu”, jipprevedi, fil-paragrafu 2(p) tiegħu: “Il-ftehim [kuntratt] ta’ kreditu għandu jispeċifika b’mod ċar u konċiż: […]
|
|
6 |
L-Artikolu 14 tal-istess direttiva, intitolat “Dritt ta’ rtirar”, huwa fformulat kif ġej fil-paragrafu (1) tiegħu: “Il-konsumatur għandu jkollu perijodu ta’ erbatax-il jum ta’ kalendarju li matulhom jista’ jirtira mill-ftehim [kuntratt] ta’ kreditu mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni. Dak il-perijodu ta’ rtirar għandu jibda:
|
|
7 |
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/48, intitolat “Armonizzazzjoni u n-natura imperattiva tad-Direttiva”, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu: “Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.” |
Id-dritt Ġermaniż
|
8 |
L-Artikolu 492 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“BGB”), kien jipprevedi: “1. Il-kuntratti ta’ kreditu għall-konsum għandhom jiġu konklużi bil-miktub, sakemm ma tkunx meħtieġa forma iktar stretta. […] 2. Il-kuntratt għandu jinkludi l-informazzjoni preskritta għal kull kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur skont l-Artikolu 247(6) sa (13) tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuch (il-Liġi ta’ Introduzzjoni għall-BGB, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, iktar ’il quddiem l- “EGBGB”). […]” |
|
9 |
L-Artikolu 495 tal-BGB kien jipprovdi: “1. Fil-każ ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, min jissellef għandu dritt ta’ rtirar konformement mal-Artikolu 355. 2. L-Artikoli 355 sa 359a għandhom japplikaw sakemm:
|
|
10 |
Skont l-Artikolu 503(1) tal-BGB: “L-Artikolu 497(2) u l-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames sentenza tal-paragrafu (3), kif ukoll l-Artikoli 499, 500 u 502 ma japplikawx għall-kuntratti li fil-kuntest tagħhom it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-kreditu huwa suġġett għall-kostituzzjoni ta’ garanzija permezz ta’ sigurtà in rem u jseħħ taħt kundizzjonijiet li huma komuni għal kuntratti ggarantiti minn garanziji reali u għall-finanzjament provviżorju tagħhom.” |
|
11 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(6) tal-EGBGB kien jelenka l-informazzjoni li kellha tidher f’kuntratt ta’ kreditu konkluż minn konsumatur. L-informazzjoni obbligatorja l-oħra li kellha tkun inkluża fil-kuntratt kienet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6), l-Artikolu 247(7) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(8) (f’dak li jirrigwarda l-kuntratti li jinkludu servizzi komplementari), fil-punt 2 tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) (f’dak li jirrigwarda l-kuntratti marbuta u l-għajnuna finanzjarja bi ħlas), kif ukoll fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(13) (meta jintervjeni sensar ta’ kreditu), tal-EGBGB. |
|
12 |
L-Artikolu 247(9) tal-EGBGB kien jipprovdi li, fil-każ ta’ kuntratti msemmija fl-Artikolu 503 tal-BGB, b’deroga mill-paragrafi 3 sa 8, 12 u 13, l-informazzjoni msemmija fil-punti 1 sa 7, 10 u 13 tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, kif ukoll fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 3 u fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu 247 għandha obbligatorjament tkun inkluża fl-informazzjoni prekuntrattwali u fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż mill-konsumatur. Din id-dispożizzjoni kienet tipprevedi li l-kuntratt kellu barra minn hekk jinkludi l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6). |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
Matul is-sena 2012, JC, bħala konsumatur, ikkonkluda ma’ istituzzjoni ta’ kreditu, jiġifieri, il-Kreissparkasse Saarlouis, kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ garanziji in rem fl-ammont ta’ EUR 100000, bir-rata tal-kreditu annwali ta’ 3.61 % fissa sat-30 ta’ Novembru 2021 (iktar ’il quddiem il-“kuntratt inkwistjoni”). |
|
14 |
L-Artikolu 14 ta’ dan il-kuntratt, intitolat “Informazzjoni dwar l-irtirar”, kien ifformulat kif ġej: “Dritt ta’ rtirar Min jissellef għandu 14‑il jum sabiex jirtira bil-miktub (pereżempju, permezz ta’ posta, faks jew posta elettronika) mill-impenn kuntrattwali tiegħu, mingħajr ma jkollu għalfejn jipprovdi raġunijiet. It-terminu jibda jiddekorri wara l-konklużjoni tal-kuntratt iżda mhux qabel ma min jissellef ikun irċieva l-informazzjoni obbligatorja kollha msemmija fl-Artikolu 492(2) tal-[BGB] (pereżempju, informazzjoni dwar in-natura tal-kreditu, dwar l-ammont nett tal-kreditu, dwar it-tul tal-kuntratt). […]” |
|
15 |
Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Jannar 2016, JC iddikjara lil Kreissparkasse Saarlouis li huwa kien qiegħed jirtira mill-impenn kuntrattwali tiegħu relatat ma’ dan il-kuntratt. |
|
16 |
Għalhekk JC ippreżenta rikors quddiem il-Landgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja) sabiex jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-kreditu ta’ Kreissparkasse Saarlouis abbażi tal-kuntratt inkwistjoni ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 66 537.57, ikkalkolat għat-30 ta’ April 2018, it-tieni nett, li Kreissparkasse Saarlouis tinsab f’dewmien fl-aċċettazzjoni tal-ħlas ta’ din is-somma u, it-tielet nett, li hija għandha l-obbligu li tikkumpensa lil JC għal kull dannu li jirriżulta mir-rifjut ta’ aċċettazzjoni tar-riżoluzzjoni tad-dejn. Sussidjarjament, JC talab li jiġi kkonstatat li, mid-data ta’ riċezzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rtirar, Kreissparkasse Saarlouis ma kellhiex iktar dritt għall-interessi kuntrattwali u lanqas għar-rimbors tal-kreditu skont il-modalitajiet tal-kuntratt inkwistjoni. |
|
17 |
Kreissparkasse Saarlouis talbet li r-rikors ta’ JC jiġi miċħud, minħabba li hija debitament informat lil dan tal-aħħar bid-dritt ta’ rtirar tiegħu u li t-terminu għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kien skada meta JC kellu l-intenzjoni li jużah. |
|
18 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48, din tal-aħħar ma tapplikax għall-kuntratti ta’ kreditu ggarantiti b’sigurtà in rem. Hija tesponi li l-leġiżlatur Ġermaniż madankollu għamel użu mill-possibbiltà, iddikjarata fil-premessa 10 ta’ din id-direttiva, li japplika s-sistema prevista minnha għal oqsma li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bħal dik applikabbli għal tali kuntratti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija tqis li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva hija neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali u li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex twettaq din l-interpretazzjoni f’din il-kawża, billi tinvoka f’dan ir-rigward is-sentenza tas-17 ta’ Lulju 1997, Giloy (C‑130/95, EU:C:1997:372). |
|
19 |
Fir-rigward tal-mertu tal-kawża, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-riferiment għall-Artikolu 492(2) tal-BGB, magħmul fil-kuntratt inkwistjoni fir-rigward tal-informazzjoni obbligatorja li għandha tingħata lil min jissellef, jissodisfax ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48, li jgħid li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jsemmi b’mod “ċar u konċiż” l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar kif ukoll il-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ dan id-dritt. |
|
20 |
B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-imsemmija dispożizzjoni tal-BGB tirreferi wkoll għal dispożizzjoni nazzjonali oħra, jiġifieri għall-Artikolu 247(6) sa (13) tal-EGBGB, waqt li dan l-aħħar artikolu jirreferi, min-naħa tiegħu, għal dispożizzjonijiet oħra tal-BGB. F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex jidentifika l-informazzjoni obbligatorja kollha li l-komunikazzjoni tagħha tiddetermina l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-irtirar tal-kuntratt, il-konsumatur ikollu jirrikorri għal dispożizzjonijiet nazzjonali li jinsabu f’atti leġiżlattivi differenti. |
|
21 |
Barra minn hekk, il-konsumatur huwa obbligat jiddetermina, skont l-Artikolu 247(9) tal-EGBGB, jekk il-kuntratt li huwa kkonkluda mal-professjonist jirrigwardax kreditu immobiljari, fis-sens tal-Artikolu 503 tal-BGB, b’din il-kwistjoni ma tistax, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, tiġi deċiża minn konsumatur medju li ma għandux taħriġ legali. |
|
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Landgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:
|
Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari
|
23 |
Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Ġermaniż isostni li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula minħabba li d-Direttiva 2008/48 ma tapplikax għall-kuntratti ta’ kreditu ggarantiti minn garanziji reali u li l-leġiżlatur Ġermaniż ma ddeċidiex, minkejja l-possibbiltà mogħtija lilu mil-leġiżlatur tal-Unjoni, li japplika s-sistema prevista minn din id-direttiva għal oqsma li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bħal dik tal-kuntratti ta’ kreditu lill-konsumaturi ggarantiti minn garanziji reali, inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
24 |
Il-Gvern Ġermaniż jesponi wkoll li, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/48, id-dritt Ġermaniż kien diġà jipprevedi leġiżlazzjoni dwar tali kuntratti. Peress li din tal-aħħar ġiet ikkunsidrata bħala li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur nazzjonali qies li kien xieraq biss li jiġbor id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kreditu lill-konsumatur u l-kreditu ggarantit b’garanzija in rem. |
|
25 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48, din ma tapplikax għall-kuntratti ta’ kreditu ggarantiti permezz ta’ ipoteka, permezz ta’ garanzija komparabbli oħra użata komunement fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli, jew bi dritt marbut ma’ proprjetà immobbli. |
|
26 |
Il-leġiżlatur tal-Unjoni madankollu ppreċiża, kif dan jirriżulta mill-premessa 10 ta’ din id-direttiva, li Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva jew għal ċerti dispożizzjonijiet tagħha għall-kuntratti ta’ kreditu li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva. |
|
27 |
Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlatur Ġermaniż għalhekk iddeċieda li japplika s-sistema prevista mid-Direttiva 2008/48 għal kuntratti bħal dak inkwistjoni. |
|
28 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi ddikkjarat lilha nnifisha kompetenti biex tiddeċiedi talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li fihom il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkunu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan u li għalhekk jaqgħu biss taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, iżda li fihom l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kienu saru applikabbli mid-dritt nazzjonali minħabba rinviju minn dan tal-aħħar għall-kontenut tagħhom (sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, SC Volksbank România, C‑602/10, EU:C:2012:443) punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
29 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat b’mod partikolari li meta leġiżlazzjoni nazzjonali tkun trid tikkonforma ruħha għas-soluzzjonijiet li hija tipprovdi għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk adottati fl-imsemmi att, jeżisti interess ċert tal-Unjoni li, sabiex jiġu evitati diverġenzi futuri fl-interpretazzjoni, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda minn dan l-att jiġu interpretati b’mod uniformi (sentenza tad-19 ta’ Ottubru 2017, Solar Electric Martinique, C‑303/16, EU:C:2017:773, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
30 |
Barra minn hekk, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentari u fattwali ddefinit minnha taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-3 ta’ Lulju 2019, UniCredit Leasing, C‑242/18, EU:C:2019:558, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
31 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li ma huwiex il-kompitu tagħha, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u li tiddeċiedi jekk l-interpretazzjoni tagħhom mogħtija mill-qorti nazzjonali hijiex korretta, peress li tali interpretazzjoni taqa’ fil-fatt taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati nazzjonali (sentenza tat-3 ta’ Lulju 2019, UniCredit Leasing, C‑242/18, EU:C:2019:558, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
32 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
33 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni li għandha tissemma, b’mod ċar u konċiż, f’kuntratt ta’ kreditu, skont din id-dispożizzjoni, hemm il-modalitajiet ta’ komputazzjoni tat-terminu għall-irtirar, previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva. |
|
34 |
Skont l-Artikolu 10(2)(p) tal-imsemmija direttiva, il-kuntratt ta’ kreditu għandu jsemmi, b’mod ċar u konċiż, mhux biss “l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar” u “il-perjodu li matulu dak id-dritt jista’ jiġi eżerċitat”, iżda wkoll il-“kondizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu”. |
|
35 |
Kif jirriżulta mill-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 31 ta’ din id-direttiva, ir-rekwiżit li jissemmew, f’kuntratt ta’ kreditu fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, b’mod ċar u konċiż l-elementi msemmija minn din id-dispożizzjoni huwa meħtieġ sabiex il-konsumatur ikun jista’ jkun jaf id-drittijiet u l-obbligi tiegħu (sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia, C‑42/15, EU:C:2016:842, punt 31). |
|
36 |
Dan ir-rekwiżit jikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan segwit mid-Direttiva 2008/48, li huwa li tiġi pprovduta, fil-qasam ta’ kreditu lill-konsumaturi, armonizzazzjoni kompleta u imperattiva f’ċertu numru ta’ oqsma ċentrali, li hija meqjusa bħala meħtieġa sabiex jiġi żgurat lill-konsumaturi kollha tal-Unjoni livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta’ suq intern tal-kreditu għall-konsum li jiffunzjona tajjeb (sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia, C‑42/15, EU:C:2016:842, punt 32). |
|
37 |
Fid-dawl tal-importanza tad-dritt ta’ rtirar għall-protezzjoni tal-konsumatur, l-informazzjoni li tikkonċerna dan id-dritt għandha, għal dan il-konsumatur, importanza fundamentali. Sabiex ikun jista’ jibbenefika bis-sħiħ minn din l-informazzjoni, il-konsumatur għandu jkun jaf, minn qabel, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-23 ta’ Jannar 2019, Walbusch Walter Busch, C‑430/17, EU:C:2019:47, punt 46). |
|
38 |
Barra minn hekk, l-effettività tad-dritt ta’ rtirar previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/48 tiddgħajjef serjament jekk il-modalitajiet tal-kalkolu tat-terminu għall-irtirar ma jkunux jinsabu fost in-numru ta’ kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt li għandhom obbligatorjament jissemmew fil-kuntratt ta’ kreditu, fis-sens tal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva. |
|
39 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni li għandha tissemma, b’mod ċar u konċiż, f’kuntratt ta’ kreditu, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hemm il-modalitajiet ta’ komputazzjoni tat-terminu għall-irtirar, previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva. |
Fuq it-tieni domanda
|
40 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li kuntratt ta’ kreditu jagħmel, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, riferiment għal dispożizzjoni nazzjonali li tirreferi hija stess għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni. |
|
41 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża prinċipali, il-kuntratt inkwistjoni jippreċiża li t-terminu għall-irtirar jibda jiddekorri wara l-konklużjoni tal-kuntratt, iżda mhux qabel ma min jissellef ikun irċieva l-informazzjoni obbligatorja kollha msemmija fl-Artikolu 492(2) tal-BGB. L-imsemmija dispożizzjoni tirreferi, min-naħa tagħha, għall-Artikolu 247(6) sa (13) tal-EGBGB, waqt li dan tal-aħħar jirreferi, min-naħa tiegħu, għal dispożizzjonijiet oħra tal-BGB. |
|
42 |
Il-Qorti tar-rinviju tikkonstata għalhekk li l-informazzjoni obbligatorja li l-komunikazzjoni tagħha lill-konsumatur tiddetermina l-punt tat-tluq tat-terminu għall-irtirar tal-kuntratt, konformement mal-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 u mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tagħha, ma tinsabx, bħala tali, fil-kuntratt inkwistjoni. Hija tqis li l-konsumatur huwa għalhekk obbligat, sabiex jidentifikahom, li jistudja diversi dispożizzjonijiet nazzjonali li jinsabu f’atti leġiżlattivi differenti. |
|
43 |
Għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48, it-terminu għall-irtirar jibda jiddekorri biss meta l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva tkun ġiet trażmessa lill-konsumatur, jekk din id-data tiġi wara l-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu. L-imsemmi Artikolu 10 jelenka l-informazzjoni li għandha tissemma fil-kuntratt ta’ kreditu. |
|
44 |
Issa, meta kuntratt konkluż minn konsumatur jagħmel riferiment għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tal-informazzjoni li l-indikazzjoni tagħha hija meħtieġa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48, il-konsumatur ma jkunx f’pożizzjoni, fuq il-bażi tal-kuntratt, la li jiddetermina l-portata tal-obbligu kuntrattwali tiegħu, u lanqas li jistħarreġ jekk l-elementi kollha meħtieġa, konformement mal-imsemmija dispożizzjoni, jinsabux fil-kuntratt li huwa kkonkluda, u lanqas, a fortiori, li jivverifika jekk it-terminu għall-irtirar li huwa jista’ jkollu bediex jiddekorri fir-rigward tiegħu. |
|
45 |
Barra minn hekk, l-għarfien u ftehim tajjeb, mill-konsumatur, tal-elementi li għandu obbligatorjament jinkludi l-kuntratt ta’ kreditu, konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tajba ta’ dan il-kuntratt u, b’mod partikolari, għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumatur, li fosthom jidher id-dritt ta’ rtirar mill-kuntratt. |
|
46 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta direttiva fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi tipprevedi obbligu, għall-kummerċjant, li jgħarraf lill-konsumatur bil-kontenut tal-impenn kuntrattwali propost lilu li ċerti elementi tiegħu huma ddeterminati mid-dispożizzjonijiet mandatorji leġiżlattivi jew regolatorji ta’ Stat Membru, dan il-kummerċjant huwa obbligat li jinforma lil dan il-konsumatur bil-kontenut tal-imsemmija dispożizzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ April 2012, Invitel, C‑472/10, EU:C:2012:242, punt 29). |
|
47 |
Għalhekk, sempliċi riferiment, magħmul fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt, għal test leġiżlattiv jew regolatorju li jistipula d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ma huwiex suffiċjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2013, RWE Vertrieb, C‑92/11, EU:C:2013:180, punt 50). |
|
48 |
F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, għandu għalhekk jiġi kkonstatat li riferiment, fil-kuntratt inkwistjoni, għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali, kif imsemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, ma jissodisfax ir-rekwiżit, imsemmi fil-punti 43 sa 47 ta’ din is-sentenza, li l-konsumatur jiġi informat, b’mod ċar u konċiż, dwar il-perijodu li matulu d-dritt ta’ rtirar jista’ jiġi eżerċitat u l-kundizzjonijiet l-oħra sabiex jiġi eżerċitat, skont l-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48. |
|
49 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li kuntratt ta’ kreditu jagħmel, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, riferiment għal dispożizzjoni nazzjonali li tirreferi hija stess għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni. |
Fuq it-tielet domanda
|
50 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda. |
Fuq l-ispejjeż
|
51 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.