<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-13/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0013</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:811">EU:C:2021:811</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20211006">6.10.2021</DATE> – Kawża C‑13/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Top System</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġuridika tal-programmi tal-kompjuter</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/250/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet għall-atti suġġetti għal restrizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Atti meħtieġa sabiex ix-xerrej leġittimu jkun jista’ jikkorreġi żbalji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6</KEYWORD><KEYWORD>Dekumpilazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑13/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Brussell (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200114">14 ta’ Jannar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Top System SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">État belge,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič (Relatur), E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Top System SA, minn É. Wery u M. Cock, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-État belge, minn M. Le Borne, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210310">10 ta’ Marzu 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Top System SA u l-État belge (l‑Istat Belġjan), dwar id-dekumpilazzjoni, mis-Selor, bureau de sélection de l’administration fédérale (l-Uffiċċju ta’ Selezzjoni tal-Amministrazzjoni Federali, il-Belġju, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Selor<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ta’ programm tal-kompjuter żviluppat minn Top System u li jagħmel parti minn applikazzjoni li fuqha dan l-uffiċċju ta’ selezzjoni jżomm liċenzja għall-użu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sbatax sat-tlieta u għoxrin premessa tad-Direttiva 91/250 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Billi d-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur li jipprevjenu r-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ dan ix-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjoni limitata fil-każ ta’ programm tal-kompjuter li tippermetti r-riproduzzjoni teknika meħtieġa għall-użu ta’ dak il-programm minn min jiksbu legalment; Billi dan ifisser li l-atti li jtellgħu u jħaddmu meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment, u l-att ta’ korrezzjoni ta’ l-iżbalji tiegħu, jistgħu ma jkunux projbiti b’kuntratt; billi, fl-assenza ta’ disposizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi, inkluż meta kopja ta’ programm tkun inbiegħet, kull att ieħor meħtieġ għall-użu tal-kopja ta’ programm jista’ jitwettaq skond l-iskop maħsub tiegħu minn min ikun kiseb legalment dik il-kopja;</P><P>Billi persuna li għandha d-dritt li tuża programm tal-kompjuter m’għandhiex tkun ipprojbita milli twettaq atti meħtieġa biex tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonar tal-programm, kemm-il darba dawn l-atti ma jiksrux id-drittijiet ta’ l-awtur fil-programm;</P><P>Billi r-riproduzzjoni, traduzzjoni, adattament jew trasformazzjoni mhix awtorizzata tal-forma taċ-ċifrarju li fih kopja ta’ programm tal-kompjuter tkun saret disponibbli tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur;</P><P>Billi, minkejja dan, jistgħu jeżistu ċirkustanzi meta din ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(a) u (b) huma indispensabbli biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm maħluq indipendentement minn [ma’] programmi oħra;</P><P>Billi għalhekk għad għandu jiġi kkunsidrat li dawn iċ-ċirkustanzi limitati biss, twettiq ta’ l-atti ta’ riproduzzjoni u traduzzjoni minn jew f’isem persuna li għandha d-dritt li tuża kopja tal-programm hija leġittima u kompatibbli ma’ prattika ġusta u għandha għalhekk titqies li ma jkollhiex bżonn l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt;</P><?PAGE NO="3"?><P>Billi skop ta’ din l-eċċezzjoni huwa li jagħmilha possibbli li jikkonnettja l-komponenti kollha ta’ sistema tal-kompjuter, inklużi dawk ta’ manifatturi differenti, biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien;</P><P>Billi din l-eċċezzjoni tad-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur ma tistax tintuża’ b’mod li tippreġudika l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet jew li tmur kontra l-isfruttar normali tal-programm<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jipproteġu programmi tal-kompjuter, bid-drittijiet ta’ l-awtur, bħala xogħlijiet letterarji bit-tifsira tal-Konvenzjoni […] għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi[, iffirmata f’Berna fid-<DATE ISO="18860909">9 ta’ Settembru 1886</DATE> (Att ta’ Pariġi tal-<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tat‑<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE>]. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>programmi tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandu jinkludi l-materjal preparatorju tad-disinn tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Protezzjoni skond din id-Direttiva għandha tapplika għall-espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter. Ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element ta’ programm tal-kompjuter, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall-<HT TYPE="ITALIC">interfaces</HT> tiegħu, mhumiex protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Programm tal-kompjuter għandu jkun protett jekk ikun oriġinali fis-sens li jkun il-ħolqien intellettwali ta’ l-awtur stess. L-ebda kriterji oħra ma għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibilità tiegħu għall-protezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Attijiet Ristretti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2, għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. Inkwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna tal-programm tal-komputer jinneċessitaw din ir-riproduzzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, inkluż il-kiri, tal-programm oriġinali tal-kompjuter jew kopji tiegħu. L-ewwel bejgħ [fl-Unjoni Ewropea] ta’ kopja ta’ programm mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu għandu jeżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni [fl-Unjoni] ta’ dik il-kopja, bl-eċċezzjoni tad-dritt biex jikkontrolla aktar il-kiri tal-programm jew kopja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-assenza ta’ disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) m’għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA><BR/>mid-detentur tad-drittijiet fejn ikunu meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter minn min jiksbu legalment skond il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għemil ta’ kopja ta’ rinforz minn persuna li jkollha dritt li tħaddem il-programm tal-kompjuter tista’ ma tkunx miżmuma b’kuntratt għal kemm żmien ikun meħtieġ għal dak l-użu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li jkollha dritt tuża kopja ta’ programm tal-kompjuter għandha tkun intitolata, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, li tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament tal-programm sabiex tiddeċiedi l-ideat u l-prinċipji li huma l-bażi ta’ kull element tal-programm jekk hu jagħmel hekk waqt li jkun iwettaq kull att ta’ tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna ta’ programm li hu jkun intitolat li jagħmel.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(a) u (b) huma indispensabbli biex tottjeni l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement minn [ma’] programmi oħra, kemm‑il darba jsiru skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dawn l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża’ kopja ta’ programm, jew f’isimhom minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ma tkunx minn qabel disponibbli għall-persuni msemmija fis-sottoparagrafu (a);</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dawn l-atti jkunu limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa biex jiksbu l-interoperabilità.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jippermettu l-informazzjoni miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tikseb l-interoperabilità tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li tingħata lill-oħrajn, għajr meta jkun meħtieġ għall-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>li tintuża għall-iżvilupp, produzzjoni jew kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet ta’ l-awtur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni […] għall-protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jippermettu l-applikazzjoni tiegħu li tintuża b’mod li tippreġudika b’mod mhux raġunat l-interessi ġusti tad-detentur leġittimu jew imorru kontra l-isfruttar normali tal-programm tal-kompjuter.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…] Kull disposizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-Artikolu 6 jew għall-eċċezzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu nulli u bla effett.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/250 ġiet imħassra u kkodifikata bid-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 16</REF.DOC.OJ>). Madankollu, hija d-Direttiva 91/250 li hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-liġi tat‑<DATE ISO="19940630">30 ta’ Ġunju 1994</DATE> li tittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva Ewropea tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas‑<DATE ISO="19940727">27 ta’ Lulju 1994</DATE>, p. 19315), kif emendata bil-loi du <DATE ISO="20070515">15 mai 2007</DATE> relative à la répression de la contrefaçon et de la piraterie de droits de propriété intellectuelle (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat‑<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, p. 38734) (il-Liġi tal‑<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> dwar ir-Repressjoni tal-Kontrafazzjoni u tal-Piraterija ta’ Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>LPO<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), kienet tipprevedi fl-Artikolu 5 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Bla ħsara għall-Artikoli 6 u 7, id-drittijiet patrimonjali jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. Inkwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trażmissjoni jew ħażna tal-programm tal-kompjuter jinneċessitaw din ir-riproduzzjoni tal-programm, dawn l-atti għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-LPO kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) ma għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet meta dawn l-atti jkunu meħtieġa sabiex il-persuna li għandha d-dritt li tuża l-programm tal-kompjuter tkun tista’ tużah skont il-fini maħsub tiegħu, inkluż il-korrezzjoni ta’ żbalji.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li jkollha dritt tuża l-programm tal-kompjuter għandha tkun intitolata, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, li tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament tal-programm sabiex tiddeċiedi l-ideat u l-prinċipji li huma l-bażi ta’ element tal-programm meta twettaq att ta’ tlugħ, wiri, tħaddim, trażmissjoni jew ħażna ta’ programm li hija tkun intitolata li tagħmel.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tal-LPO:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni tal-kodiċi jew it-traduzzjoni tal-forma tiegħu fis-sens tal-Artikolu 5(a) u (b) huma indispensabbli biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-interoperabbiltà ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement ma’ programmi oħra, kemm‑il darba jsiru skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-atti ta’ riproduzzjoni u ta’ traduzzjoni jitwettqu minn persuna li tgawdi d-dritt li tuża kopja tal-programm, jew f’isimha minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-informazzjoni meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabbiltà ma tkunx minn qabel disponibbli faċilment u malajr;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-atti ta’ riproduzzjoni u ta’ traduzzjoni huma limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa għal din l-interoperabbiltà.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma għandhomx jippermettu li l-informazzjoni miksuba permezz tal-applikazzjoni tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tinkiseb l-interoperabbiltà tal-programm maħluq indipendentement;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tiġi kkomunikata lil terzi, għajr meta din il-komunikazzjoni tkun meħtieġa għall-interoperabbiltà tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>tintuża għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-artikolu ma jistax jiġi applikat li jikkawża preġudizzju mhux ġustifikat għall-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet, jew jippreġudika l-isfruttament normali tal-programm tal-kompjuter.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Top System hija kumpannija rregolata mid-dritt Belġjan li tiżviluppa programmi tal-kompjuter u tipprovdi servizzi informatiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-Selor huwa l-korp pubbliku responsabbli, fil-Belġju, għall-għażla u għall-orjentament tal-kollaboraturi futuri tas-servizzi pubbliċi differenti tal-amministrazzjoni. Wara l-integrazzjoni tas-SELOR mad-dipartiment pubbliku federali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Strateġija u Sostenn<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, l-Istat Belġjan issostitwixxa lilu nnifsu miegħu bħala konvenut fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mis-sena 1990, Top System tikkollabora mas-Selor, li f’ismu tipprovdi servizzi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni informatiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sabiex iwettaq il-missjonijiet tiegħu, is-Selor implimenta progressivament għodod informatiċi intiżi sabiex jippermettu l-introduzzjoni ta’ kandidaturi online u l-ipproċessar tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fuq it-talba tas-Selor, Top System żviluppat diversi applikazzjonijiet li jinkludu, minn naħa, funzjonalitajiet li ġejjin mis-software-qafas tagħha intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Top System Framework<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>TSF<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u, min-naħa l-oħra, funzjonalitajiet intiżi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet speċifiċi tas-Selor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-Selor iżomm liċenzja għall-użu fuq l-applikazzjonijiet żviluppati minn Top System.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080206">6 ta’ Frar 2008</DATE>, is-Selor u Top System ikkonkludew kuntratt li kellu bħala għan l-installazzjoni u l-konfigurazzjoni ta’ ambjent ġdid ta’ żvilupp kif ukoll l-integrazzjoni u l-migrazzjoni tas-sorsi tal-applikazzjonijiet tas-Selor f’dan l-ambjent il-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bejn Ġunju u Ottubru 2008, is-Selor u Top System skambjaw ittri elettroniċi rigward problemi ta’ funzjonament li jaffettwaw ċerti applikazzjonijiet li jużaw it-TSF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li ma rnexxilhiex tilħaq ftehim mas-Selor dwar ir-riżoluzzjoni ta’ dawn il-problemi, fis‑<DATE ISO="20090706">6 ta’ Lulju 2009</DATE>, Top System ippreżentat rikors kontra s-Selor u l-Istat Belġjan quddiem it-tribunal de commerce de Bruxelles (il-Qorti Kummerċjali ta’ Brussell, il-Belġju) bil-għan, b’mod partikolari, li jiġi kkonstatat li s-Selor kien wettaq id-dekumpilazzjoni tat-TSF, bi ksur tad-drittijiet esklużivi ta’ Top System fuq dan is-software. Top System talbet ukoll li s-Selor u l-Istat Belġjan jiġu kkundannati jħallsuha danni fir-rigward tad-dekumpilazzjoni u tal-kopja tal-kodiċijiet sorsi tal-imsemmi software, miżjuda bl-interessi kumpensatorji mid-data stmata ta’ din id-dekumpilazzjoni, jiġifieri mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-kawża ġiet irrinvijata quddiem it-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell, il-Belġju) li, permezz ta’ sentenza tad‑<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>, essenzjalment ċaħdet it-talba ta’ Top System.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Top System appellat minn dik is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Quddiemha, Top System issostni li s-Selor wettaq illegalment id-dekumpilazzjoni tat-TSF. Fil-fehma tagħha, konformement mal-Artikoli 6 u 7 tal-LPO, dekumpilazzjoni tista’ titwettaq biss permezz ta’ awtorizzazzjoni tal-awtur, jew tal-aventi kawża tiegħu, jew inkella għall-finijiet ta’ interoperabbiltà. Min-naħa l-oħra, din ma hijiex permessa għall-finijiet ta’ korrezzjoni tal-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-programm ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Is-Selor jirrikonoxxi li wettaq id-dekumpilazzjoni ta’ parti mit-TSF bil-għan li jiddiżattiva funzjoni li ma kinitx qiegħda taħdem sew. Madankollu, huwa jsostni, b’mod partikolari, li, konformement mal-Artikolu 6(1) tal-LPO, huwa kellu d-dritt li jwettaq din id-dekumpilazzjoni bil-għan li jiġu kkorreġuti ċerti żbalji ta’ tfassil li jaffettwaw it-TSF li għamlu impossibbli użu tiegħu b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu. Is-Selor jinvoka, barra minn hekk, id-dritt tiegħu, skont l-Artikolu 6(3) tal-LPO, li josserva, jistudja jew jittestja l-funzjonament tal-programm ikkonċernat sabiex jiġu stabbiliti l-ideat u l-prinċipji li fuqhom huma bbażati funzjonalitajiet ikkonċernati tat-TSF bil-għan ta’ prevenzjoni tal-imblokkar ikkawżat minn dawn l-iżbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex jiġi stabbilit jekk is-Selor kellux id-dritt li jwettaq l-imsemmija dekumpilazzjoni abbażi tal-Artikolu 6(1) tal-LPO, hija għandha tivverifika jekk id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter kollu jew parti minnu taqax taħt l-atti msemmija fl-Artikolu 5(a) u (b) tal-LPO.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-[Direttiva 91/250] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jiddekumpila l-programm kompletament jew parzjalment meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex huwa jkun jista’ jikkoreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-imsemmi programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom barra minn hekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva jew kundizzjonijiet oħra?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandux jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandu d-dritt li jwettaq id-dekumpilazzjoni ta’ parti minnu jew kollu sabiex jikkorreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament ta’ dan il-programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti l-imsemmi programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 91/250, li jistabbilixxi, b’mod partikolari, id-drittijiet esklużivi tal-awturi ta’ programmi tal-kompjuter, id-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter għandu d-dritt esklużiv li jagħmel u li jawtorizza r-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ dan il-programm, kompletament jew parzjalment, b’kull mezz u f’kull forma li tkun, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 5 u 6 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Bla ħsara għal dawn l-istess eċċezzjonijiet, l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 91/250 jagħti lid-detentur id-dritt esklużiv li jagħmel jew li jawtorizza t-traduzzjoni, l-addattament, l-arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tal-programm li tirriżulta minn dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jipprovdi li, meta l-atti elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva jkunu meħtieġa sabiex ix-xerrej leġittimu jkun jista’ juża l-programm tal-kompjuter b’mod konformi skont il-fini maħsub tiegħu, inkluż sabiex jiġu kkorreġuti żbalji, dawn ma humiex suġġetti għall-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet lanqas ma għandha tkun meħtieġa meta r-riproduzzjoni tal-kodiċi jew it-traduzzjoni tal-forma ta’ dan il-kodiċi, fis-sens tal-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva hija indispensabbli biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-interoperabbiltà ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement ma’ programmi oħra, bla ħsara li ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li d-dekumpilazzjoni ma tissemmiex, bħala tali, fost l-atti elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, li għalihom l-Artikolu 5(1) tagħha jagħmel riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi vverifikat jekk, minkejja din iċ-ċirkustanza, l-atti meħtieġa għad-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter jistgħux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(a) u/jew (b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu qabelxejn jiġi rrilevat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, li programm tal-kompjuter huwa inizjalment redatt fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> f’lingwa ta’ programmazzjoni intelliġibbli, qabel ma jiġi traskritt f’forma li tista’ tiġi eżegwita minn kompjuter, jiġifieri fil-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kodiċi oġġett<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, permezz ta’ programm iddedikat imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kumpilatur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. L-operazzjoni li tikkonsisti fit-trasformazzjoni tal-kodiċi sors f’kodiċi oġġett iġġib l-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kodiċi sors u l-kodiċi oġġett ta’ programm tal-kompjuter, sa fejn jikkostitwixxu żewġ forom ta’ espressjoni tiegħu, jibbenefikaw mill-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur fuq il-programmi tal-kompjuter konformement mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bezpečnostní softwarová asociace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:816">EU:C:2010:816</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bil-kontra, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> hija intiża sabiex tirrikostitwixxi l-kodiċi sors ta’ programm permezz tal-kodiċi oġġett tiegħu. Id-dekumpilazzjoni titwettaq permezz ta’ programm imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>dekumpilatur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Hekk kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dekumpilazzjoni ġeneralment tippermetti li jinkiseb mhux il-kodiċi sors oriġinali, iżda t-tielet verżjoni tal-programm ikkonċernat imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kważi‑kodiċi sors<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li min-naħa tiegħu jista’ jiġi kkumpilat f’kodiċi oġġett li jippermetti lil dan il-programm li jiffunzjona.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk id-dekumpilazzjoni tikkostitwixxi operazzjoni ta’ trasformazzjoni tal-forma tal-kodiċi ta’ programm li jimplika riproduzzjoni, tal-inqas parzjali u temporanja, ta’ dan il-kodiċi, kif ukoll traduzzjoni tal-forma tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter timplika t-twettiq ta’ atti, jiġifieri r-riproduzzjoni tal-kodiċi ta’ dan il-programm u t-traduzzjoni tal-forma ta’ dan il-kodiċi, li effettivament jaqgħu taħt id-drittijiet esklużivi tal-awtur, kif huma ddefiniti fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/250 li, filwaqt li jsemmi, skont it-titolu tiegħu, id-dekumpilazzjoni, jirreferi espressament għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>riproduzzjoni taċ-ċifrarju (kodiċi)<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>traduzzjoni tal-forma tiegħu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(a) u (b)<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ din id-direttiva. Isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>dekumpilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-imsemmija direttiva, effettivament jaqa’ taħt id-drittijiet esklużivi tal-awtur ta’ programm tal-kompjuter stabbiliti f’din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jista’ jwettaq l-atti kollha elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) ta’ din id-direttiva, inklużi dawk li jikkonsistu fir-riproduzzjoni tal-kodiċi u fit-traduzzjoni tal-forma tiegħu, mingħajr ma jkun kiseb minn qabel l-awtorizzazzjoni tad-detentur, sa fejn dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-użu ta’ dan il-programm, inkluża l-korrezzjoni tal-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm għandu d-dritt li jipproċedi għad-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm sabiex jikkorreġi l-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 li, kuntrarjament għal dak li ssostni Top System, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-possibbiltà li titwettaq id-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija permessa biss sa fejn titwettaq għal finijiet ta’ interoperabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tiegħu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 jintroduċi eċċezzjoni għad-drittijiet esklużivi tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter billi jippermetti r-riproduzzjoni tal-kodiċi jew it-traduzzjoni tal-forma ta’ dan il-kodiċi mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur meta dawn l-atti huma indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ dan il-programm ma’ programm ieħor maħluq indipendentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-premessa għoxrin u l-premessa wieħed u għoxrin ta’ din id-direttiva jipprovdu li, f’ċerti ċirkustanzi, riproduzzjoni tal-kodiċi ta’ programm tal-kompjuter jew traduzzjoni tal-forma tiegħu tista’ tirriżulta indispensabbli sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-interoperabbiltà ta’ programm maħluq indipendentement ma’ programmi oħra u li, f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dawn iċ-ċirkustanzi limitati biss<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, it-twettiq ta’ dawn l-atti huwa leġittimu u konformi ma’ prattika ġusta, b’tali mod li ma għandux jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 6(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva 91/250, moqri fid-dawl tal-premessa dsatax u tal-premessa għoxrin tagħha, jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk kellu l-intenzjoni li jillimita l-portata tal-eċċezzjoni għall-interoperabbiltà li huwa ppreveda għal din id-dispożizzjoni għaċ-ċirkustanzi li fihom l-interoperabbiltà ta’ programm maħluq indipendentement ma’ programmi oħra tista’ titwettaq b’mezzi oħra unikament billi ssir dekumpilazzjoni tal-programm ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva 91/250 li jipprojbixxi b’mod partikolari li l-informazzjoni miksuba permezz ta’ tali dekumpilazzjoni tintuża għal finijiet oħra għajr it-twettiq ta’ tali interoperabbiltà jew użata sabiex jiġu żviluppati programmi simili u li jeskludi wkoll, b’mod ġenerali, li tali dekumpilazzjoni tista’ titwettaq b’mod tali li tikkawża dannu mhux iġġustifikat għall-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet jew tippreġudika l-isfruttament normali tal-programm tal-kompjuter ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi dedott la mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250, moqri flimkien mal-premessa dsatax u mal-premessa għoxrin tagħha, u lanqas mill-istruttura ta’ dan l-artikolu li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jeskludi kull possibbiltà li ssir ir-riproduzzjoni tal-kodiċi ta’ programm tal-kompjuter u t-traduzzjoni tal-forma ta’ dan il-kodiċi barra mill-każ li fih dawn jitwettqu bil-għan li tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għall-interoperabbiltà ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement ma’ programmi oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 jikkonċerna l-atti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ programmi maħluqa indipendentement, l-Artikolu 5(1) tagħha huwa intiż sabiex jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm li juża lil dan tal-aħħar b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu. Konsegwentement, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom skopijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif osserva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-analiżi hija kkorroborata mix-xogħol preparatorju tad-Direttiva 91/250, li minnu jirriżulta li l-inklużjoni, fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni Ewropea, tal-attwali Artikolu 6 ta’ din id-direttiva kienet intiża sabiex tirregola, b’mod speċifiku, il-kwistjoni tal-interoperabbiltà tal-programmi maħluqa minn awturi indipendenti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jippermettu lix-xerrej leġittimu tal-programm użu normali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 fis-sens issuġġerit minn Top System ikollha bħala konsegwenza li tippreġudika l-effett utli tal-possibbiltà espressament mogħtija lix-xerrej leġittimu ta’ programm mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, li jipproċedi għall-korrezzjoni tal-iżbalji li jipprekludu użu tal-programm konformement mal-fini maħsub tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 79 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-korrezzjoni tal-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament ta’ programm tal-kompjuter timplika, fil-parti l-kbira tal-każijiet, u b’mod partikolari meta l-korrezzjoni li għandha titwettaq tikkonsisti f’li tiġi diżattivata funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm, li jkun jeżisti kodiċi sors jew, fin-nuqqas ta’ dan, kważi-kodiċi sors tal-imsemmi programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandu d-dritt li jwettaq id-dekumpilazzjoni totali jew parzjali tiegħu sabiex jikkorreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament ta’ dan il-programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti l-imsemmi programm.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment jekk l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandux jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter li jixtieq iwettaq id-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm sabiex jikkorreġi l-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu għandux jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jew rekwiżiti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/250 għandha kamp ta’ applikazzjoni u skopijiet differenti minn dak previst fl-Artikolu 5(1) tagħha. Konsegwentement, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu 6 ma humiex, bħala tali, applikabbli għall-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-formulazzjoni, tal-istruttura u tal-iskop tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, it-twettiq tal-atti li, flimkien, jikkostitwixxu d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter huwa, meta jitwettaq konformement ma’ din id-dispożizzjoni, suġġett għal ċerti rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, konformement mal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu meħtieġa sabiex ix-xerrej leġittimu jkun jista’ juża l-programm ikkonċernat b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu u, b’mod partikolari, sabiex jikkorreġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>żball<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ riferiment għad-dritt tal-Istati Membri u ta’ definizzjoni rilevanti fid-Direttiva 91/250, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>żball<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, għandu jiġi interpretat konformement mas-sens abitwali ta’ dan it-terminu fil-lingwaġġ kurrenti, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:426">EU:C:2021:426</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-qasam tal-informatika, żball jindika komunement nuqqas li jaffettwa programm tal-kompjuter li jagħti lok għal funzjonament ħażin tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-iskop tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, imfakkar fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, tali nuqqas, li jikkostitwixxi żball fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jaffettwa l-possibbiltà li jintuża l-programm ikkonċernat b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jirriżulta li d-dekumpilazzjoni ta’ programm tal-kompjuter għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> sabiex ix-xerrej leġittimu jkun jista’ juża l-programm ikkonċernat b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, il-korrezzjoni ta’ żbalji li jaffettwaw l-użu ta’ programm b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu ser timplika fil-parti l-kbira tal-każijiet modifika tal-kodiċi ta’ dan il-programm u l-implimentazzjoni ta’ din il-korrezzjoni ser teħtieġ li jkun hemm aċċess għall-kodiċi sors, jew, tal-inqas, kważi-kodiċi sors tal-imsemmi programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-kodiċi sors huwa legalment jew kuntrattwalment aċċessibbli għax-xerrej tal-programm ikkonċernat, ma jistax jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> għalih li jwettaq dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, konformement mal-formulazzjoni tiegħu, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 jippermetti l-korrezzjoni ta’ żbalji bla ħsara għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont is-sbatax‑il premessa tad-Direttiva 91/250, kemm l-atti li jtellgħu u li jħaddmu meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment kif ukoll il-korrezzjoni tal-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonijiet tiegħu ma jistgħux jiġu pprojbiti kuntrattwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250, moqri flimkien mat-tmintax‑il-premessa tagħha, għandu jinftiehem fis-sens li l-partijiet ma jistgħux jeskludu kuntrattwalment kwalunkwe possibbiltà li jipproċedu għal korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, id-detentur u x-xerrej jibqgħu liberi li jorganizzaw kuntrattwalment il-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà. Konkretament, dawn jistgħu, b’mod partikolari, jilħqu ftehim li d-detentur għandu jiżgura l-manutenzjoni korrettiva tal-programm ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Isegwi wkoll li, fl-assenza ta’ stipulazzjonijiet kuntrattwali speċifiċi f’dan is-sens, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandu dritt li jwettaq, mingħajr il-kunsens minn qabel tad-detentur, l-atti elenkati fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 91/250, inkluż li jiddekumpila dan il-programm, sa fejn dan jirriżulta meħtieġ sabiex jiġu kkorreġuti l-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter li jkun wettaq id-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm bil-għan li jikkorreġi l-iżbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu ma jistax juża r-riżultat ta’ din id-dekumpilazzjoni għal finijiet oħra għajr il-korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 91/250 jagħti lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur id-dritt esklużiv li jagħmel u li jawtorizza mhux biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[i]r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jiġifieri, fil-każ tad-dekumpilazzjoni, dik tal-kodiċi sors jew tal-kważi-kodiċi sors li jirriżulta minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għalhekk, kull riproduzzjoni ta’ dan il-kodiċi tibqa’ suġġetta, skont l-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 91/250, għall-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-Artikolu 4(ċ) ta’ din id-direttiva jipprojbixxi d-distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq dan il-programm, u dan japplika, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/205, ukoll għall-kopji tal-kodiċi sors jew tal-kważi-kodiċi sors, miksub permezz ta’ dekumpilazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa paċifiku li l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jawtorizza lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter sabiex iwettaq tali atti, mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, dan huwa biss sa fejn dawn ikunu meħtieġa sabiex ikun jista’ juża l-programm tal-kompjuter b’mod konformi mal-fini maħsub tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni domanda għandha tiġi risposta li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter li jixtieq iwettaq id-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm bil-għan li jikkorreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu ma huwiex obbligat li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Madankollu, dan ix-xerrej għandu d-dritt li jwettaq tali dekumpilazzjoni biss sa fejn hija meħtieġa għal din il-korrezzjoni u fl-osservanza, jekk ikun il-każ, tal-kundizzjonijiet previsti kuntrattwalment mad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq l-imsemmi programm.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal‑<DATE ISO="19910514">14 ta’ Mejju 1991</DATE> dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter għandu d-dritt li jwettaq id-dekumpilazzjoni totali jew parzjali tiegħu sabiex jikkorreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament ta’ dan il-programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti l-imsemmi programm.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/250 għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter li jixtieq iwettaq id-dekumpilazzjoni ta’ dan il-programm bil-għan li jikkorreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tiegħu ma huwiex obbligat li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Madankollu, dan ix-xerrej għandu d-dritt li jwettaq tali dekumpilazzjoni biss sa fejn hija meħtieġa għal din il-korrezzjoni u fl-osservanza, jekk ikun il-każ, tal-kundizzjonijiet previsti kuntrattwalment mad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq l-imsemmi programm.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>