<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.1000996301.case.xml"><NO.CASE>C-94/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0094</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9965</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9985</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-94/10</LEFT><RIGHT>DANFOSS U SAUER-DANFOSS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Stat Membru li ġabar taxxi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, huwa obbligat, fil-prinċipju, li jirrimborsahom lill-kontribwent. Din ir-regola tirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita. Madankollu, għad għandu jiġi stabbilit jekk, skont id-dritt tal-Unjoni, il-persuna li finalment tkun sostniet il-piż finanzjarju tat-taxxa minħabba l-fatt li l-kontribwent ikun għaddieha fuqha, pereżempju, permezz tal-prezz tax-xiri, ikollhiex hija wkoll id-dritt li taġixxi direttament kontra l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Vestre Landsret Daniża talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għal din id-domanda. Il-Landsret hija mitluba tiddeċiedi fuq kawżi miftuħa kontra l-Ministeru tat-Teżor Daniż, li permezz tagħhom żewġ impriżi industrijali qegħdin jitolbu r-rimbors tad-dazji tas-sisa li d-Danimarka ġabret sax-xahar ta’ Novembru 2001 fuq il-lubrikanti u żjut idrawliċi, minkejja li d-dritt tal-Unjoni kien jipprevedi eżenzjoni mid-dazju tas-sisa armonizzat għaż-żjut minerali li ma humiex użati bħala karburant tal-magni jew bħala karburant li jsaħħan. L-impriżi taż-żejt, li mingħandhom kien inġabar dan id-dazju tas-sisa, għaddew l-istess dazju fuq ir-rikorrenti permezz tal-prezz tal-akkwist.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-direttiva dwar id-dazju tas-sisa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar id-dazju tas-sisa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) tistabbilixxi, permezz tal-Artikolu 1(1),<?PAGE NO="I-9966"?> l-arranġamenti għal prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa u taxxi indiretti oħra li huma imposti direttament jew indirettament mal-konsum ta’ dawk il-prodotti, ħlief għat-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxi stabbiliti mill-Komunità. Skont il-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni, id-dispożizzjonijiet partikolari li jirrelataw mal-istrutturi u r-rati ta’ dazju fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom jiġu stabbiliti f’direttivi speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tgħodd fil-livell tal-Komunità għall-prodotti li ġejjin kif definiti fid-Direttivi relevanti:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>żjut minerali,</P></ITEM><ITEM><P>alkoħol u xorb alkoħoliku,</P></ITEM><ITEM><P>tabakk maħdum.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prodotti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal għanijiet speċifiċi, iżda dawk it-taxxi jkunu jikkonformaw mar-regoli ta’ taxxa applikabbli għad-dazju tas-sisa u għall-għanijiet tal-VAT għal dak li għandu x’jaqsam ma’ d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-kalkolu tat-taxxa, il-ħlas tat-taxxa u l-immonitorjar tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar id-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1992">ĠU L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva dwar id-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom japplikaw għaż-żjut minerali dazju tas-sisa armonizzat skont din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1)(a) u (b) tal-imsemmija direttiva jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 92/12/KEE dwar l-eżenzjoni ta’ użu ta’ prodotti suġġetti għas-sisa u bla ħsara għal dispożizzjonijiet Komunitarji oħra, l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti li ġejjin mid-dazju tas-sisa armonizzat, skond il-kundizzjonijiet li huma jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawn l-eżenzjonijiet u li jipprevjenu l-frodi, l-evażjoni u l-abbużi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>iż-żjut minerali intiżi għal użu differenti minn dak ta’ karburant jew ta’ karburant li jsaħħan</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>żjut minerali forniti biex jintużaw bħala karburant għan-navigazzjoni bl-ajru minbarra s-safar turistiku privat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9967"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fid-Danimarka, il-Liġi Nru 1029, tad-<DATE ISO="19921219">19 ta’ Diċembru 1992</DATE>, dwar it-tassazzjoni taż-żjut minerali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Liġi THM<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), stabbilixxiet dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti u ż-żjut idrawliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-punt 12 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-liġi msemmija, fil-verżjoni tagħha li hija rilevanti għall-kawża prinċipali, il-lubrikanti u żjut idrawliċi (iktar ’il quddiem imsejħa flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>lubrikanti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) ġie impost fuqhom dazju tas-sisa bir-rata ta’ DKK 1.78 għal kull litru (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti kellu jitħallas mill-impriżi taż-żejt. Waqt l-introduzzjoni tad-dazju tas-sisa, l-ispjegazzjoni tar-raġunijiet wara l-Liġi THM kienet tippreċiża b’mod partikolari li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-impriżi taż-żejt jistgħu probabbilment jgħaddu dan id-dazju tas-sisa fuq ħaddieħor. Il-parti l-kbira taż-żjut suġġetti għal dan id-dazju tas-sisa tintuża minn impriżi li għandhom diversi modi kif jgħaddu l-istess dazju fuq ħaddieħor<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet, ġie ppreċiżat ukoll li dan id-dazju tas-sisa kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>jikkontribwixxu biex jippromwovi użu iktar raġonevoli tal-prodotti taż-żjut, ħaġa li jkollha effett pożittiv fuq l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni s-sentenza Braathens<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19990610">10 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/97" PAGE.ECR="I-3419" YEAR="1999">C-346/97, Ġabra p. I-3419</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, id-Danimarka neħħiet id-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti permezz tal-Liġi Nru 395 tas-<DATE ISO="20020606">6 ta’ Ġunju 2002</DATE>, b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20011201">1 ta’ Diċembru 2001</DATE>. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddikjarat, f’dak li jikkonċerna t-taxxa għall-protezzjoni tal-ambjent li nġabret mill-Isvezja fuq il-konsum tal-karburant fit-traffiku tal-ajru kummerċjali intern, li jekk l-Istati Membri jitħallew jolqtu b’taxxa indiretta oħra prodotti li huma eżentati mid-dazju tas-sisa armonizzat, dan ineħħi kull effett utli tal-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva dwar id-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali. Għaldaqstant, tali taxxa ma setgħetx tkun ibbażata fuq l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari li, fil-kuntest tal-eżami tal-abbozz ta’ liġi, il-Ministru tat-Teżor Daniż spjega lill-Kummissjoni tal-Finanzi ta’ Folketing<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Parlament Daniż.</P></NOTE> li ma għandu ebda dubju dwar l-inkompatibbiltà tad-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Wara li ġiet adottata din il-liġi, l-amministrazzjoni doganali u tat-taxxi ppubblikat linji gwida dwar it-talbiet għar-rimbors tad-dazju tas-sisa li kien inġabar illegalment (ċirkulari Nru 80 tal-Ministeru tat-Teżor, tal-<DATE ISO="20020715">15 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar ir-rimbors tad-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti, eċċ). Dwar il-kwistjoni tal-benefiċjarji<?PAGE NO="I-9968"?> tad-dritt għar-rimbors, dawn il-linji gwida kienu jippreċiżaw fil-punt 3.1 li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għandhom dritt għar-rimbors, fl-ewwel livell tad-distribuzzjoni, l-impriżi li għandhom jitqiesu li għandhom dritt minħabba t-tħassir tal-liġi. Dawn huma impriżi li ħallsu t-taxxa u ma għaddewhiex fuq il-klijenti tagħhom.</P><P>Il-kwistjoni tar-rimbors lil operaturi ekonomiċi oħra għandha tkun irregolata skont il-prinċipji ġenerali tar-responsabbiltà amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Danfoss A/S (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Danfoss<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) tipproduċi tagħmir għat-tkessiħ, għall-produzzjoni tas-sħana u għall-awtomazzjoni għall-industrija. Hija tuża lubrikanti kemm waqt il-produzzjoni ta’ dan it-tagħmir kif ukoll fit-teknika tat-trażmissjoni, sabiex tevita li jisħnu żżejjed jew li jitħassru r-roti tal-magni u l-partijiet li jaqtgħu.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Hija xtrat lubrikanti biex jintużaw b’dan il-mod bejn l-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE> u t-<DATE ISO="20011130">30 ta’ Novembru 2001</DATE> mingħand diversi kumpanniji taż-żejt Daniżi li ħallsu lill-Istat Daniż dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti skont il-Liġi THM.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li l-kumpanniji taż-żejt għaddew fuq Danfoss id-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti li jolqot lil-lubrikanti mixtrija minn Danfoss. L-ammont tela’ għal DKK <FT TYPE="NUMBER">6108054</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Danfoss biegħet parti mil-lubrikanti lil Sauer-Danfoss Aps (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sauer-Danfoss<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) li użat ukoll dawn iż-żjut fil-proċess tal-produzzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri prinċipali, Danfoss spjegat li d-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti kien jirrappreżenta ammont ta’ DKK <FT TYPE="NUMBER">1686096</FT> mill-prezz tal-lubrikanti mibjugħa lil Sauer-Danfoss. Apparti dan il-bejgħ lil Sauer-Danfoss, jirriżulta mill-affermazzjonijiet ta’ Danfoss u ta’ Sauer-Danfoss li l-ebda waħda minn dawn il-kumpanniji ma għaddiet id-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti lill-impriżi fl-istadji sussegwenti tal-kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-kumpanniji taż-żejt ma talbu ebda rimbors tad-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti għal-lubrikanti mibjugħa lil Danfoss.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Danfoss u Sauer-Danfoss talbu mingħand l-awtoritajiet fiskali r-rimbors tal-ammonti li jammontaw rispettivament għal DKK <FT TYPE="NUMBER">6108054</FT> u DKK <FT TYPE="NUMBER">1686096</FT>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9969"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ammont li ngħadda fuq Sauer-Danfoss huwa inkluż fl-ammont mitlub minn Danfoss. Iż-żewġ impriżi ftiehmu li jekk Danfoss tikseb l-ammont kollu mitlub, hija kellha tħallas lil Sauer-Danfoss l-ammont ta’ DKK <FT TYPE="NUMBER">1686096</FT>, li għandha f’dak il-każ tirtira t-talba tagħha kontra l-Ministeru. Għaldaqstant, it-talba ppreżentata minn din tal-aħħar quddiem il-Ministeru hija ta’ natura sussidjarja meta mqabbla ma’ dik ta’ Danfoss.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet fiskali ċaħdu r-rimbors mitlub. Abbażi tar-raġunijiet allegati, huma sostnew li ma kien hemm ebda dritt għar-rimbors, u dan peress li l-impriżi ma ħallsu ebda dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti direttament lill-Istat, u li, konsegwentement, id-dritt għar-rimbors kellu jiġi evalwat skont il-kundizzjonijiet ġenerali tar-responsabbiltà taħt id-dritt Daniż. Issa, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tar-responsabbiltà, l-awtoritajiet fiskali sostnew li, għall-perijodu li jwassal sas-sentenza Braathens, li ppreċiżat ir-relazzjoni bejn id-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa u d-Direttiva dwar id-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, l-inkompatibbiltà tad-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti mad-dritt tal-Unjoni ma kinitx daqshekk ċara f’dak l-istadju b’mod li l-ġbir ta’ din it-taxxa kien jinvolvi r-responsabbiltà tal-Istat. Għal dak li jikkonċerna l-perijodu sussegwenti għas-sentenza msemmija, għandu jiġi kkunsidrat li d-dannu li sofriet il-persuna, li tiġi wara l-kontribwent fil-katina ta’ distribuzzjoni, ma ġiex ikkonstatat. Fil-fatt, għall-Istat, huwa impossibbli li jipprevedi f’liema stadju fil-katina ta’ distribuzzjoni d-dannu jkun ser iseħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050315">15 ta’ Marzu</DATE> u fl-<DATE ISO="20050504">4 ta’ Mejju 2005</DATE>, Danfoss u Sauer-Danfoss ippreżentaw għalhekk ilmenti kontra l-iSkatteministerium quddiem il-Vestre Landsret, li bihom huma talbu r-rimbors tal-ammonti inkwistjoni. Il-Vestre Landsret iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal rimbors ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq l-argument li ma hijiex l-impriża li ħallset id-dazju lill-Istat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dritt [tal-Unjoni] jipprekludi lil Stat Membru milli jiċħad talba għal kumpens għad-danni ta’ impriża, li ġie mgħoddi lilha dazju tas-sisa impost kontra direttiva, fejn tali ċaħda, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, hija bbażata fuq argumenti invokati mill-Istat Membru (speċifikament, li l-impriża ma hijiex il-parti li sofriet id-danni direttament u li ma hemmx rabta kawżali bejn kwalunkwe danni u l-imġiba li ħolqot ir-responsabbiltà)?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-9970"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja pparteċipaw Danfoss, Sauer-Danfoss, il-Gvern Daniż, Spanjol, Taljan, Pollakk, u Svediż, il-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea; il-Gvern Spanjol u l-Gvern Pollakk ippreżentaw biss osservazzjonijiet bil-miktub u l-Gvern Svediż għamel biss sottomissjonijiet orali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kunsiderazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, b’mod preliminari, li ż-żewġ domandi preliminari għandhom finalment l-istess għan: l-impriżi li jkunu fis-sitwazzjoni ta’ Danfoss u ta’ Sauer-Danfoss għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt li jitolbu direttament mingħand l-Istat il-ħlas ta’ ammont li jikkorrispondi għad-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti li l-Istat ikun ġabar mingħand kumpanniji taż-żejt bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u li dawn tal-aħħar ikunu għaddew fuq l-imsemmija impriżi? Madankollu, iż-żewġ domandi huma differenti fir-rigward tal-bażi legali. Filwaqt li l-ewwel domanda tirrigwarda d-dritt għall-ħlas lura fis-sens ta’ rimbors, it-tieni waħda tirrigwarda d-dritt li jista’ jkun hemm għad-danni. Konsegwentement, id-domandi jeħtieġ li jiġu ttrattati b’mod separat.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf essenzjalment jekk, meta Stat Membru jkun ġabar taxxa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u l-persuna taxxabbli tkun għaddiet dik it-taxxa fuq il-klijenti tagħha, il-klijent jistax, skont id-dritt tal-Unjoni, jitlob direttament mingħand l-Istat ir-rimbors tal-ammont li jikkorrispondi għal dik it-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li bħala prinċipju, l-Istati Membri huma obbligati jirrimborsaw it-taxxi u imposti oħra miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>F’dan is-sens, ara l-ewwel nett is-sentenzi tas-<DATE ISO="19800227">27 ta’ Frar 1980</DATE>, Just (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="68/79" PAGE.ECR="501" YEAR="1980">68/79, Ġabra p. 501</REF.DOC.ECR>, punti 25 sa 27); tas-<DATE ISO="19800327">27 ta’ Marzu 1980</DATE>, Denkavit italiana (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="61/79" PAGE.ECR="1205" YEAR="1980">61/79, Ġabra p. 1205</REF.DOC.ECR>, punti 22 sa 27); tad-<DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, San Giorgio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="199/82" PAGE.ECR="3595" YEAR="1983">199/82, Ġabra p. 3595</REF.DOC.ECR>, punt 12) u mbagħad, espressament, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-192/95+C-193/95+C-194/95+C-195/95+C-196/95+C-197/95+C-198/95+C-199/95+C-200/95+C-201/95+C-202/95+C-203/95+C-204/95+C-205/95+C-206/95+C-207/95+C-208/95+C-209/95+C-210/95+C-211/95+C-212/95+C-213/95+C-214/95+C-215/95+C-216/95+C-217/95+C-218/95" PAGE.ECR="I-165" YEAR="1997">C-192/95 sa C-218/95, Ġabra p. I-165</REF.DOC.ECR>, punt 20); tat-<DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2001">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>, punt 84); tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" PAGE.ECR="I-11753" YEAR="2006">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>, punt 202); tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, Direct Parcel Distribution Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/08" PAGE.ECR="I-731" YEAR="2010">C-264/08, Ġabra p. I-731</REF.DOC.ECR> punt 45). Ara, fuq dan is-suġġett, għalkemm fuq aspetti differenti, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón ippreżentati fis-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-398/09" PAGE.ECR="I-7375" YEAR="2010">C-398/09, Ġabra p. I-7375</REF.DOC.ECR>) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Accor (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/09" PAGE.ECR="I-8117" YEAR="2010">C-310/09, Ġabra p. I-8117</REF.DOC.ECR>, punti 53 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont formulazzjoni klassika tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ taxxi miġbura fi Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta minn u jikkomplementa d-drittijiet mogħtija<?PAGE NO="I-9971"?> lill-individwi mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu tali taxxi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenzi San Giorgio (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 12), Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 20), Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 84), Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 202) u Direct Parcel Distribution Belgium (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Individwu, f’dan is-sens, jikkorrispondi fi kwalunkwe każ għall-persuna taxxabbli kkonċernata stess. Huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li, skont id-dritt tal-Unjoni, din tal-aħħar, bħala prinċipju, għandha dritt kontra l-Istat għar-rimbors tat-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, li jikkonċernaw il-każijiet kollha fejn il-persuna taxxabbli stess titlob ir-rimbors, l-istess bħas-sentenzi tad-<DATE ISO="19880629">29 ta’ Ġunju 1988</DATE>, Deville (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="240/87" PAGE.ECR="3513" YEAR="1988">240/87, Ġabra p. 3513</REF.DOC.ECR>, punt 11) u tat-<DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/01" PAGE.ECR="I-11365" YEAR="2003">C-147/01, Ġabra p. I-11365</REF.DOC.ECR>, punti 93 sa 95).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-obbligu tar-rimbors tal-Istat fil-konfront tal-persuna taxxabbli għandu biss eċċezzjoni waħda li għandha, barra minn hekk, tiġi interpretata b’mod restrittiv. Għaldaqstant, Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrimborsa persuna taxxabbli meta huwa jikkonstata li l-piż fiskali kollu ngħadda fuq terza persuna u li r-rimbors ta’ dan tal-aħħar iwassal sabiex din tagħmel arrikkiment indebitu, fatt li għandu jiġi stabbilit<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi Just (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 26), tal-<DATE ISO="20000921">21 ta’ Settembru 2000</DATE>, Michaïlidis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/98+C-442/98" PAGE.ECR="I-7145" YEAR="2000">C-441/98 u C-442/98, Ġabra p. I-7145</REF.DOC.ECR>, punt 33) u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 94 u 102). Fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, l-Avukat Ġenerali Cruz Villalón jindika ġustament, fil-punti 34 u 44, li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet f’dak il-każ, eċċezzjoni ta’ oriġini naturali, u jitlob biex jiġu aċċettati eċċezzjonijiet oħra, apparti l-każ tar-riperkussjoni (punti 35 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Sa issa għadha ma ngħatatx risposta għad-domanda dwar jekk, f’din is-sitwazzjoni fejn it-taxxa tkun ġiet mgħoddija fuq ħaddieħor, id-dritt għar-rimbors kontra l-Istat ikunx tal-persuna taxxabbli, jew inkella biss tal-persuna li fuqha tkun għaddiet it-taxxa u li, min-naħa tagħha, ma kinitx f’pożizzjoni li terġa’ tgħaddiha lil ħaddieħor (iktar ’il quddiem imsejħa, għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>konsumatur finali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Mill-ġurisprudenza jistgħu jiġu dedotti, madankollu, elementi differenti li jikkontribwixxu sabiex tingħata risposta għal din id-domanda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-interess tal-konsumatur finali għar-rimbors, liema interess għandu jiġi protett</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 24.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat espressament il-possibbiltà li l-konsumatur finali jkun jista’ jikseb, direttament mingħand l-awtoritajiet nazzjonali, ir-rimbors tal-ammont ta’ taxxa mhux dovuta li huwa jkun sostna. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat dan il-punt b’mod purament ipotetiku biss, fejn il-kwistjoni tar-rimbors lill-persuna taxxabbli ma tqumx bħala tali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma esprimietx ruħha fir-rigward tal-punt dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet il-konsumatur finali għandu, taħt id-dritt nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni, jkollu dritt ta’ dan it-tip, li jkun jista’ jinvokah direttament kontra l-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9972"?><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, fl-istess sentenza, li l-fatt li l-ammont tat-taxxa jiġi rimborsat lill-operatur, meta dan ikun għadda din it-taxxa fuq il-klijenti tiegħu, ikun ifisser li huwa jirċievi ħlas doppju li jista’ jiġi kklassifikat bħala arrikkiment indebitu, <HT TYPE="ITALIC">mingħajr ma jkunu ġew irrimedjati l-konsegwenzi tal-illegalità tat-taxxa għall-klijenti tal-persuna taxxabbli</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 22, enfasi bil-korsiv miżjuda).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet, għaldaqstant, li t-taxxa li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni tista’ tbatiha persuna li tkun differenti mill-persuna taxxabbli, u li jeħtieġ li l-ammont tat-taxxa jitħallas lura fil-patrimonju ta’ dik il-persuna l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din il-ħtieġa toħroġ ukoll min-natura ġenerali tat-taxxi indiretti. Fil-fatt, l-istess taxxi indiretti jolqtu l-ispejjeż jew il-konsum, u huma kkaratterizzati bil-fatt li l-piż finanzjarju marbut magħhom jista’ jiġi mgħoddi lill-konsumatur finali u huwa dan li jbatih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>F’dan is-sens ukoll huma l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs tas-<DATE ISO="20050317">17 ta’ Marzu 2005</DATE>, Banca popolare di Cremona (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-475/03" PAGE.ECR="I-9373" YEAR="2005">C-475/03, Ġabra p. I-9373</REF.DOC.ECR>, punt 35).</P></NOTE>. L-istess japplika għad-dazju tas-sisa Daniż fuq il-lubrikanti inkwistjoni f’din il-kawża. L-ispjegazzjoni tar-raġunijiet wara l-abbozz ta’ liġi li introduċiet dan id-dazju tas-sisa kienet tippreċiża espressament li l-impriżi taż-żejt kienu probabbilment ser ikunu jistgħu jgħaddu dan id-dazju tas-sisa fuq ħaddieħor. L-inċentiv biex isir użu iktar raġonevoli tal-prodotti taż-żjut, kif mixtieq mill-Istat Daniż, jippreżumi wkoll, fuq livell loġiku, li t-taxxa tingħadda u li l-prodott taż-żejt jogħla fil-prezz għall-persuna li tikkunsmah.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tittratta l-kwistjoni ta’ jekk tingħaddiex jew le taxxa indiretta, f’kull każ partikolari, bħala li tikkostitwixxi kwistjoni ta’ fatt, minħabba li l-mogħdija effettiva, parzjali jew totali, li tiddependi minn diversi fatturi marbuta ma’ kull operazzjoni kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19880225">25 ta’ Frar 1988</DATE>, Les Fils de Jules Bianco u Girard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="331/85+376/85+378/85" PAGE.ECR="1099" YEAR="1988">331/85, 376/85 u 378/85, Ġabra p. 1099</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 20), Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 25 sa 27) u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 96 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, ma taffettwax din il-karatteristika partikolari tat-taxxi indiretti. Hija tillimita ruħha biex tippreċiża li, fir-rigward tal-persuna taxxabbli, l-Istat ma jistax jibbaża ruħu fuq preżunzjoni li t-taxxa tkun ser tingħadda sabiex jiċħad talba għar-rimbors magħmula mill-persuna taxxabbli fuq il-bażi li rimbors iwassal għal arrikkiment indebitu tal-istess persuna taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi kkunsidrat li l-konsumatur finali, li fuqu tkun ingħaddiet it-taxxa indiretta miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni bħalma huwa d-dazju tas-sisa fuq il-lubrikanti applikat fid-Danimarka, jikkostitwixxi, huwa wkoll, individwu li għandu drittijiet taħt id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu l-ġbir ta’ dik<?PAGE NO="I-9973"?> it-taxxa. Anki dan għandu jkun jista’ jikseb ir-rimbors tat-taxxa li tkun ingħaddiet lilu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-protezzjoni meħtieġa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, ikun prematur li mill-interess li jimmerita protezzjoni ta’ rimbors lill-konsumatur finali, li fuqu tkun ingħaddiet it-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, jiġi konkluż li skont id-dritt tal-Unjoni, dak il-konsumatur għandu jkollu dritt għar-rimbors li jkun jista’ jinvokah direttament kontra l-Istat. Fil-fatt, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, b’kuntrast ma’ dak li japplika għall-persuna taxxabbli, li loġikament ma tistax ħlief iddur fuq l-Istat, il-konsumatur finali jista’ jaġixxi kontra l-persuna taxxabbli minflok l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għal dak li jikkonċerna lill-persuna taxxabbli, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li jekk il-konsumatur finali jista’, permezz tal-persuna taxxabbli, jikseb ir-rimbors tal-ammont ta’ taxxa li tkun ingħaddiet lilu, dik il-persuna taxxabbli għandha, min-naħa tagħha, tkun tista’ tikseb ir-rimbors tal-istess ammont mill-Istat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 24).</P></NOTE>. Jekk dan hu l-każ, il-mogħdija tal-ammont ma jwassalx, fil-fatt, għal sitwazzjoni ta’ arrikkiment indebitu tal-persuna taxxabbli minħabba r-rimbors.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna lill-parti obbligata fil-konfront tal-konsumatur finali, id-drittijiet tal-konsumatur finali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jirriżulta[w] minn u jikkomplementa[w]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> id-dritt tal-Unjoni jistgħu sewwasew ikunu differenti minn dawk li l-persuna taxxabbli għandha.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat issa jekk hux possibbli li jiġi dedott mill-ġurisprudenza dwar id-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli, xi elementi li bihom il-konsumatur finali jkun jista’ huwa wkoll jikseb tali rimbors direttament mingħand l-Istat. Għal dan il-għan, għandha titfittex qabel xejn il-portata eżatta li l-ġurisprudenza tat lid-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Il-portata eżatta tad-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-Istat għandu jirrimborsa lill-persuna taxxabbli mhux biss it-taxxa indebitament miġbura, iżda wkoll l-ammonti mħallsa lil dan l-Istat jew miżmuma minnu li għandhom rabta diretta ma’ din it-taxxa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja tinkludi f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, it-telf ekonomiku li tkun sofriet il-persuna taxxabbli minħabba l-ġbir prematur ta’ taxxa li minnha nnifisha ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni, fejn l-inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ma tirriżultax, konsegwentement, minn din l-eżiġibbiltà prematura. F’dan il-każ, l-għoti tal-interessi jirrappreżenta r-rimbors ta’ dak li kien imħallas indebitament. Fuq dan il-punt, ara s-sentenzi Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 87 sa 89), Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 205) u tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/04" PAGE.ECR="I-2107" YEAR="2007">C-524/04, Ġabra p. I-2107</REF.DOC.ECR>, punt 112) u d-digriet tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/05" PAGE.ECR="I-2875" YEAR="2008">C-201/05, Ġabra, p. I-2875</REF.DOC.ECR>, punt 114).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9974"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>Il-kriterju tal-konsegwenza inevitabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-dritt għar-rimbors ma jinkludix, madankollu, l-iżvantaġġi li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet stess tal-persuna taxxabbli u li ma jikkostitwixxux, min-naħa tagħhom, konsegwenza inevitabbli ta’ att ta’ Stat Membru li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 207) u Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 113) u d-digriet Test Claimants in the CFC and Dividend Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 115).</P></NOTE>. Dan il-kriterju tal-konsegwenza inevitabbli baqa’ xi ftit flessibbli fil-ġurisprudenza u, sa fejn wieħed jista’ jara, sallum ġie applikat biss f’kuntest fiskali speċifiku ħafna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>La l-eżenzjonijiet jew il-vantaġġi fiskali l-oħra li għalihom tkun irrinunzjat il-kumpannija residenti biex tkun tista’ timputa t-taxxa kollha li tkun inġabret indebitament fuq ammont dovut bħala taxxa oħra u lanqas l-ispejjeż minfuqa mill-kumpanniji ta’ dak il-grupp biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma jistgħu jkunu kkumpensati permezz ta’ kawża għar-rimbors ibbażata fuq id-dritt Komunitarju (ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16).</P></NOTE>. Huwa intiż manifestament li jifred l-ammonti li jistgħu jintalbu fil-kuntest tad-dritt għar-rimbors rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni, minn dawk li ma jistgħux jintalbu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ħlief<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fil-kuntest ta’ talba għall-kumpens għad-danni bbażata wkoll fuq id-dritt tal-Unjoni, u suġġetta għal kundizzjonijiet iktar stretti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, fuq dan is-suġġett, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti.207 sa 209).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>Dritt għar-rimbors minkejja li l-ammont ikun ingħadda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-ġurisprudenza, id-dritt għar-rimbors jinkludi, tal-inqas indirettament, id-dannu li l-persuna taxxabbli tkun sofriet minħabba l-fatt li hija tkun għaddiet it-taxxa fuq il-klijenti tagħha billi inkludietha fil-prezz u ż-żieda fil-prezz involva tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. Dan hu dak li jirriżulta mill-affermazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-imsemmija eċċezzjoni għall-obbligu ta’ rimbors tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Skont din l-eċċezzjoni, Stat Membru ma jistax jopponi għar-rimbors ħlief jekk ikun ġie kkonstatat mill-awtoritajiet nazzjonali li l-piż kollu tat-taxxa jkun ġie sostnut minn persuna li ma hijiex il-persuna taxxabbli u r-rimbors tat-taxxa jwassal għall-arrikkiment indebitu ta’ din tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi Just (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 26), Michaïlidis (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 33) u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 94).</P></NOTE>. F’dan il-każ, skont il-ġurisprudenza, ma jkunx hemm arrikkiment indebitu tal-persuna taxxabbli jekk din issofri dannu ekonomiku marbut mat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 29 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), Michaïlidis (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punti 34 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 95 u 98 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat f’dan ir-rigward li l-fatt li taxxa tingħadda fuq terza persuna ma jinnewtralizzax neċessarjament l-effetti ekonomiċi tat-taxxa fuq il-persuna taxxabbli. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li t-taxxa tingħadda fuq ħaddieħor ma jfissirx li r-rimbors tat-taxxa jwassal għal arrikkiment indebitu tal-persuna taxxabbli u<?PAGE NO="I-9975"?> li, konsegwentement, għandu jinċaħad lilha d-dritt għar-rimbors<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenza Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 101 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>Konsegwenzi għal dritt li jista’ jkun hemm għar-rimbors tal-konsumatur finali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Sabiex nipprova nislet xi konsegwenzi, ibbażati fuq il-karatteristiċi msemmija tad-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli taħt id-dritt tal-Unjoni, dwar il-kwistjoni ta’ jekk tali dritt jistax, bħala prinċipju, jingħata wkoll lill-konsumatur finali, għandhom jiġu evalwati b’mod kritiku, fl-ewwel lok, il-karatteristiċi msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikonoxximent tad-dritt għar-rimbors minkejja li t-taxxa tkun ingħaddiet lil ħaddieħor ma jkunx kompatibbli mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kriterju tal-konsegwenza inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fuq dan is-suġġett, ara l-punt 43 iktar ’il fuq.</P></NOTE> ħlief jekk ma jiġix ikkunsidrat li d-dannu li jirriżulta mit-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ jikkostitwixxi konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mill-ġbir tat-taxxa mill-Istat minkejja d-deċiżjoni intermedjarja tal-impriża li tgħaddi t-taxxa lil ħaddieħor. Jidher li dan huwa, tal-inqas, dubjuż.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza li tgħid li l-kwistjoni ta’ meta tingħadda jew ma tingħaddiex it-taxxa f’kull każ ta’ taxxa indiretta hija kwistjoni ta’ fatt, u dan minħabba li l-mogħdija effettiva, parzjali jew totali, tiddependi minn diversi fatturi marbuta ma’ kull operazzjoni kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenzi Les Fils de Jules Bianco (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punti 17 sa 20), Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, puni 25 sa 27) u Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punti 96 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Konsegwentement, tqum bilfors il-kwistjoni dwar jekk id-dritt għar-rimbors jikkostitwixxix effettivament mod xieraq sabiex tali dannu jiġi kkumpensat. Jidher li huwa iktar raġonevoli li l-kumpens għal dawn id-danni jkun suġġett għad-dritt dwar ir-responsabbiltà, jiġifieri r-regoli li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istati Membri għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kumpens għad-dannu, li jingħata permezz tad-dritt għar-rimbors, għandu wkoll konsegwenzi fuq il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu eliminati l-konsegwenzi ekonomiċi li jkun hemm fuq il-konsumatur finali minħabba l-ġbir tat-taxxa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk minkejja l-mogħdija tat-taxxa li tkun inġabret bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-persuna taxxabbli jkollha d-dritt għar-rimbors tat-taxxa msemmija, peress li<?PAGE NO="I-9976"?> hija tkun sofriet dannu ekonomiku marbut mat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ — tal-istess ammont, għall-finijiet ta’ dan l-eżempju — ir-rimbors mill-Istat ikollu l-effett li jissodisfa u jeżawrixxi dan id-dritt. F’din is-sitwazzjoni, il-konsumatur finali ma jibqax ikun jista’ jeżerċita b’suċċess it-talba tiegħu għar-rimbors mingħand il-persuna taxxabbli. Fil-fatt, l-ammont li l-persuna taxxabbli tkun kisbet mill-Istat huwa intiż, fil-prattika, li jikkumpensa d-dannu tagħha u jibqa’ f’idejha. Il-persuna taxxabbli lanqas ma tkun tista’ tassenja dan id-dritt lill-konsumatur finali, f’każ li ma jingħatalhiex dritt supplimentari ieħor għar-rimbors li fil-prattika għandu jissostitwixxi t-taxxa nnifisha. F’dak il-każ, id-destinatarju naturali tat-talbiet tal-konsumatur finali għandu jkun, minflok, l-Istat innifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>B’mod globali, il-ġurisprudenza attwali dwar il-portata tad-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli tippreżenta elementi li jimmilitaw kemm favur u kif ukoll kontra l-possibbiltà li l-konsumatur finali jingħata huwa azzjoni diretta għal rimbors ta’ dan it-tip.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jekk jiġi aċċettat li l-persuna taxxabbli tista’, permezz tad-dritt għar-rimbors, tikseb ukoll kumpens għad-danni li jirriżultaw mit-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, jistgħu għaldaqstant jirriżultaw sitwazzjonijiet, bħalma hija dik li għadha kif issemmiet, fejn ikun l-Istat biss li jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala l-persuna li kontra tagħha l-konsumatur finali jista’ jaġixxi. Għaldaqstant isegwi li għandu jiġi rrikonoxxut il-kriterju tal-konsegwenza inevitabbli anki f’dak li jikkonċerna t-tnaqqis tal-patrimonju tal-konsumatur finali. Fil-fatt, jekk għandu jiġi kkunsidrat li minkejja d-deċiżjoni tal-persuna taxxabbli stess sabiex tgħaddi t-taxxa lil ħaddieħor, id-dannu msemmi, sostnut minn din tal-aħħar, jikkostitwixxi konsegwenza inevitabbli tal-ġbir tat-taxxa mill-Istat, it-tnaqqis tal-patrimonju tal-konsumatur finali, marbut mal-fatt li tkun ingħaddiet it-taxxa, ma huwiex inqas inevitabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk wieħed japplika l-kriterju tal-konsegwenza inevitabbli skont it-tifsira tiegħu, ikollu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex osservat f’dak li jikkonċerna lill-konsumatur finali. Fil-fatt, il-mogħdija tat-taxxa ma hijiex sistema awtomatika, u hija bbażata fl-aħħar mill-aħħar fuq deċiżjoni meħuda mill-persuna taxxabbli bħala imprenditur. B’din l-interpretazzjoni restrittiva, in-natura tad-dritt għar-rimbors li jista’ jiġi rrikonoxxut lill-persuna taxxabbli timmilita kontra li jingħata dan id-dritt lill-konsumatur finali.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dawn l-elementi kuntrarji jwasslu għall-konklużjoni li mill-ġurisprudenza attwali dwar il-portata tad-dritt għar-rimbors tal-persuna taxxabbli ma jista’ jiġi dedott ebda kriterju deċiżiv dwar mingħand min, bħala<?PAGE NO="I-9977"?> prinċipju, għandu jkun jista’ l-konsumatur finali jeżiġi r-rimbors. Madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jipprovdu elementi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Rikors dirett kontra l-Istat skont il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-talbiet ta’ ħlas lura tat-taxxi li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, hija s-sistema legali interna ta’ kull Stat Membru li għandha tipprovdi għall-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jsiru dawn it-talbiet, liema kundizzjonijiet għandhom iħarsu l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, MyTravel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/03" PAGE.ECR="I-8477" YEAR="2005">C-291/03, Ġabra p. I-8477</REF.DOC.ECR>, punt 17) u tal-<DATE ISO="20070315">15 ta’ Marzu 2007</DATE>, Reemtsma Cigarettenfabriken (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/05" PAGE.ECR="I-2425" YEAR="2007">C-35/05, Ġabra p. I-2425</REF.DOC.ECR>, punt 37).</P></NOTE>. Għaldaqstant, huma la għandhom ikunu inqas vantaġġjużi mill-kundizzjonijiet simili dwar il-ħlas lura li huma bbażati fuq dispożizzjonijiet tad-dritt intern u lanqas għandhom ikunu implementati b’mod li jagħmlu prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 103), MyTravel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 17), Reemtsma Cigarettenfabriken (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 37), u Direct Parcel Distribution Belgium (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm, fl-ewwel lok, l-identifikazzjoni tal-qrati kompetenti u l-organizzazzjoni tal-kawżi, jiġifieri r-regoli proċedurali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenzi Just (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 25), Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 85), Weber’s Wine World <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 103), Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 203) u Direct Parcel Distribution Belgium (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 46).</P></NOTE>. Madankollu, f’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja tat ukoll lill-Istati Membri, tal-inqas parzjalment, ir-responsabbiltà li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet sostantivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi Denkavit italiana (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 22), San Giorgio (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 12) u Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 86); ara wkoll, fir-rigward tar-responsabbiltà extra kuntrattwali tal-Istati Membri minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/90+C-9/90" PAGE.ECR="I-5357" YEAR="1991">C-6/90 u C-9/90, Ġabra p. I-5357</REF.DOC.ECR>, punti 42 u 43), tal-<DATE ISO="19970710">10 ta’ Lulju 1997</DATE>, Palmisani (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/95" PAGE.ECR="I-4025" YEAR="1997">C-261/95, Ġabra p. I-4025</REF.DOC.ECR>, punt 27), tas-<DATE ISO="20070417">17 ta’ April 2007</DATE>, AGM-COS.MET (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/03" PAGE.ECR="I-2749" YEAR="2007">C-470/03, Ġabra p. I-2749</REF.DOC.ECR>, punt 86) u tal-<DATE ISO="20090324">24 ta’ Marzu 2009</DATE>, Danske Slagterier (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/06" PAGE.ECR="I-2119" YEAR="2009">C-445/06, Ġabra p. I-2119</REF.DOC.ECR>, punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar fuq min jaqa’ l-obbligu hija kwistjoni sostantiva. F’dak li jikkonċerna l-persuna taxxabbli, it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata mid-dritt tal-Unjoni stess: l-obbligu jaqa’ fuq l-Istat. Fil-kuntest ta’ din ir-relazzjoni bejn żewġ persuni, ma hemm ħadd iktar li hu involut. F’dak li jikkonċerna, min-naħa l-oħra, lill-konsumatur finali, il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, kif ġie kkonstatat, japplikaw ukoll għall-kwistjonijiet sostantivi u jipprovdu tweġiba parzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’każ li, kif jidher li Danfoss u Sauer-Danfoss qegħdin jippretendu, id-dritt Daniż jagħti lill-konsumatur finali, li<?PAGE NO="I-9978"?> fuqu tkun għaddiet it-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt Daniż, id-dritt li jikseb ir-rimbors direttament mingħand l-Istat, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jitlob li tali dritt irid jingħata wkoll f’każ li t-taxxi jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk ir-rimbors jirriżulta li jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-każ fejn il-konsumatur finali jkollu jdur kontra l-persuna taxxabbli, il-prinċipju ta’ effettività jista’ għaldaqstant jitlob li l-konsumatur finali jingħatalu d-dritt li jdur direttament kontra l-Istat. Dan hu dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Reemtsma għall-każ fejn prestatarju ta’ servizz jitlob, bi żball, mingħand il-klijent tiegħu l-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li huwa mbagħad jgħaddiha lill-Istat u sussegwentement isir insolventi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza Reemtsma Cigarettenfabriken (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 41).</P></NOTE>. Din is-soluzzjoni tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta l-iżball ikun imputabbli mhux lill-prestatarju jew lill-bejjiegħ, iżda lill-Istat stess. F’każ li l-persuna taxxabbli tkun insolventi, il-prinċipju ta’ effettività jista’ għaldaqstant jeżiġi li l-konsumatur finali jingħata d-dritt li jitlob ir-rimbors direttament mingħand l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ effettività jeżiġi wkoll li dan id-dritt ikun effettivament, min-natura tiegħu stess, dritt għar-rimbors. Fil-fatt, l-eżerċizzju min-naħa tal-konsumatur finali tad-drittijiet tiegħu jkun eċċessivament diffiċli jekk huwa jkun irid jissodisfa, pereżempju, il-kundizzjonijiet iktar stretti li japplikaw, skont il-ġurisprudenza, għat-talbiet għall-kumpens għad-danni bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Fuq dan is-suġġett, ara s-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 207 sa 209).</P></NOTE>. Barra minn hekk, huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex, f’dik is-sitwazzjoni, l-Istat għandu jkun jista’ jinħeba wara dawn il-kundizzjonijiet iktar stretti għall-eżerċizzju ta’ dritt. Fil-fatt, huwa l-Istat li sa dak il-ħin ikun arrikka ruħu bl-ammont ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, u hija biss kwistjoni li dan l-ammont jiġi rrimborsat lill-persuna li tkun finalment sostniet il-piż ekonomiku.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jekk id-dritt nazzjonali ma jagħtix id-dritt għar-rimbors lill-konsumatur finali li jkun assuma l-piż ekonomiku tat-taxxa, u dan la kontra l-Istat u lanqas kontra l-persuna taxxabbli, il-prinċipju ta’ effettività jitlob madankollu li tal-inqas ikun hemm wieħed minn dawn iż-żewġ drittijiet għar-rimbors. Fil-fatt, dan il-prinċipju jobbliga lill-Istati Membri biex jipprovdu l-istrumenti u r-regoli proċedurali neċessarji biex il-konsumatur finali jkun jista’ jirkupra t-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>F’dan is-sens, is-sentenza Reemtsma Cigarettenfabriken (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punt 41); ara wkoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), TUE.</P></NOTE>. F’dan il-każ, tipprevali wkoll l-idea li jekk il-konsumatur finali jiġi obbligat jindirizza t-talbiet tiegħu għall-kumpens għad-danni kontra l-Istat, din<?PAGE NO="I-9979"?> is-sitwazzjoni ma tkunx tosserva l-grad ta’ protezzjoni mitlub mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat, bħala konklużjoni parzjali, li l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jistgħu jservu ta’ bażi għal talba għar-rimbors tal-konsumatur direttament kontra l-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Nuqqas ta’ rekwiżiti ulterjuri taħt id-dritt tal-Unjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Peress li mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ma jirriżulta ebda dritt għall-konsumatur finali biex jaġixxi direttament kontra l-Istat, wieħed għandu jżomm mar-regola ġenerali li tipprovdi li fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-talbiet ta’ ħlas lura ta’ taxxi li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jipprovdi għall-kundizzjonijiet li taħthom dawn it-talbiet jistgħu jsiru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Denkavit italiana<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 22.</P></NOTE>, osservat espressament li l-garanzija tad-drittijiet li l-effett dirett tal-projbizzjoni kontra l-ġbir ta’ ċerti taxxi jagħti lill-individwi, ma tesiġix neċessarjament li l-kundizzjonijiet proċedurali u sostantivi, li r-rimbors jista’ jkun meħtieġ jissodisfa, ikunu ispirati minn prinċipju uniformi u komuni għall-Istati Membri. L-istess u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> huwa applikabbli fil-każ ta’ persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>li jaqa’ taħt it-tieni livell<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li fuqu l-persuna taxxabbli tkun għaddiet taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat diversi drabi, l-Istati Membri għandhom soluzzjonijiet differenti għall-problema tar-rimbors ta’ taxxi indebitament imħallsa u anki, fl-istess Stat Membru, jista’ jkollok iktar minn soluzzjoni waħda skont id-diversi tipi ta’ taxxi inkwistjoni. Filwaqt li f’ċerti każijiet, it-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi jaqgħu taħt id-dritt amministrattiv, f’każijiet oħra, huma jaqgħu taħt id-dritt ċivili u jkollhom josservaw b’mod partikolari r-regoli dwar il-ħlas lura tal-ħlas indebitu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenzi Just (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 23 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), tas-<DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, Aprile (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/96" PAGE.ECR="I-7141" YEAR="1998">C-228/96, Ġabra p. I-7141</REF.DOC.ECR>, punt 17) u tas-<DATE ISO="20040617">17 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Recheio - Cash &amp; Carry (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/02" PAGE.ECR="I-6051" YEAR="2004">C-30/02, Ġabra p. I-6051</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>. Jekk, apparti l-każijiet fejn il-prinċipju ta’ effettività jkun jeżiġih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ ekwivalenza jwassal mhux biex iwaqqa’ l-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda preċiżament biex jagħmilha tapplika għall-każijiet fejn it-taxxi jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni dawn ir-regoli xi ftit kumplessi u, skont id-dritt tal-Unjoni, il-konsumatur finali jingħata dritt ġenerali għar-rimbors li l-istess<?PAGE NO="I-9980"?> konsumatur jista’ jinvoka direttament kontra l-Istat, mingħajr ma l-leġiżlatur tal-Unjoni jkun jista’ jiddefinixxi b’mod iktar preċiż il-kuntest ġuridiku ta’ dak id-dritt, iktar jistgħu jqumu problemi milli soluzzjonijiet. Wieħed jista’ jipprevedi wkoll li, għal dawk li huma spejjeż moderati li jirrigwardaw il-ħajja ta’ kuljum, huwa ħafna aħjar għall-konsumatur finali li jkun jista’ jittratta mal-persuna l-oħra milli jkollu joqgħod idur kontra l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt intern u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali għandhom jippreċiżaw jekk il-persuna li fuqha l-persuna taxxabbli tkun għaddiet taxxa nazzjonali, li tkun inġabret minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tistax titlob ir-rimbors tal-ammont tat-taxxa direttament mingħand l-Istat jew, bħala prinċipju, biss mingħand il-persuna taxxabbli jew ukoll, jekk hija tistax tagħżel bejn dawn iż-żewġ soluzzjonijiet, bl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Dan ir-riżultat jikkorrispondi wara kollox għas-soluzzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tat fis-sentenza Reemtsma Cigarettenfabriken<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, punti 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> għall-każijiet fejn fornitur ta’ servizz, bi żball, jitlob lill-klijent tiegħu biex iħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud u li l-istess fornitur iħallas lill-Istat. Minkejja li l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-Istat hija differenti skont jekk tkunx l-impriża li bi żball titlob lill-klijent tagħha taxxa li ma hijiex dovuta jew l-Istat stess li jiġbor, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, taxxa li sussegwentement tingħadda fuq ħaddieħor, ma huwiex meħtieġ li d-dritt għar-rimbors tal-persuni li jbatu l-piż ekonomiku tat-taxxa jiġi suġġett għal regoli differenti. Fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi ggarantit biss li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tikseb ir-rimbors tal-ammonti miġbura indebitament mill-Istat, kemm jekk b’mod dirett kif ukoll indirett.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-proċedura tal-kawża prinċipali, il-prinċipju ta’ effettività jista’ jeżiġi li jiġi aċċettat li r-rimbors jista’ jinkiseb direttament mill-Istat, ħaġa li finalment għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, il-Gvern Daniż iddikjara, fir-rigward tas-sitwazzjoni legali tad-Danimarka, li l-konsumatur finali ma għandux dritt li jikseb ir-rimbors direttament mingħand l-Istat. Danfoss u Sauer-Danfoss, min-naħa l-oħra, sostnew li, skont id-dritt Daniż, il-konsumatur finali lanqas ma seta’ jeżiġi rimbors mingħand il-persuna taxxabbli. Mistoqsi fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Gvern Daniż ikkonferma, f’dan ir-rigward, li l-eżistenza ta’ dan id-dritt kienet inċerta fir-rigward tad-dritt Daniż. Jekk, skont id-dritt Daniż, il-konsumatur finali ma jistax, fil-prattika, jitlob ir-rimbors tal-ammont tat-taxxa b’mod dirett jew<?PAGE NO="I-9981"?> indirett, l-eżerċizzju tad-drittijiet min-naħa tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jkun eċċessivament diffiċli jekk dan ikun finalment suġġett għall-possibbiltà li jiksbu r-rimbors mingħand il-kumpanniji taż-żejt, possibbiltà li għad trid tiġi kkonfermata legalment u li għalissa għadha inċerta, u jekk il-kawżi tagħhom kontra l-iSkatteministeriet jinċaħdu minħabba din ir-raġuni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda fis-sens li huwa l-ordinament ġuridiku intern u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, li għandhom jippreċiżaw jekk il-persuna li fuqha l-persuna taxxabbli tkun għaddiet it-taxxa nazzjonali li tkun inġabret minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tistax titlob ir-rimbors tal-ammont tat-taxxa direttament mingħand l-Istat jew, bħala prinċipju, mingħand biss il-persuna taxxabbli jew ukoll, jekk hija tistax tagħżel bejn dawn iż-żewġ soluzzjonijiet, bl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment tkun taf jekk, meta Stat Membru jkun ġabar dazju tas-sisa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u l-persuna taxxabbli tkun għaddiet dan id-dazju fuq il-klijent tagħha, it-talba ta’ dan l-istess klijent għall-kumpens għad-danni magħmula kontra l-Istat tistax tinċaħad minħabba li rabta kawżali diretta bejn il-ġbir tat-taxxa u d-dannu tal-klijent hija <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li l-Istati Membru huma, bħala prinċipju, responsabbli għad-danni kkawżati lill-individwi minn ksur tad-dritt tal-Unjoni li huwa imputabbli lilhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenzi Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 35), tal-<DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, Brasserie du Pêcheur u Factortame (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-46/93+C-48/93" PAGE.ECR="I-1029" YEAR="1996">C-46/93 u C-48/93, Ġabra p. I-1029</REF.DOC.ECR>, punt 31), Danske Slagterier (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 27), tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Transportes Urbanos y Servicios Generales (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-118/08" PAGE.ECR="I-635" YEAR="2010">C-118/08, Ġabra p. I-635</REF.DOC.ECR>, punt 29), tal-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, Fuß (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-429/09" PAGE.ECR="I-12167" YEAR="2010">C-429/09, Ġabra p. I-12167</REF.DOC.ECR>, punt 45) u tad-<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Combinatie Spijker Infrabouw-De Jonge Konstruktie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-568/08" PAGE.ECR="I-12655" YEAR="2010">C-568/08, Ġabra p. I-12655</REF.DOC.ECR>, punt 87).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Id-dritt għal kumpens għad-danni huwa suġġett għal tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li r-regola tad-dritt tal-Unjoni li nkisret għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-persuni leżi, li l-ksur ta’ din ir-regola huwa suffiċjentement serju, u fl-aħħar nett, li teżisti rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu subit<?PAGE NO="I-9982"?> mill-individwi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenzi Brasserie du Pêcheur u Factortame (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 51), Danske Slagterier (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 20) u Transportes Urbanos y Servicios Generales (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 30).</P></NOTE>. Id-domanda preliminari tirrigwarda din it-tielet kundizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Ċertament, bħala prinċipju, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw jekk fil-fatt teżistix rabta kawżali diretta bejn il-ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lill-Istat u d-dannu subit mill-individwi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenzi Brasserie du Pêcheur u Factortame (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 65), tal-<DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Rechberger <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-140/97" PAGE.ECR="I-3499" YEAR="1999">C-140/97, Ġabra p. I-3499</REF.DOC.ECR>, punt 72), AGM-COS.MET (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 83) u Fuß (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punti 48 u 59).</P></NOTE>. Għandu jiġi ppreċiżat, minn naħa waħda, li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, sabiex tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli, tagħtiha l-indikazzjonijiet li hija tiddeċiedi li jkunu neċessarji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20010118">18 ta’ Jannar 2001</DATE>, Stockholm Lindöpark (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/99" PAGE.ECR="I-493" YEAR="2001">C-150/99, Ġabra p. I-493</REF.DOC.ECR>, punt 38) u tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Stadeco (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-566/07" PAGE.ECR="I-5295" YEAR="2009">C-566/07, Ġabra p. I-5295</REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE> u li, min-naħa l-oħra, din hija inqas kwistjoni ta’ fatt milli ta’ dritt. Fil-fatt għandu jiġi ppreċiżat jekk il-kundizzjoni marbuta mar-rabta kawżali diretta għandhiex tinftiehem f’sens daqshekk restrittiv li, kif jindika b’mod partikolari l-Gvern Daniż, hija tista’ tiġi sodisfatta biss f’dak li jikkonċerna lill-persuna taxxabbli, u mhux il-persuna li fuqha l-persuna taxxabbli tkun għaddiet id-dazju tas-sisa miġbur bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ ineżami, ir-rabta kawżali bħala tali ma tqajjem ebda dubju. Kieku d-dazju tas-sisa ma kienx inġabar, ir-rikorrenti fil-proċeduri tal-kawża prinċipali ma kinux isofru d-dannu invokat, li jikkonsisti fl-ammont ta’ taxxa li l-kumpanniji taż-żejt għaddew fuqhom.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>In-natura diretta tar-rabta kawżali ma għandhiex tinftiehem b’mod assolut; għall-kuntrarju, skont il-ġurisprudenza, huwa biżżejjed li r-rabta kawżali tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>diretta biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 218) u Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 122).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet din il-preċiżazzjoni b’riferiment għall-ġurisprudenza tagħha dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19791004">4 ta’ Ottubru 1979</DATE>, Dumortier <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="64/76+113/76+167/78+239/78+27/79+28/79+45/79" PAGE.ECR="3091" YEAR="1979">64/76, 113/76, 167/78, 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, Ġabra p. 3091</REF.DOC.ECR>, punt 21).</P></NOTE>, qasam li għalih japplikaw essenzjalment l-istess tliet kundizzjonijiet bħal dawk li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza Brasserie du Pêcheur u Factortame (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 53).</P></NOTE>. Huwa possibbli wkoll li minn din il-ġurisprudenza jiġi dedott li l-kriterju marbut man-natura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>diretta biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> huwa intiż b’mod partikolari biex jipprekludi li jiġi kkumpensat kull dannu, anki jekk imbiegħed<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza Dumortier <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 21).</P></NOTE>. Peress li ma hemmx l-intenzjoni li l-kunċett tan-natura diretta jiġi estiż iżżejjed billi tiżdied il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, wieħed jista’, għaldaqstant, jitkellem<?PAGE NO="I-9983"?> sempliċement fuq rabta kawżali stretta. Madankollu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>rabta kawżali diretta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> huwa tant stabbilit fil-ġurisprudenza li, fil-kuntest tal-argumenti li jsegwu, jien ser nibqa’ nirreferi għal dan il-kunċett u għall-interpretazzjoni wiesgħa li ngħatatlu.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-gvern Daniż isostni li, b’riferiment għall-prinċipji tad-dritt Daniż dwar ir-responsabbiltà, huwa biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>dak li jkun sofra d-dannu b’mod dirett<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jista’ jkollu dritt għall-kumpens, filwaqt li l-persuna li fuqha ngħaddiet it-taxxa miġbura indebitament ma tappartjenix għal din il-kategorija. Id-dannu ta’ dik il-persuna jiddependi, min-naħa l-oħra, fuq serje sħiħa ta’ ċirkustanzi bħalma huma l-politika tal-prezz tal-persuna taxxabbli, kif ukoll il-politika tal-prezz tagħha stess, l-użu speċifiku tal-prodotti suġġetti għat-taxxa u s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni. Iktar minn hekk, il-kwistjoni dwar min, finalment, ser ibati l-piż ekonomiku hija diffiċilment prevedibbli u hija wkoll inċerta.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, dan il-kriterju marbut mal-persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>li tkun sofriet id-dannu b’mod dirett<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma jsibx ġustifikazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, skont il-ġurisprudenza stabbilita, it-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 73 iktar ’il fuq, li fosthom hemm ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>rabta kawżali diretta biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huma biżżejjed sabiex jiġi stabbilit favur individwi dritt għal kumpens<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenzi Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 41), AGM-COS.MET (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 85) u Fuß (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 65).</P></NOTE>. Huwa biss reċentement li l-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat espressament li l-Istati Membri ma kinux awtorizzati jistabbilixxu kundizzjonijiet supplimentari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza Fuß (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 66).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-kriterju msemmi mill-Gvern Daniż jikkostitwixxi fl-aħħar mill-aħħar kundizzjoni supplimentari, li fl-istess ħin hija bbażata fuq kunċett iktar strett ta’ kawżalità. Fil-fatt, dan il-kriterju jwassal biex iċaħħad, b’mod sistematiku u mingħajr ebda eżami speċifiku, lill-persuni li kellhom ibatu l-piż ekonomiku tat-taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, mid-dritt għall-kumpens stabbilit taħt id-dritt tal-Unjoni u li, minħabba dan il-fatt, l-istess persuni jsofru dannu ċar. L-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet rikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni, li dan id-dritt għall-kumpens huwa intiż li jiggarantixxi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenzi Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 33), Brasserie du Pêcheur u Factortame (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 52) u tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Köbler (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/01" PAGE.ECR="I-10239" YEAR="2003">C-224/01, Ġabra p. I-10239</REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>, ikunu konsiderevolment ippreġudikati f’każ li jkun hemm tali limitazzjoni ġenerali taċ-ċirku ta’ persuni li jista’ jkollhom dritt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9984"?><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li d-dannu li sofra l-konsumatur finali ma jista’ bl-ebda mod jitqies bħala konsegwenza mbiegħda tal-ġbir tat-taxxa. Kif diġà ġie indikat fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari, it-taxxi indiretti huma kkaratterizzati bil-fatt li l-persuna li tbati l-piż ekonomiku ma hijiex il-persuna taxxabbli, iżda l-konsumatur finali; din hija r-raġuni għaliex huwa l-konsumatur finali li finalment isofri d-dannu. Essenzjalment, id-dannu li jiġi trażmess fil-katina tal-operaturi huwa l-istess wieħed. L-ammont tiegħu jibqa’ l-istess, u dan jirrendih prevedibbli u kalkolabbli għall-Istat. Is-sempliċi fatt li l-persuna taxxabbli setgħet tirrinunzja milli tgħaddi t-taxxa permezz taż-żieda fil-prezz u li l-persuna realment milquta rrinunzjat ukoll milli tgħaddi t-taxxa ma huwiex biżżejjed la biex jevita r-rabta kawżali bejn il-ġbir tat-taxxa u d-dannu u lanqas biex tneħħi b’mod awtomatiku n-natura diretta biżżejjed ta’ dik ir-rabta kawżali fis-sens tal-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-fatt li ċ-ċirku ta’ persuni li jistgħu jitolbu kumpens ma jkunx iddefinit mill-ewwel, ma jaffettwax il-possibbiltà li jkun hemm rabta kawżali diretta. Effettivament, il-fatt li għadd mhux definit ta’ persuni jistgħu jipprevalixxu ruħhom mill-kwalità tagħhom ta’ persuni li għandhom dritt, ma jistax jeskludi d-dritt għall-kumpens irrikonoxxut taħt id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>F’dan is-sens, is-sentenza Brasserie du Pêcheur u Factortame (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 71).</P></NOTE>. Mill-bqija, għalkemm iċ-ċirku tal-persuni effettivament milquta ma jkunx jista’ jkun magħruf minn qabel daqs kemm jista’ jkun magħruf dak tal-persuni taxxabbli, huwa jista’, madankollu, jkun iddefinit b’mod preċiż <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT>. Dan jirrigwarda l-persuni li fuqhom tingħadda t-taxxa u li, min-naħa tagħhom, ma jistgħux jgħadduha huma wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>L-eżami ta’ qasam ieħor taħt id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tar-responsabbiltà jikkonferma li taħt dan id-dritt il-limitazzjoni tal-persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>direttament milquta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma hijiex skont kif tirriżulta fid-dritt Daniż. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fis-sentenza Manfredi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE>, Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04+C-296/04+C-297/04+C-298/04" PAGE.ECR="I-6619" YEAR="2006">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619</REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>, f’dak li jikkonċerna l-projbizzjoni ta’ akkordji taħt id-dritt tal-Unjoni, li kull persuna għandha d-dritt li titlob kumpens għal dannu subit meta jkun hemm rabta kawżali bejn l-imsemmi dannu u l-akkordju pprojbit.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta Stat Membru jkun ġabar dazju tas-sisa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u l-persuna taxxabbli tkun għaddiet dak id-dazju fuq il-klijent tagħha, id-dritt għall-kumpens ta’ dan tal-aħħar kontra l-Istat ma jistax jinċaħad minħabba li r-rabta kawżali diretta bejn il-ġbir tat-taxxa u d-dannu tal-klijent hija eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9985"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk nissuġġerixxi li għad-domandi prelimininari tal-Vestre Landsret tingħata risposta fit-termini segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Huwa l-ordinament ġuridiku intern u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali li għandhom jippreċiżaw jekk il-persuna li fuqha l-persuna taxxabbli tkun għaddiet it-taxxa nazzjonali, li tkun inġabret minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tistax teżiġi r-rimbors tal-ammont tat-taxxa direttament mingħand l-Istat jew, bħala prinċipju, biss mingħand il-persuna taxxabbli jew ukoll, jekk hija tistax tagħżel bejn dawn iż-żewġ possibbiltajiet, bl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta Stat Membru jkun ġabar dazji tas-sisa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u l-persuna taxxabbli tkun għaddiet dak id-dazju fuq il-klijent tagħha, id-dritt għall-kumpens ta’ dak il-klijent kontra l-Istat ma jistax jinċaħad minħabba li r-rabta kawżali diretta bejn il-ġbir tat-taxxa u d-dannu tal-klijent hija eskluża <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>