|
24.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/677
tas-17 ta’ Marzu 2023
li japprova emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Ricotta di Bufala Campana” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu, tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Ricotta di Bufala Campana”, irreġistrata bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2010 (2). |
|
(2) |
Peress li l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a), ta’ dak ir-Regolament (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Ricotta di Bufala Campana” (DOP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2010 tad-19 ta’ Lulju 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Ricotta di Bufala Campana” (DPO)) (ĠU L 186, 20.7.2010, p. 14).