29.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9035 — Charlesbank/Partners Group/H-Food Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 303/08)

1.   

Fit-22 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Charlesbank Capital Partners, LLC (“Charlesbank”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Partners Group AG (“Partners Group”, l-Isvizzera),

—

H-Food Holdings, LLC (“Hearthside”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Partners Group.

Charlesbank u Partner Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hearthside kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Charlesbank: ditta privata tal-investimenti tal-ekwità li tiffoka fuq akkwiżizzjonijiet maġġoritarji mmexxija mill-maniġment u t-tkabbir tal-finanzjament tal-kapital kif ukoll tinvolvi ruħha f’investimenti ta’ kreditu opportunistiċi. Il-portafoll tagħha jinkludi kumpaniji attivi f’firxa wiesgħa ta’ setturi, bħas-servizzi tan-negozju u l-edukazzjoni, il-konsumatur, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, servizzi industrijali u d-distribuzzjoni, it-teknoloġija, il-midja jew it-telekomunikazzjonijiet;

—   Partners Group: kumpanija ta’ ġestjoni ta’ investiment dinji tas-swieq privati li tiffoka fuq l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli privata, l-infrastruttura privata u d-dejn privat. Hearthside, li hija kkontrollata unikament minn affiljati ta’ Partners Group, hija attiva bħala manifattur tal-ikel b’kuntratt għal ditti alimentari u kumpaniji tal-ikel. Hearthside hija attiva wkoll fil-qasam tal-imballaġġ tal-ikel b’kuntratt u tagħmir tal-ippakkjar ta’ l-ikel b’kuntratt.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9035 — Charlesbank/Partners Group/H-Food Holdings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.