European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2246

20.3.2024

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(C/2024/2246)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Côtes du Roussillon Villages”

PDO-FR-A0999-AM01

Data tal-applikazzjoni: 20.4.2018

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata

Fil-Kapitolu I(IV)(2)(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet miżjuda d-data tas-6 ta’ Settembru 2016. Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ tal-art demarkata fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tal-art, fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta li qed tiġi kkunsidrata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

2.2.   Żieda tal-isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres”

Iż-żieda ta’ isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres”. Dan l-isem ġie ttrasferit mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon” għad-DOK “Côtes du Roussillon Villages” biex jinġabru flimkien l-ismijiet addizzjonali kollha taħt id-DOK “Côtes du Roussillon Villages”.

Żdiedu diversi punti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku:

Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – il-punt II “Ismijiet ġeografiċi u termini addizzjonali”, ġie ssupplimentat bl-isem “Les Aspres”. L-isem żdied mat-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali - tikkettar” tad-Dokument Uniku.

Il-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – il-punt IV - “Żona ġeografika u żoni li fihom jitwettqu d-diversi operazzjonijiet”. Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tad-denominazzjoni ġiet estiża sabiex tinkludi l-muniċipalitajiet li fihom jiġi prodott l-isem addizzjonali “Les Aspres”. Il-lista tal-muniċipalitajiet ikkonċernati ġiet miżjuda mal-punt 1(a) “żona ġeografika”.

Din tikkonċerna l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Pyrénées-Orientales: Bages parzjalment, Banyuls-dels-Aspres parzjalment, Brouilla parzjalment, Elne parzjalment, Fourques, Llupia parzjalment, Montauriol parzjalment, Ortaffa parzjalment, Passa, Ponteilla parzjalment, Saint-Jean-Lasseille, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie parzjalment, Terrats, Thuir parzjalment, Tordères parzjalment, Tresserre parzjalment, Trouillas, Villemolaque parzjalment, Vivès parzjalment.

It-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija stabbilita fid-dettall fid-Dokument Uniku. Din tispeċifika l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni u tal-ismijiet ġeografiċi addizzjonali.

L-isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres” ġie ttrasferit mid-DOP “Côtes du Roussillon” għad-DOP “Côtes du Roussillon Villages” biex jiġbor flimkien l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali kollha taħt id-DOP “Côtes du Roussillon Villages”.

Il-bidla mill-isem ġeografiku “Les Aspres” mid-denominazzjoni “Côtes du Roussillon” għad-denominazzjoni “Côtes du Roussillon Villages” ma tbiddilx ir-rabta maż-żona ġeografika minħabba li l-irqajja’ tal-art ittrasferiti ntgħażlu bir-reqqa sabiex jissodisfaw il-kriterji għad-definizzjoni tad-denominazzjoni “Côtes du Roussillon Villages”.

It-Taqsima “Żona ġeografika demarkata” tad-Dokument Uniku ġiet riveduta skont dan.

Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – il-punt IV - “Żona ġeografika u żoni li fihom jitwettqu d-diversi operazzjonijiet” - ġie miżjud il-punt 1(d) biex jispeċifika ż-żona tal-produzzjoni speċifika għall-isem “Les Aspres”.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Fit-Taqsima IV – Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 3 dwar iż-żona fil-viċinanza immedjata ġie emendat biex jinkludi l-isem addizzjonali “Les Aspres” wara l-bidla mid-DOP “Côtes du Roussillon” għad-DOP “Côtes du Roussillon Villages”.

Ir-regoli dwar l-użu ta’ termini ġeografiċi addizzjonali oħra huma ċċarati: hija ddefinita żona waħda għall-vinifikazzjoni tat-termini addizzjonali kollha (ħlief “Les Aspres”). Din iż-żona l-ġdida tkopri ż-żoni kollha tal-vinifikazzjoni previsti fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Ir-regoli dwar it-termini addizzjonali tat-tikkettar huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u mhumiex inklużi fid-Dokument Uniku, li ma ġiex emendat b’din l-emenda.

Fit-Taqsima IV – Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP “Côtes du Roussillon Villages”, tħassret il-kelma “produzzjoni”. Din il-kelma tħassret ukoll mill-punt 2.6 tad-Dokument Uniku. Dan it-tħassir huwa purament formali. Il-preparazzjoni tal-inbid tinkludi l-istadju tal-vinifikazzjoni u l-istadju tal-maturazzjoni, li t-tnejn huma msemmija u definiti.

It-Taqsima X, “Rabta maż-żona ġeografika”, ġiet miżjuda fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott bid-dettalji tal-isem addizzjonali “Les Aspres”.

Fit-Taqsima X(2) “Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti” u fil-punt 3 “interazzjonijiet kawżali” – jingħataw dettalji biex jiddeskrivu l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti b’rabta mal-isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres”:

Punt 2: “L-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres” iridu jkunu adattati għat-tqaddim u jridu jiġu mmaturati għal mill-inqas 12-il xahar. Għandhom struttura solida, ġeneruża b’espressjoni aromatika ddominata min-noti ta’ frott u ħwawar.

Punt 3: “Les Aspres” għandhom ħamrija li l-fond u l-istruttura tagħha jipprovdu biżżejjed ilma biex itaffu l-effetti tan-nixfa tal-klima. It-taħlit ta’ mill-inqas tliet varjetajiet ta’ dwieli jirriżulta f’inbejjed li huma perfettament ibbilanċjati bejn struttura b’saħħitha, freskezza u amplitudni, li huma partikolarment adatti għat-tqaddim fuq żmien twil.” .”

2.3.   Estensjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata

It-Taqsima IV(3) tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet emendata wara t-trasferiment tal-isem “Les Aspres”. L-operazzjonijiet relatati mal-maturazzjoni tal-inbejjed jistgħu jitwettqu f’żona usa’ milli għall-vinifikazzjoni. Iż-żona fil-viċinanza immedjata tinkludi d-département kollu tal-Pyrénées-Orientales kif ukoll id-départementa ġirien tal-Gard, tal-Hérault u tal-Aude, f’konformità mal-prattiki tar-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon.

Il-kelma: “preparazzjoni” tneħħiet mid-definizzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata (il-punt IV tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Dan it-tħassir huwa purament formali.

Il-punt tad-Dokument Uniku “Rekwiżiti addizzjonali” ġie emendat skont dan.

2.4.   Regoli dwar il-proporzjon ta’ varjetajiet ta’ dwieli

1)

Fil-punt V “Varjetajiet ta’ dwieli” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella li tiddeskrivi l-varjetajiet ta’ kull isem addizzjonali u t-tabella li tiddeskrivi l-proporzjon tal-varjetajiet differenti fil-produzzjoni tal-varjetajiet differenti ġew issupplimentati minn linja ddedikata għall-isem “Les Aspres” .

2)

Ġiet introdotta eċċezzjoni għar-regoli dwar il-proporzjon ta’ varjetajiet ta’ dwieli għall-produtturi tal-għeneb b’żoni żgħar.

Fil-fatt, ir-regoli dwar il-proporzjonijiet tal-varjetajiet ta’ dwieli mhumiex adattati għal dawn l-azjendi żgħar, li jikkonsistu fi ftit irqajja’ tal-art, li ma jagħmlux l-inbid tagħhom stess.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.5.   Regoli taż-żbir

1)

Fit-Taqsima VI “Ġestjoni tal-vinja” tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, issir speċifikazzjoni fir-regoli ġenerali dwar it-tħarriġ tad-dwieli li jikkonċernaw l-isem supplimentari “Les Aspres”: għal dan l-isem, il-varjetà Syrah N ma tistax tinżabar fiż-żbir ta’ Guyot singolu sabiex jiġi limitat ir-rendiment tal-frott fuq ħamrija aktar fonda.

Din id-dispożizzjoni ġiet inkluża fid-Dokument Uniku taħt “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.

2)

ir-regola dwar ir-riġenerazzjoni tal-irqajja’ tad-dwieli f’Cordon de Royat, imsemmija fil-punt VI(1)(b) tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġiet issimplifikata: il-limitu ta’ 10 % tal-pjanti eżistenti jista’ jinqabeż. Id-derogi jistgħu jsiru f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.6.   Miżuri tranżizzjonali

Il-Kapitolu I, il-punt XI - “Miżuri tranżizzjonali” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie ssupplimentat bid-dispożizzjoni li ġejja: “L-inbejjed prodotti mill-ħsad tal-2015 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-DOP “Côtes du Roussillon”, l-isem addizzjonali “Les Aspres”, jistgħu jiġu kkummerċjalizzati bid-DOP “Côtes du Roussillon villages”, isem addizzjonali “Les Aspres”.”

Din id-dispożizzjoni tippermetti li jiġu ddikjarati u kkummerċjalizzati l-inbejjed oriġinarjament prodotti fl-irqajja’ tal-art f’“Côtes du Roussillon Les Aspres” li saru “Côtes du Roussillon Villages Les Aspres” biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn “Côtes du Roussillon Les Aspres” u “Côtes du Roussillon Villages Les Aspres” mingħajr interruzzjoni tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni għall-operaturi, sakemm jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ta’ “Côtes du Roussillon Villages Les Aspres”.

Din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Il-Kapitolu I, il-punt XI - “Miżuri tranżizzjonali” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie ssupplimentat bid-dispożizzjoni li ġejja: “L-irqajja’ tal-art esklużi miż-żona tal-irqajja’ tal-art demarkata tal-isem supplimentari “Les Aspres” jistgħu jkomplu jużaw dan l-isem sal-qlugħ mill-għeruq tad-dwieli u sa mhux aktar tard mill-2030.”

Dawn huma 35 irqajja’ tal-art jew parti minn irqajja’ tal-art (jiġifieri 13.64 ettaru) li ma jissodisfawx il-kriterji għad-demarkazzjoni tal-irqajja’ tal-art f’“Côtes du Roussillon Villages Les Aspres” iżda li qabel kienu ġew assenjati l-isem “Côtes du Roussillon Les Aspres” għall-ħsad ta’ bejn l-2011 u l-2015. Sabiex l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni mingħajr interruzzjoni tal-produzzjoni, qed jiġi propost titkompla l-produzzjoni fl-irqajja tal-art f’“Côtes du Roussillon Villages Les Aspres” sal-ħsad tal-2030.

Il-lista tal-irqajja’ tal-art ikkonċernati hija kif ġej:

Demarkazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art - DOK “Côtes du Roussillon Villages Les Aspres”

Miżuri Tranżizzjonali

MUNIĊIPALITÀ

POST IMSEMMI

SEZZJONI

NUMRU

DIELJA

Erja (ha)

BANYULS-DELS-ASPRES

FUMASSOTTES

A

961

SYRAH

1,0640

CAMELAS

BELLEVISTE

B

104

GRENACHE N

0,5850

CAMELAS

POLITG

B

756

CARIGNAN N

0,2196

CANOHES

LAS CLOTTES

AT

18

GRENACHE N

0,2000

CASTELNOU

LE RIGAL

A

645

MOURVEDRE

0,0953

CASTELNOU

LE RIGAL

A

680

CARIGNAN N

0,0700

CASTELNOU

LE RIGAL

A

828

GRENACHE N

0,1005

FOURQUES

LAS COUMES

A

443

SYRAH

0,1900

FOURQUES

RIBE DE MATTE

A

671

CARIGNAN N

0,1700

FOURQUES

LA CUGULLADE

A

718

CARIGNAN N

0,5300

FOURQUES

OULIBEDE FOUSQUE

B

329

SYRAH

1,0000

MONTAURIOL

LA GARRIGUETTE

A

162

GRENACHE N

1,0000

MONTAURIOL

LAS PLANES

B

636

SYRAH

0,4502

PASSA

MAS D' EN LLAURO

A

523

CARIGNAN N

0,2700

PASSA

MAS D' EN LLAURO

A

535

SYRAH

1,0000

PASSA

MAS D' EN LLAURO

A

535

CARIGNAN N

0,2500

PASSA

MAS D' EN LLAURO

A

535

GRENACHE N

0,3000

PASSA

SERRE ST LUC

B

221

GRENACHE N

0,1700

PASSA

SERRES ST LUC

B

221

GRENACHE N

0,3000

PASSA

MAS D' EN BADIE

B

400

CARIGNAN N

0,5000

SAINTE-COLOMBE-DE-LA-COMMANDERIE

LE VIDRE

A

126

CARIGNAN N

0,3120

SAINTE-COLOMBE-DE-LA-COMMANDERIE

LE VIDRE

A

126

SYRAH

0,3510

SAINTE-COLOMBE-DE-LA-COMMANDERIE

POUX ROUDOUN

B

77

MOURVEDRE

0,1420

SAINTE-COLOMBE-DE-LA-COMMANDERIE

POUX ROUDOUN

B

78

MOURVEDRE

0,0660

TERRATS

LO BENTANA

A

508

CARIGNAN N

0,2850

TERRATS

LOS COUMAILS

B

22

MOURVEDRE

0,1130

TERRATS

LAS PLANES

B

320

MOURVEDRE

0,2815

TERRATS

LAS PLANES

B

320

MOURVEDRE

0,4735

TERRATS

CANTERRANE

B

717

GRENACHE N

0,4370

TERRATS

CANTERRANE

B

723

MOURVEDRE

0,3300

THUIR

L`ADOU

B

21

MOURVEDRE

0,7515

TROUILLAS

PLAS D'AMONT

A

59

MOURVEDRE

1,0800

TROUILLAS

ETANG BAS

B

1 169

GRENACHE N

0,2800

TROUILLAS

LA CREOUETTE

B

1 002

CARIGNAN N

0,2715

TROUILLAS

LA CREOUETTE

B

1 004

CARIGNAN N

0,0055

TOTAL

 

 

 

13,6441

 

Din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.7.   Data tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed

- Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott - it-Taqsima IX(5) “Ipproċessar, produzzjoni, maturazzjoni, imballaġġ, ħżin” ġie emendat kif ġej:

—

Id-data tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur għandha tkun speċifikata: Il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad għall-inbejjed kollha ħlief dawk bl-isem addizzjonali “Les Aspres” jew “Tautavel”, li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. Dawn id-dati għandhom jiġu stabbiliti skont il-perjodi tal-maturazzjoni stabbiliti għal kull isem ġeografiku addizzjonali.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew inklużi fit-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tad-Dokument Uniku.

—

Id-data tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni bejn l-imħażen awtorizzati għandha titressaq ’il quddiem għall-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad, minflok għall-1 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn il-produtturi u l-kummerċjanti titressaq ’il quddiem sabiex tippermetti l-awtorizzazzjoni tal-vinifikazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid fil-livell tan-negozjar qabel ma jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur.

Din l-emenda tmexxiet għat-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tad-Dokument Uniku.

2.8.   Obbligi ta’ rappurtar u żamma ta’ rekords

Dawn l-obbligi huma stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-emendi li saru għal dan il-kapitolu ma jaffettwawx id-Dokument Uniku. Dawn id-dispożizzjonijiet huma inklużi fil-pjan ta’ kontroll u ġew emendati biex jinġiebu f’konformità mal-proċeduri ta’ kontroll tad-denominazzjoni. Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

- Dikjarazzjoni tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ tal-art: huma speċifikati l-kundizzjonijiet li fihom tiġi organizzata l-kontinwità matul iż-żmien tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ tal-art. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ssupplimentata b’data dwar il-perċentwal ta’ pjanti mejtin jew neqsin, il-preżenza ta’ tagħmir tat-tisqija u kwalunkwe miżura tranżizzjonali;

- Dikjarazzjoni ta’ rinunzja għall-produzzjoni: il-kliem “kemm jista’ jkun malajr” huma sostitwiti bil-kliem: “mingħajr dewmien”;

- Dikjarazzjoni ta’ dritt: id-data finali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara l-ħsad. L-isem ta’ kwalunkwe isem ġeografiku supplimentari mitlub għandu jiġi ddikjarat;

- Dikjarazzjoni ta’ tranżazzjonijiet bl-ingrossa: il-kliem “stabbilit fil-pjan ta’ spezzjoni” jitħassar;

- Dikjarazzjoni tal-imballaġġ: id-dikjarazzjoni sistematika 8 ijiem qabel l-imballaġġ hija sostitwita b’sommarju ta’ kull xahar, jew b’sommarju trimestrali għall-operaturi li jwettqu operazzjonijiet tal-imballaġġ aktar minn 12-il darba fis-sena;

- Dikjarazzjoni ta’ riklassifikazzjoni: iż-żmien meħtieġ għad-dikjarazzjoni jitnaqqas għal 8 ijiem minflok 15;

- Dikjarazzjoni ta’ rinunzja ta’ isem ġeografiku: iż-żmien meħtieġ għad-dikjarazzjoni jitnaqqas għal 8 ijiem minflok 15.

- ir-reġistru rigward id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali jitħassar;

- il-pjan tal-kantina jista’ jiġi sostitwit b’lista li tidentifika n-numru, l-isem u l-kapaċità tal-kontenituri.

f)

Punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati: It-tabella fil-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issimplifikata. Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Il-lista tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati ġiet adattata biex issir aktar effiċjenti.

Dwar ir-regoli strutturali,

—

L-ODG jixtieq jsaħħaħ il-kontrolli fuq il-varjetajiet tad-dwieli u d-dħul tal-produzzjoni tad-dwieli ż-żgħar. Il-metodu taż-żabra huwa punt essenzjali li jinsab fil-miżuri strutturali u mhux fir-regoli marbuta maċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Fir-rigward tar-regoli marbuta maċ-ċiklu tal-produzzjoni:

—

Il-prattiki u l-proċessi enoloġiċi tneħħew mill-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati, peress li jiffurmaw parti mill-punti kkontrollati matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-prodott u fil-qafas tar-regoli ġenerali.

Dwar il-preżentazzjoni tal-prodotti;

—

L-ispezzjoni tat-tikkettar, li kienet inizjalment prevista, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ġenerali u ma tikkonċernax spezzjoni speċifika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk, dan il-punt tneħħa mill-punti ewlenin li kellhom jiġu kkontrollati.

Dawn il-punti huma inklużi fil-pjan ta’ kontroll u għalhekk ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Côtes du Roussillon Villages

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages” hija riżervata għall-inbejjed ħomor xotti u bla gass.

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 %.

Il-lottijiet tal-inbid aħmar lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew fl-istadju tal-imballaġġ, għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru jew inqas.

Il-lottijiet tal-inbid lesti biex jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa jew imballati għandhom kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru jew inqas:

Il-lottijiet tal-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ mhux inqas minn 14 %, lesti għall-bejgħ bl-ingrossa jew imballati, għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 4 grammi għal kull litru jew inqas.

L-aċidità volatili, l-aċidità totali, id-diossidu tal-kubrit totali, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum u l-qawwa alkoħolika proprja minima huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Karatteristiċi organolettiċi

L-inbejjed huma nbejjed ħomor xotti u bla gass. Għandhom kulur aħmar qawwi, b’aroma eleganti ta’ frott aħmar jew iswed, u togħma robusta, qawwija b’tannini bbilanċjati ħafna u finitura twila, li spiss hija karatterizzata mill-frott aħmar u l-ħwawar.

L-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Caramany”, b’aromi ta’ frott iswed u ħwawar, huma flessibbli, friski u rikki, l-aktar minħabba l-maċerazzjoni karbonika obbligatorja fil-produzzjoni għall-varjetà Carignan N.

L-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Latour-de-France” huma kkaratterizzati minn noti tas-selvaġġ u tal-ħwawar. Ibbilanċjati, qawwijin u mimlija togħma, huma adatti għat-tqaddim.

L-inbejjed bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Les Aspres” huma adatti għat-tqaddim u jeħtieġu maturazzjoni minima ta’ 12-il xahar. Għandhom struttura solida, ġeneruża b’espressjoni aromatika ddominata minn noti ta’ frott misjur u ħwawar.

Fl-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Lesquerde” jispikkaw il-mineralità u l-freskezza u dawn jiżviluppaw noti ta’ frott aħmar u ta’ bżar. Il-varjetà Syrah N hija kkombinata mal-varjetà Carignan N, li għaliha l-effett tat-tannini jittaffa bil-maċerazzjoni karbonika.

L-inbejjed bl-isem ġeografiku addizzjonali “Tautavel” huma kumplessi, persistenti u kkaratterizzati minn noti ta’ frott misjur, tax-xagħri u ta’ ħwawar. It-tannini qawwija tagħhom huma adattati għal maturazzjoni twila ta’ 12-il xahar wara l-ħsad.

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-leġiżlazzjoni Ewropea u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

Għall-“Côtes du Roussillon Villages” kemm jekk segwit mill-isem ġeografiku addizzjonali (DGC) “Latour-de-France” kif ukoll jekk le, l-inbejjed jitħallew jimmaturaw mill-inqas sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Għall-“Côtes du Roussillon Villages”, kemm jekk segwit mid-DGC “Caramany” u “Lesquerde” kif ukoll jekk le, il-varjetà Carignan N tiġi vinifikata bil-maċerazzjoni karbonika u l-inbejjed jitħallew jimmaturaw mill-inqas sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Għall-“Côtes du Roussillon Villages” kemm jekk segwit mid-DGC “Les Aspres” u “Tautavel” kif ukoll jekk le, l-inbejjed jitħallew jimmaturaw mill-inqas sal-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

L-inbejjed tad-DOP “Côtes du Roussillon Villages” kollha jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara l-ħsad, ħlief dawk li jibbenefikaw mid-DGC “Les Aspres” u “Tautavel”, li jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur mill-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara l-ħsad.

L-inbejjed tad-DOP “Côtes du Roussillon Villages”, kemm jekk segwiti minn DGC kif ukoll jekk le, jistgħu jiċċirkolaw bejn l-imħażen awtorizzati mhux qabel il-15 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad.

Prattika ta’ kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom wisa’ bejn il-flanni ta’ aktar minn 2,50 metri. L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,5 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-ispazju bejn id-dwieli fl-istess ringiela.

Għad-dwieli mħawlin fi kwadru jew f’ringieli irregolari, kull pjanta għandha erja massima ta’ 3 metri kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn il-flanni u l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela.

Il-wisa’ bejn il-flanni u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann huwa ta’ 1,70 metru jew inqas.

Soġġett għall-konformità mad-densità minima tat-tħawwil, id-dwieli mħawlin b’żieda ma’ pjantazzjoni eżistenti jista’ jkollhom distanza bejn il-flanni ta’ aktar minn 2,50 metri.

Id-dwieli jinżabru qosra b’massimu ta’ 7 idfra għal kull dielja. Kull difer għandu massimu ta’ 2 għejun;

Ir-riġenerazzjoni ta’ roqgħa tal-art tad-dwieli mħarrġa bis-sistema tal-Cordon de Royat ma tistax taqbeż l-10 % tal-pjanti eżistenti kull sena;

Il-varjetà Syrah N tista’ tinżabar biż-żabra Guyot singolu b’massimu ta’ 8 għejun għal kull dielja, li minnhom massimu ta’ 6 għejun fuq iż-żarġun twil u difer 1 b’massimu ta’ 2 għejun. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-isem ġeografiku addizzjonali “Les Aspres”.

Tista’ tiġi awtorizzata l-irrigazzjoni

b.   Rendimenti massimi

54 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni kif approvata mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-10 ta’ Lulju 2014 dwar delegazzjoni tal-kumitat nazzjonali kompetenti u li tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département tal-Pyrénées-Orientales abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023:

Ansignan, Bages parzjalment, Baho, Baixas, Banyuls-dels-Aspres parzjalment, Bélesta, Brouilla parzjalment, Calce, Caramany, Cases-de-Pène, Cassagnes, Corneilla-la-Rivière, Elne parzjalment, Espira-de-l’Agly, Estagel, Fourques, Lansac, Latour-de-France, Lesquerde, Llupia parzjalment, Maury, Millas (biss għall-parti tat-territorju fit-Tramuntana tat-Têt), Montalba-le-Château, Montauriol parzjalment, Montner, Opoul-Périllos, Ortaffa parzjalment, Passa, Perpignan (biss għall-parti tat-territorju fit-Tramuntana tat-Têt), Peyrestortes, Pézilla-la-Rivière, Planèzes, Ponteilla parzjalment, Rasiguères, Rivesaltes, Saint-Arnac, Saint-Estève, Saint-Jean-Lasseille, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie parzjalment, Saint-Paul-de-Fenouillet, Salses-le-Chateau, Tautavel, Terrats, Thuir parzjalment, Tordères parzjalment, Tresserre parzjalment, Trouillas, Villemolaque parzjalment, Villeneuve-la-Rivière, Vingrau, Vivès.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Carignan N

 

Grenache N

 

Lledoner pelut N

 

Mourvèdre N - Monastrell

 

Syrah N - Shiraz

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Fid-département tal-Pyrénées-Orientales, iż-żona ġeografika hija demarkata mill-konfini naturali kif ġej:

—

fit-Tramuntana, il-massif ta’ Corbières, li huwa konfini amministrattiv mad-département tal-Aude;

—

fin-Nofsinhar, ix-Xmara Tech u l-Pjemont tal-Pirinej;

—

fil-Punent, l-għoljiet tal-massif tal-Fenouillèdes u dawk tal-massif tal-Canigou;

—

u fil-Lvant iż-żoni ta’ Salanque madwar il-lagi, ta’ Salses-le-Château u ta’ Canet-en-Roussillon u l-Baħar Mediterran.

Minn parti għal oħra tax-xmara prinċipali t-Têt fil-bażi tal-katina tal-muntanji, iż-żona ġeografika hija ffurmata madwar sistemi kumplessi idrografiċi intermedjarji:

Fuq ix-xatt tax-xellug, ix-xmara Agly tgħaddi miż-żona ġeografika, li, f’rotta serpeġġjanti ħafna, taqta’ widien dojoq weqfin fil-Fenouillèdes. Din ix-xmara mbagħad tispiċċa fil-baċir ta’ Estagel fejn tilqa’ ż-żewġ tributarji tagħha, spiss xotti, ix-xmara Maury, li taqsam iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, li għandha l-istess isem u l-Verdouble, mill-Grigal għal-Lbiċ, li ġejja minn Tautavel. Imbagħad terġa’ taqbad perkors kaotiku fl-għoljiet kalkarji tal-Corbières qabel ma tingħaqad mal-art imtarrġa tar-Rivesaltais u l-baħar.

Fuq ix-xatt tal-lemin, iż-żona ġeografika testendi fuq il-baċiri tar-Réart u t-tributarji tagħha (Canterrane, Galserane, eċċ.), li essenzjalment ittrasformaw il-molasses f’pajsaġġ ta’ għoljiet f’diversi stadji ta’ erożjoni u f’ravini, li r-riżalt tagħhom niżel lejn il-Lvant.

Din l-aggregazzjoni ġeografika magħmula minn għoljiet bil-qċaċet xi drabi evidenti, minn għoljiet baxxi, ravini, widien u għelieqi mtarrġa, kważi esklussivament riżervata għall-kultivazzjoni tad-dwieli, toffri pajsaġġ ta’ vitikultura rurali b’irħula u żoni ta’ vitikultura li għadhom protetti mill-urbanizzazzjoni.

Dan it-territorju jkopri 51 muniċipalità jew partijiet ta’ muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Wara t-tlajja tal-Pirinej fil-qrib, huma rappreżentati ż-żoni ġeoloġiċi kollha li joffru ħamrija estremament varjata fi spazju żgħir. Dawn huma formazzjonijiet minn degradazzjoni fuq il-post tal-blat ta’ taħt id-depożiti alluvjali, jew li oriġinaw mll-movimenti jew id-depożiti tal-lagi u tal-baħar. Id-dwieli jokkupaw prinċipalment żoni kbar ta’ ħamrija magħmula minn shale kannella u assimilat, shale iswed, ġebla tal-ġir taflija, gneiss, ramel granitiku u terrazzi u minn ħamrija ta’ molasses ġeblija u biż-żrar. Din id-diversità għalhekk tippermetti li kull unità ġeografika jkollha prodotti karatteristiċi partikolari tagħha.

Madankollu, l-irqajja’ tal-art speċifikament demarkati għall-produzzjoni tal-għeneb iddestinat għad-denominazzjoni għandhom ħamrija li l-karatteristiċi komuni tagħha huma fqar fil-materja organika, niexfa, ġeblija u skulata sew.

Il-klima hija Mediterranja bi sjuf sħan u xtiewi moderati. Ix-xemx annwali hija ta’ aktar minn 2 500 siegħa, b’xita annwali ta’ bejn 450 mm u 650 millimetru, ħafna drabi bil-maltempati, li twassal għal telf sinifikanti minħabba l-ilma tax-xeba’. It-temperatura medja tvarja minn 15 °C fejn il-baħar sa 13 °C lejn il-Punent minħabba l-altitudni li tikkontribwixxi arja aktar friska.

Madankollu, il-klima tar-Roussillon hija kkaratterizzata prinċipalment mill-frekwenza (jum 1 minn 3) tat-“Tramontane”, ir-riħ tal-Majjistral, li spiss ikun qawwi u kiesaħ ħafna fix-xitwa wara li jkun għadda minn fuq il-qċaċet tal-Pirinej. Minħabba dan ir-riħ jitqaċċtu l-friegħi fir-rebbiegħa, u jkun hemm aktar nixfa fis-sajf, iżda jippurifika l-atmosfera u jagħmilha possibbli li jitnaqqas it-trattament fuq id-dwieli. Ir-riħ tal-baħar inqas frekwenti jipprovdi l-umdità u x-xita.

F’dan il-kuntest Mediterranju ħafna, id-dwieli jinsabu kullimkien bejn ix-xagħri u l-ġmiem f’pajsaġġ ta’ sbuħija vjolenti u selvaġġa, xi drabi minerali.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Ir-Roussillon, li jagħti ismu lill-belt Ibero-Ligurika ta’ Ruscino, belt li ilha tiffjorixxi mis-seklu 6 Qabel Kristu, fetaħ għall-kultivazzjoni tad-dwieli mal-wasla tal-Foċej fuq il-kosta tal-blat, madwar s-600 Qabel Kristu. Dawn għallmu lill-abitanti lokali l-arti taż-żbir tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbid, u f’din il-klima sħuna u bir-riħ, malajr ipproduċew inbejjed b’kontenut għoli ta’ alkoħol u adattati għat-trasport.

Fil-provinċja tan-“Narbonnaise” li kienet tappartjeni għaliha r-Roussillon taħt il-ħakma Rumana, id-dwieli jokkupaw l-għoljiet, flimkien mas-siġar taż-żebbuġ, u b’hekk ħallew l-art inqas muntanjuża għall-merħliet u għall-għelejjel li jinħartu.

Minn dak iż-żmien, il-vitikultura baqgħet fattur kostanti tal-agrikoltura f’dan ir-reġjun. Bl-appoġġ tal-Viżigoti, id-dwieli sofrew qerda barbarika qabel ma reġgħu qabdu fis-seklu 9 bis-saħħa tal-abbaziji Benedittini. Fis-seklu 10, ħafna mapep kienu juru dwieli li waslu sa Fenouillèdes, il-parti li tinsab l-aktar fil-Punent taż-żona ġeografika.

Kienu l-inbejjed ħelwin naturali li fil-bidu żguraw ir-reputazzjoni tar-reġjun.

Mal-wasla tal-ferrovija, kien hemm estensjoni mifruxa tad-dwieli u, fuq kollox, inbdiet il-produzzjoni ta’ nbejjed xotti ta’ kwalità.

F’Jannar 1952 il-“Corbières du Roussillon” ġie rikonoxxut bħala inbid ta’ kwalità superjuri bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini, speċifikament għall-inbejjed prodotti fit-Tramuntana tax-Xmara Têt. Bl-istess mod, ġie rikonoxxut ukoll l-inbid ta’ kwalità superjuri bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Corbières supérieur du Roussillon”, għal madwar erbgħin muniċipalità fejn kienu jinsabu “l-aħjar artijiet” (J. FANET - Les vins du Roussillon - 1980).

Bir-raggruppament fl-1977 tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini tal-inbejjed ta’ kwalità superjuri bl-isem “Côtes du Roussillon”, iż-żona ġeografika speċifika tas-settur storiku “Corbières supérieure du Roussillon” fit-Tramuntana hija rikonoxxuta bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages”.

F’dik id-data, żewġ muniċipalitajiet, li għandhom reputazzjoni soda għall-inbejjed tagħhom ikkummerċjalizzati minn kumpaniji magħrufa, kienu jibbenefikaw mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Caramany” u “Latour-de-France” li jistgħu jkunu assoċjati mad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages”.

Sussegwentement, wara riflessjoni ġenerali dwar il-prijoritizzazzjoni piramidali tal-produzzjoni, abbażi tar-rikonoxximent ta’ unitajiet pedoklimatiċi identifikati, ġew definiti ismijiet ġeografiċi addizzjonali oħra:

—

fl-1995, “Lesquerde”, ikkaratterizzat minn żoni b’ħamrija f’altitudnijiet tar-ramel granitiku,

—

fl-1997, “Tautavel” fil-wied tal-Verdouble, ikkaratterizzat minn żoni b’ħamrija taflija u ġebla tal-ġir.

—

fl-2017, “Les Aspres”, ippożizzjonati fil-ħamrija ġeblija u biż-żrar tal-molassses.

8.3.   Interazzjonijiet kawżali

Fir-Roussillon, id-dwieli tal-“Côtes du Roussillon”, tal-“Côtes du Roussillon Villages” u tal-“Côtes du Roussillon Villages” b’isem ġeografiku addizzjonali, huma r-riżultat tal-kombinament ta’ storja antika tal-vitikultura u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert minn komunità umana ħerqana li tivvalorizza, fi ħdan l-unitajiet ġeografiċi differenti, l-identitajiet uniċi għall-inbejjed.

Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni “Côtes du Roussillon Villages”, magħmula minn għeneb minn irqajja’ tal-art magħżula bir-reqqa fiż-żona tal-irqajja’ tal-art demarkata, li l-varjetajiet tagħhom jintgħażlu abbażi tal-adattament tagħhom għall-post fejn jinsabu, toffri diversi espressjonijiet, li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi umani naturali u lokali, li jiżvelaw ir-rikkezza u l-oriġinalità tal-inbejjed prodotti.

Il-kundizzjonijiet naturali favorevoli, il-klima Mediterranja moderata u niexfa, ġranet xemxin sinifikanti, xita limitata u l-effett ta’ purifikazzjoni tat-Tramontane fuq il-kundizzjoni tas-saħħa tal-għeneb, jgħinu biex jinkiseb għeneb ta’ kwalità għolja bl-aħjar maturità.

Il-varjetajiet tradizzjonali, il-Grenache N, il-Mourvèdre N u l-Carignan N, huma adatti notevolment għall-ħamrija fqira u għall-klima xotta u bir-riħ, b’mod partikolari bl-użu taż-żbir qasir, li ntiret mill-vinji antiki mħawla f’qafas mhux kanizzat, biex ikunu reżistenti għar-riħ u għan-nixfa. Il-varjetà Syrah N, li s-soltu tkun f’qafas kanizzat minħabba li hija sensittiva għar-riħ, titħawwel f’postijiet b’ħamrija aktar fonda u aktar friska.

It-tgħaqqid ta’ dawn id-diversi elementi li jikkaratterizzaw it-territorju miżmum għall-produzzjoni ta’ Côtes du Roussillon Villages jirriżulta f’inbejjed ħomor ikkaratterizzati mill-intensità tal-kulur tagħhom, mir-rikkezza aromatika tagħhom, li tikkombina noti ta’ frott misjur aħmar jew iswed ma’ ħwawar, u mill-konċentrazzjoni tannika tagħhom.

Fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages”, teżisti d-diversità tal-ambjenti naturali u tal-prodotti li jirriżultaw minnha. Din id-diversità, tidher b’mod partikolari, fil-ħames ismijiet ġeografiċi addizzjonali, fuq l-irqajja’ tal-art speċifikament demarkati għall-ħsad tal-għeneb għal kull isem:

“Caramany”, għandha ħamrija gneiss, li l-freskezza tagħha hija xierqa għall-espressjoni tal-finezza aromatika tal-varjetà Syrah N, u li fiha l-maċerazzjoni karbonika tiżvela l-potenzjal aromatiku tal-Carignan N u tagħmilha possibbli li tinkiseb il-flessibbiltà fl-istruttura tal-inbejjed;

“Latour-de-France”, li l-unità ġeografika tiegħu tinsab fl-iżbokk tal-Agly, b’irqajja’ tal-art li jinsabu f’muniċipalitajiet u f’postijiet imsemmija identifikati b’mod preċiż, u għandha ħamrija sħuna li tippermetti lill-varjetà Grenache N tesprimi t-temperatura Mediterranja, bil-varjetà Carignan N adatta sew għall-għoljiet xemxin ħafna, u li fiha l-varjetà Syrah N, li titħawwel f’ħamrija aktar friska, tagħti aroma pikkanti lill-inbejjed qawwijin, b’potenzjal eċċellenti għat-tqaddim;

“Les Aspres”, għandha ħamrija li l-fond u l-konsistenza tagħha jipprovdu biżżejjed ilma biex itaffu l-effetti tan-nixfa tal-klima. It-taħlita ta’ mill-inqas tliet varjetajiet ta’ dwieli tagħti nbejjed ibbilanċjati perfettament bejn struttura b’saħħitha, ta’ freskezza u ta’ amplitudni, li huma partikolarment adatti għat-tqaddim fuq żmien twil;

“Lesquerde”, għandha ramel granitiku fqir f’altitudni, li fiha l-varjetajiet Syrah N u Grenache N jimmaturaw bil-mod u jesprimu l-mineralità ta’ din il-ħamrija aċiduża; il-preżenza ta’ Carignan N, vinifikat bil-maċerazzjoni karbonika, tagħti lill-inbid karattru vivaċi ħafna meta ma jkunux għadhom immaturaw;

“Tautavel”, fil-qalba tal-wied tal-istess isem, li għandha ħamrija taflija u tal-ġir li fiha l-varjetà Grenache N, imħawla fuq l-għoljiet baxxi, ġeblija u aridi, tesprimi s-sħana u s-saħħa, bil-bilanċ miksub mill-maturazzjoni ta’ diversi xhur, li spiss issir taħt l-imsaġar, filwaqt li l-varjetajiet Syrah N u Mourvèdre N isibu l-freskezza meħtieġa għall-espressjoni sħiħa tagħhom. Il-varjetà Carignan N hawnhekk issib il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima partikolarment favorevoli għall-espressjoni tal-potenzjal tagħha.

F’żona b’riżalt spiss immarkat, id-dwieli jjiffurmaw parti minn pajsaġġ Mediterranju magħmul mix-xagħri, minn ġmiem ta’sikwit tal-blat b’wirt kulturali u storiku rikk.

Il-pożizzjoni tal-irħula ppreservati mill-urbanizzazzjoni dejjem tikber, li hija karatteristika taż-żona kostali u tal-pjanura, għamlitha possibbli li jinżammu vinji li jitħaddmu minn ħafna fabbriki tal-inbid speċjali u minn vitikulturisti miġbura flimkien f’kooperattivi tal-fabbriki tal-inbid modernizzati.

Din is-sinerġija kkontribwiet għall-iżvilupp tar-reputazzjoni tal-inbejjed “Côtes du Roussillon Villages” u għall-promozzjoni tad-diversi ismijiet.

L-għarfien espert tal-produtturi, miksub matul il-ġenerazzjonijiet, u d-diversità tal-ħamrija u tal-klima taż-żona strettament demarkata u mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom, flimkien ħolqu l-identità tal-familja tal-inbejjed “Côtes du Roussillon”, u d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages” inħolqot għall-inbejjed ħomor biss, kemm jekk issupplimentata bl-isem ta’ isem ġeografiku addizzjonali kif ukoll jekk le.

Din ir-rikkezza ta’ diversità turi r-rabta storika tal-produtturi mal-pajsaġġi tagħhom u d-dinamiżmu tagħhom fil-promozzjoni tal-prodotti inkorporati fihom.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Id-DOK “Côtes du Roussillon Villages” jista’ jiġi ssupplimentat bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Caramany”, “Latour-de-France”, “Les Aspres”, “Lesquerde” u “Tautavel” skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-dettalji fakultattivi kollha għandhom jinkitbu fuq it-tikketti, b’karattri li d-daqs tagħhom, kemm tal-għoli kif ukoll tal-wisa’, m’għandux ikun akbar mid-doppju ta’ dak tal-karattri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-isem tal-isem ġeografiku addizzjonali għandu jiġi stampat fuq it-tikketta u fir-reklamar tal-inbejjed f’karattri li ma jkunux akbar, sew fl-għoli jew fil-wisa’, mill-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Grand Vin de Roussillon”.

Id-daqs tal-ittri ta’ din l-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Côtes du Roussillon Villages”, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département tal-Pyrénées-Orientales abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023, li ma jinkludix il-partijiet tal-muniċipalitajiet elenkati fil-punt IV(1)(a) li t-territorju tagħhom jifforma ż-żona ġeografika:

Alenya, Amélie-les-Bains-Palalda, Arboussols, Argelès-sur-Mer, Bages, Banyuls-dels-Aspres, Bompas, Bouleternère, Le Boulou, Brouilla, Cabestany, Caixas, Camélas, Canet-en-Roussillon, Canohès, Castelnou, Caudiès-de-Fenouillèdes, Céret, Claira, Les Cluses, Collioure, Corbère, Corbère-les-Cabanes, Corneilla-del-Vercol, Elne, Espira-de-Conflent, Estoher, Feilluns, Finestret, Fosse, Ille-sur-Têt, Joch, Laroque-des-Albères, Latour-Bas-Elne, Llauro, Llupia, Marquixanes, Maureillas-las-Illas, Millas, Montauriol, Montescot, Montesquieu-des-Albères, Néfiach, Oms, Ortaffa, Palau-del-Vidre, Perpignan, Pézilla-de-Conflent, Pia, Pollestres, Ponteilla, Prats-de-Sournia, Prugnanes, Reynès, Rigarda, Rodès, Saint-André, Saint-Cyprien, Sainte-Colombe-de-la-Commanderie, Sainte-Marie-la-Mer Saint-Féliu-d’Amont, Saint-Féliu-d’Avall, Saint-Génis-des-Fontaines, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-Pla-de-Corts, Saint-Laurent-de-la-Salanque, Saint-Martin-de-Fenouillet, Saint-Michel-de-Llotes, Saint-Nazaire, Saleilles, Le Soler, Sorède, Sournia, Taillet, Tarerach, Théza, Thuir, Tordères, Torreilles, Toulouges, Tresserre, Trévillach, Trilla, Villelongue-de-la-Salanque, Villelongue-dels-Monts, Villemolaque, Villeneuve-de-la-Raho, Vinça, Vivès, Le Vivier.

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-maturazzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet elenkati hawn fuq li jikkostitwixxu ż-żona fil-viċinanza immedjata għall-vinifikazzjoni tad-denominazzjoni, u l-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023:

Id-département tal-Aude: Aigues-Vives, Ajac, Albas, Alet-les-Bains, Alzonne, Antugnac, Aragon, Argeliers, Argens-Minervois, Armissan, Arquettes-en-Val, Azille, Badens, Bages, Bagnoles, Barbaira, Bizanet, Bize-Minervois, Blomac, Bouilhonnac, Bouriège, Boutenac, Cabrespine, Campagne-sur-Aude, Camplong-d’Aude, Canet, Capendu, Cascastel-des-Corbières, Cassaignes, Castelnau-d’Aude, Castelreng, Caunes-Minervois, Caunettes-en-Val, Caves, Cépie, Comigne, Conilhac-Corbières, Conques-sur-Orbiel, Couiza, Cournanel, Coustaussa, Coustouge, Cruscades, Cucugnan, Davejean, Dernacueillette, La Digne-d’Amont, La Digne-d’Aval, Douzens, Duilhac-sous-Peyrepertuse, Durban-Corbières, Embres-et-Castelmaure, Escales, Espéraza, Fabrezan, Felines-Termenès, Ferrals-les-Corbières, Festes-et-Saint-André, Feuilla, Fitou, Fleury, Floure, Fontcouverte, Fontiès-d’Aude, Fontjoncouse, Fournes-Cabardès, Fraisse-Cabardès, Fraissé-des-Corbières, Gaja-et-Villedieu, Gardie, Ginestas, Gruissan, Homps, Les Ilhes, Jonquières, Labastide-en-Val, Ladern-sur-Lauquet, Lagrasse, Laroque-de-Fa, Lastours, Laure-Minervois, Leucate, Lézignan-Corbières, Limousis Limoux, Loupia, Luc-sur-Aude, Luc-sur-Orbieu, Magrie, Mailhac, Maisons, Malras, Malves-en-Minervois, Marseillette, Mayronnes, Mirepeisset, Montazels, Montbrun-des-Corbières, Montgaillard, Montirat, Montolieu, Montredon-des-Corbières, Montséret, Monze, Moussoulens, Moux, Narbonne, Névian, Ornaisons, Padern, Palairac, La Palme, Paraza, Pauligne, Paziols, Pennautier, Pépieux, Peyriac-de-Mer, Peyriac-Minervois, Peyrolles, Pezens, Pieusse, Pomas, Portel-des-Corbières, Port-la-Nouvelle, Pouzols-Minervois, Puichéric, Quintillan, La Redorte, Ribaute, Rieux-en-Val, Rieux-Minervois, Roquecourbe-Minervois, Roquefort-des-Corbières, Roquetaillade-et-Conilhac, Rouffiac-d’Aude, Roubia, Rouffiac-des-Corbières, Rustiques, Saint-André-de-Roquelongue, Saint-Couat-d’Aude, Saint-Couat-du-Razès, Sainte-Eulalie, Sainte-Valière, Saint-Frichoux, Saint-Hilaire, Saint-Jean-de-Barrou, Saint-Laurent-de-la-Cabrerisse, Saint-Nazaire-d’Aude, Saint-Pierre-des-Champs, Saint-Polycarpe, Sallèles-Cabardès, Salles-d’Aude, Salsigne, La Serpent, Serres, Serviès-en-Val, Sigean, Talairan, Taurize, Termes, Thézan-des-Corbières, Tournissan, Tourouzelle, Tourreilles, Trassanel, Trausse, Trèbes, Treilles, Tuchan, Val-de-Dagne, Val-du-Faby (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fa), Ventenac-Cabardès, Ventenac-en-Minervois, Vignevieille, Villalier, Villanière, Villardonnel, Villar-en-Val, Villar-Saint-Anselme, Villarzel-Cabardès, Villebazy, Villedubert, Villegailhenc, Villegly, Villelongue-d’Aude, Villemoustaussou, Villeneuve-les-Corbières, Villeneuve-Minervois, Villerouge-Termenès, Villesèque-des-Corbières, Villetritouls, Vinassan;

Id-département tal-Gard: Aspères, Aujargues, Brouzet-lès-Quissac, La Cadière-et-Cambo, Calvisson, Cannes-et-Clairan, Carnas, Combas, Conqueyrac, Corconne, Crespian, Fontanès, Gailhan, Junas, Langlade, Lecques, Liouc, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Saint-Clément, Saint-Hippolyte-du-Fort, Saint-Mamert-du-Gard, Salinelles, Sardan, Sommières, Souvignargues, Vic-le-Fesq, Villevieille ;

Id-département tal-Pyrénées-Orientales: Banyuls-sur-Mer, Cerbère, Port-Vendres.

Id-département tal-Hérault: Adissan, Agel, Aigne, Aigues-Vives, Alignan-du-Vent, Aniane, Arboras, Argelliers, Aspiran, Assas, Assignan, Aumelas, Autignac, Azillanet, Babeau-Bouldoux, Bassan, Beaufort, Beaulieu, Berlou, Béziers, Boisseron, Le Bosc , Boujan-sur-Libron, Brignac, Brissac, Cabrerolles, Cabrières, Campagne, Canet, Cassagnoles, Castelnau-le-Lez, Castries, La Caunette, Causse-de-la-Selle, Causses-et-Veyran, Caussiniojouls, Caux, Cazedarnes, Cazevieille, Cazouls-lès-Béziers, Cébazan, Cessenon-sur-Orb, Cesseras, Ceyras, Claret, Clermont-l’Hérault, Combaillaux, Corneilhan, Cournonsec, Cournonterral, Creissan, Cruzy, Entre-Vignes, Faugères, Félines-Minervois, Ferrières-Poussarou, Fontanès, Fontès, Fos, Fouzilhon, Fozières, Gabian, Garrigues, Gignac, Guzargues, Jonquières, Juvignac, Lacoste, Lagamas, Laurens, Lauret, Lauroux, Lavalette, Lavérune, Liausson, Lieuran-Cabrières, La Livinière, Lodève, Lunel, Lunel-Viel, Magalas, Margon, Les Matelles, Mauguio, Mérifons, Minerve, Montagnac, Montarnaud, Montbazin, Montblanc, Montesquieu, Montouliers, Montoulieu, Montpellier, Montpeyroux, Moulès-et-Baucels, Mourèze, Murles, Murviel-lès-Béziers, Murviel-lès-Montpellier, Nébian, Neffiès, Nézignan-l’Evêque, Nissan-lez-Enserune, Nizas, Octon, Olmet-et-Villecun, Olonzac, Oupia, Paulhan, Pégairolles-de-Buèges, Pégairolles-de-l’Escalette, Péret, Pézenas, Pierrerue, Pignan, Plaissan, Poujols, Poussan, Pouzolles, Prades-le-Lez, Prades-sur-Vernazobre, Le Puech, Puéchabon, Puisserguier, Quarante, Restinclières, Roquebrun, Roquessels, Roujan, Saint-André-de-Buèges, Saint-André-de-Sangonis, Saint-Aunès, Saint-Bauzille-de-la-Sylve, Saint-Bauzille-de-Montmel, Saint-Chinian, Saint-Clément-de-Rivière, Saint-Drézéry, Sainte-Croix-de-Quintillargues, Saint-Félix-de-Lodez, Saint-Gély-du-Fesc, Saint-Geniès-des-Mourgues, Saint-Georges-d’Orques, Saint-Guiraud, Saint-Jean-de-Buèges, Saint-Jean-de-Cuculles, Saint-Jean-de-Fos, Saint-Jean-de-la-Blaquière, Saint-Jean-de-Minervois, Saint-Mathieu-de-Tréviers, Saint -Nazaire-de-Ladarez, Saint-Pargoire, Saint-Pons-de-Mauchiens, Saint-Privat, Saint-Saturnin-de-Lucian, Saint-Sériès, Saint-Thibéry, Saint-Vincent-de-Barbeyrargues, Saturargues, Sauteyrargues, Sauvian, Sérignan, Servian, Siran, Soubès, Soumont, Sussargues, Le Triadou, Usclas-du-Bosc, Vacquières, Vailhan, Vailhauquès, Valflaunès, Valmascle, Vendémian, Vendres, Vieussan, Villeneuve-lès-Maguelone, Villeneuvette, Villespassans, Villeveyrac.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-cf71b94d-3d97-44c4-a6f1-89ed875b3c9c


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2246/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)