<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-346/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0346</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1050">EU:C:2020:1050</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20201217">17.12.2020</DATE> – Kawża C‑346/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundeszentralamt für Steuern</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)(d)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni tan-numru tal-fattura</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal rimbors</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑346/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190213">13 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bundeszentralamt für Steuern</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Y-GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur) u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Y-GmbH, minn G. Thurmayr, Steuerberater, u S. Ledermüller, Steuerberaterin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u S. Eisenberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Jokubauskaitė u R. Pethke, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2)(d) u tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 23</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/66/UE tal‑<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 275, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 2008/9<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors bejn il-Bundeszentralamt für Steuern (l-Uffiċċju Federali tat-Taxxi, il-Ġermanja) u Y-GmbH dwar ir-rifjut tar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2006/112<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tipprevedi, fl-Artikolu 170 tagħha, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-persuni taxxabbli kollha li […] mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetta għall-VAT għandhom ikunu intitolati jirċievu rifużjoni ta’ dik il-VAT safejn il-merkanzija u s-servizzi huma użati għall-finijiet ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>transazzjonijiet li għalihom it-taxxa hija pagabbli biss mill-konsumatur skond l-Artikoli 194, 197 u 199.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 171(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għandha ssir rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetti għall-VAT, imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fid-Direttiva 2008/9/KE.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt (a) tal-Artikolu 178 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi li, sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt għal tnaqqis, il-persuna taxxabbli għandha, fir-rigward tal-kunsinni ta’ oġġetti u tal-provvisti ta’ servizzi, iżżomm fattura mħejjija skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu XI, Kapitolu 3, Taqsimiet 3 sa 6 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, li jinsab fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu XI tagħha, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ VAT fuq fatturi maħruġa skond l-Artikoli 220 u 221[:]</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>numru ta’ sekwenza, ibbażat fuq serje waħda jew aktar, li jidentifika l-fattura b’mod uniku;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/9</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/9 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli dettaljati għar-rifużjoni [tal-VAT], previsti fl-Artikolu 170 tad-Direttiva [2006/112]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni li jagħmel l-applikazzjoni għal rifużjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tul il-perijodu ta’ rifużjoni, ma kellhiex fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, is-sede ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tagħha, jew stabbiliment fiss li minnu ġew effettwati transazzjonijiet ta’ negozju, jew, jekk l-ebda tali sede jew stabbiliment fiss ma eżistew, id-domiċilju jew il-post normali ta’ residenza tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tul il-perijodu ta’ rifużjoni, ma tkun forniet l-ebda oġġett jew servizz meqjus li kien fornut fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, bl-eċċezzjoni tat-transazzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi anċillari għalihom, eżentati skond l-Artikoli 144, 146, 148, 149, 151, 153, 159 jew 160 tad-Direttiva [2006/112];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>il-forniment ta’ oġġetti u servizzi lil persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199 tad-Direttiva [2006/112].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kull Stat Membru għandu jirrimborża lil kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni kwalunkwe VAT imposta fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi fornuti lilha minn persuni oħra taxxabbli f’dak l-Istat Membru jew fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ oġġetti f’dak l-Istat Membru, sakemm tali oġġetti u servizzi jintużaw għall-finijiet tat-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-transazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 169(a) u (b) tad-Direttiva [2006/112];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-transazzjonijiet lil persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikoli 194 sa 197 u l-Artikolu 199 tad-Direttiva [2006/112] kif applikat fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-jedd għal rifużjoni ta’ taxxa fuq id-dħul għandu jiġi ddeterminat skond id-Direttiva [2006/112] kif applikat fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sabiex tirċievi rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni għandha tindirizza applikazzjoni elettronika għal rifużjoni lil dak l-Istat Membru u tippreżentaha lill-Istat Membru li fih hija stabbilita permezz tal-portal elettroniku stabbilit minn dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2008/9 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Flimkien ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tindika, għal kull Stat Membru ta’ rifużjoni u għal kull fattura jew dokument ta’ importazzjoni, id-dettalji li ġejjin:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-isem u l-indirizz sħiħ tal-fornitur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa tal-fornitur, kif allokat mill-Istat Membru ta’ rifużjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 239 u 240 tad-Direttiva [2006/112];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ħlief fil-każ ta’ importazzjoni, il-prefiss ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni skond l-Artikolu 215 tad-Direttiva [2006/112];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>id-data u n-numru tal-fattura jew tad-dokument ta’ importazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-ammont taxxabbli u l-ammont tal-VAT imniżżlin fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-ammont tal-VAT deduċibbli kkalkolat skond l-Arikolu 5 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6 espress fil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ rifużjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ġ)</NO.P><TXT>fejn applikabbli, il-proporzjon deduċibbli kkalkolat skond l-Artikolu 6, espress bħala perċentwali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>in-natura tal-merkanzija u s-servizzi akkwistati, deskritti skond il-kodiċijiet fl-Artikolu 9.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Mingħajr preġudizzju għat-talbiet għal informazzjoni skond l-Artikolu 20, l-Istati Membru ta’ rifużjoni jista’ jesiġi li l-applikant jippreżenta b’mezzi elettroniċi kopja tal-fattura jew tad-dokument ta’ importazzjoni ma’ l-applikazzjoni għal rifużjoni fejn l-ammont taxxabbli fuq fattura jew dokument ta’ importazzjoni huwa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> jew aktar jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali. Fejn il-fattura tikkonċerna karburant, il-limitu huwa EUR 250 jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sat‑30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet ippreżentata biss jekk l-applikant ikun mela l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt l-Artikoli 8, 9 u 11.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jibgħat lill-applikant konferma elettronika li jkun irċeviha mingħajr dewmien.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jikkunsidra li huwa m’għandux l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex jieħu deċiżjoni fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għal rifużjoni sħiħa jew ta’ parti minnha, huwa jista’ jitlob, b’mezz elettroniku, għal informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari mill-applikant jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ stabbiliment, fi żmien il-perijodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-Artikolu 19(2). Fejn l-informazzjoni addizzjonali tintalab minn xi ħadd ieħor minbarra l-applikant jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, it-talba għandha ssir biss b’mezz elettroniku jekk dan il-mezz ikun disponibbli għar-riċevitur tat-talba.</ALINEA><ALINEA>Jekk meħtieġ, l-Istat Membru ta’ rifużjoni jista’ jitlob aktar informazzjoni addizzjonali.</ALINEA><ALINEA>L-informazzjoni mitluba skond dan il-paragrafu tista’ tinkludi l-preżentazzjoni ta’ l-oriġinal jew ta’ kopja tal-fattura rilevanti jew dokument rilevanti ta’ importazzjoni fejn l-Istat Membru ta’ rifużjoni jkollu dubbji raġonevoli rigward il-validità jew il-preċiżjoni ta’ talba partikolari. F’dak il-każ, il-limiti msemmijin fl-Artikolu 10 m’għandhomx japplikaw.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru ta’ rifużjoni għandu jiġi pprovdut bl-informazzjoni addizzjonali mitluba taħt il-paragrafi 1 fi żmien xahar mid-data li fiha t-talba tasal għand il-persuna li lilha tkun indirizzata.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 61(1) tal-Umsatzsteuer-Durchführungsverordnung (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għas-sena finanzjarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri s-sena finanzjarja 2012, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-imprenditur stabbilit fil-bqija tal-[Unjoni] għandu jibgħat lill-Uffiċċju Federali tat-Taxxi, permezz tal-portal elettroniku stabbilit fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-imprenditur, talba għal rimbors elettronika, skont id-digriet dwar it-trasferiment tad-data fiskali, li tissodisfa d-data regolatorja kollha.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dan l-istess artikolu jistabbilixxi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>t-talba għal rimbors għandha titressaq fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tas-sena kalendarja li matulha tkun inħolqot din it-talba<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Y, kumpannija stabbilita fl-Awstrija, ippreżentat quddiem l-Uffiċċju Federali tat-Taxxi talba għar-rimbors tal-kreditu tal-VAT li hija kellha għall-perijodu mix-xahar ta’ Lulju sax-xahar ta’ Settembru 2012, permezz tal-portal elettroniku mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-formola tat-talba, mimlija minn Y, in-numri msemmija bħala numri ta’ fattura kienu jikkonsistu, għal kull wieħed mis-servizzi jew mill-oġġetti kkonċernati, mhux f’numru sekwenzjali tal-fattura, iżda f’numru ieħor, li kien jirreferi għall-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż tal‑<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, l-Uffiċċju Federali tat-Taxxi ċaħad it-talbiet għal rimbors li jikkorrispondu għall-fatturi msemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20130208">8 ta’ Frar 2013</DATE>, Y ikkontestat dan l-avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-kontestazzjoni ġiet miċħuda mill-Uffiċċju Federali tat-Taxxi permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex jimmotiva din iċ-ċaħda, l-Uffiċċju Federali tat-Taxxi indika li Y ma kinitx ressqet talba għal rimbors, skont ir-rekwiżiti legali, fit-terminu stabbilit, jiġifieri qabel it‑<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE>. F’dan ir-rigward, l-Uffiċċju Federali tat-Taxxi sostna li huwa kien informa lil Y tliet darbiet u qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu li n-numri ta’ fattura msemmija fir-rikors tagħha ma kinux konformi mar-rekwiżiti legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Adita bil-kontestazzjoni taċ-ċaħda, il-Finanzgericht Köln (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Köln, il-Ġermanja), permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, laqgħet it-talba ta’ Y għar-raġuni li, minn naħa, l-indikazzjoni, fit-talba, tan-numru ta’ referenza li jidher fuq il-fatturi, maġenb in-numru sekwenzjali ta’ dawn tal-aħħar, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet formali meħtieġa għal talba għal rimbors u, min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ numru ta’ fattura ma kinitx tinvalida talba għar-rimbors tal-VAT, sa fejn din it-talba ma setgħetx titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>nieqsa minn kontenut<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Federali tat-Taxxi adixxa lill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja), billi sostna li d-deċiżjoni tal-Finanzgericht Köln (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Köln) kienet tikser l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2008/9.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) tistaqsi, qabelxejn, dwar jekk it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>numru tal-fattura<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li jinsabu fl-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2008/9 jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jkopru n-numru ta’ referenza ta’ fattura li huwa indikat bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni supplimentari, maġenb in-numru ta’ fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tindika li l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT jeżiġi li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>numru tal-fattura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jinsabu fl-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2008/9 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tat-talba għal rimbors, ir-riferiment għal kriterju ieħor ta’ klassifikazzjoni ċar u usa’, indikat fuq din it-talba, huwa suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, skont il-qorti tar-rinviju, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2008/9 […] ikun qiegħed jiġi osservat ukoll, bħal f’dan il-każ, meta jiġi indikat in-numru ta’ referenza fit-talba, għaliex dan jippermetti lill-[Uffiċċju Federali tat-Taxxi] jidentifika b’mod ċar il-fattura inkwistjoni fil-kuntest tal-eżami tiegħu tat-talba għar-rimbors tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, hija ssostni li, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal tnaqqis tal-VAT huwa suġġett għall-osservanza ta’ rekwiżiti kemm materjali kif ukoll formali, li jimplika li, sabiex jinkiseb ir-rimbors, hija biss il-preżenza ta’ numru sekwenzjali li għandha tkun sinjifikattiva, fis-sens tal-Artikolu 226(2) tad-Direttiva 2006/112. Hija żżid li, madankollu, l-indikazzjoni ta’ tali numru, jekk tkun xierqa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ identifikazzjoni ċara tal-fattura, ma hijiex neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din l-ewwel domanda, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) tistaqsi dwar jekk talba għal rimbors għandhiex titqies formalment kompluta u mressqa fit-terminu previst meta din it-talba tirreferi għan-numri ta’ fattura mogħtija mill-persuna li tressaq it-talba għal rimbors u mhux għal numri sekwenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tqis li l-validità ta’ talba għar-rimbors tal-VAT tal-input imħallsa ma tippresupponix l-eżattezza tal-kontenut tagħha, iżda l-kompletezza formali tagħha. Dan jimplika li talba għal rimbors li tirreferi għal numru ta’ fattura mogħti mill-persuna li tressaq it-talba hija ċertament ineżatta, iżda mhux inkompleta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) tistaqsi, fl-aħħar nett, dwar jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-iżball imwettaq huwa dovut parzjalment lill-Uffiċċju Federali tat-Taxxi li l-formoli tiegħu ta’ talba għar-rimbors tal-VAT jirreferu għat-titolu ġenerali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>numru ta’ dokument ta’ sostenn<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u mhux għan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>numru ta’ fattura<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(2)(d) tad-[Direttiva 2008/9] […], li jipprovdi li l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha tinkludi fost l-oħrajn, għal kull Stat Membru ta’ rifjużjoni u għal kull fattura, in-numru tal-fattura, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-numru ta’ referenza tal-fattura, indikat bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni supplimentari, flimkien man-numru ta’ fattura, huwa wkoll suffiċjenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta li tingħata għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv: applikazzjoni għal rifużjoni, li tindika n-numru ta’ referenza ta’ fattura minflok in-numru tal-fattura, għandha titqies li hija formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ rifużjoni setgħet raġonevolement tippreżupponi li, minn perspettiva ta’ applikant avżat, u minħabba l-istruttura tal-portal elettroniku fl-Istat Membru ta’ residenza, huwa biżżejjed, sabiex l-applikazzjoni tkun korretta u, fi kwalunkwe każ, sabiex tkun formalment kompluta u ppreżentata fit-terminu previst, li jiġi indikat kodiċi ieħor għajr in-numru tal-fattura sabiex tiġi identifikata l-fattura li hija s-suġġett tal-applikazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(2)(d) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta talba għar-rimbors tal-VAT ma jkunx fiha numru sekwenzjali tal-fattura, iżda jkun fiha numru ieħor li jippermetti li tiġi identifikata din il-fattura u, għalhekk, l-oġġett jew is-servizz ikkonċernat, l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ rimbors għandha l-obbligu li tqis li din it-talba tkun ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>imressqa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, u li tipproċedi bl-evalwazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2008/9 jirregolaw il-kundizzjonijiet sostantivi tad-dritt għar-rimbors tal-VAT (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li d-dritt, għal persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru, li tikseb rimbors tal-VAT imħallsa fi Stat Membru ieħor, kif irregolat mid-Direttiva 2008/9, jirrifletti d-dritt, mogħti lil din il-persuna taxxabbli mid-Direttiva 2006/112, li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fl-Istat Membru tagħha stess (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 171(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[g]ħandha ssir rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimpurtaw merkanzija soġġetti għall-VAT, imma li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fid-Direttiva 2008/9/KE<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Min-naħa tagħha, id-Direttiva 2008/9 fiha diversi riferimenti għad-Direttiva 2006/112 sabiex tippreċiża l-kontenut tad-dritt għar-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, talba għal rimbors titqies li tressqet biss meta r-rikorrent ikun ipprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 8, 9 u 11 tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-qari tal-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2008/9 juri li, bl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>n-numru tal-fattura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni rrefera għal numru wieħed biss, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe numru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li, peress li teżisti rabta stretta bejn id-Direttiva 2006/112 u d-Direttiva 2008/9, ma jistax jingħata sens differenti lil kunċett importanti tas-sistema tal-VAT skont iċ-ċirkustanza li dan ikun jinsab f’waħda jew fl-oħra minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, fost l-indikazzjonijiet li, għall-finijiet tal-VAT, għandhom jidhru b’mod obbligatorju fuq il-fatturi maħruġa, il-punt 2 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>numru ta’ sekwenza […] li jidentifika l-fattura b’mod uniku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li n-numru tal-fattura li jissemma fl-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2008/9 jirreferi għal numru sekwenzjali li jidentifika l-fattura b’mod uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, l-assenza ta’ indikazzjoni ta’ tali numru ta’ fattura fit-talba għal rimbors ma jistax iwassal għar-rifjut ta’ din it-talba fil-każ fejn tali rifjut jikser il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja l-importanza tal-użu ta’ numru sekwenzjali ta’ fattura għall-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT, dan ir-rekwiżit jibqa’ kundizzjoni formali li, f’ċerti ċirkustanzi, għandha ċċedi l-prijorità għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għar-rimbors, skont il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Vădan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑664/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:933">EU:C:2018:933</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħad-dritt għal tnaqqis, id-dritt għal rimbors jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, intiż li jeħles kompletament lill-imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu kollha. Is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi, konsegwentement, in-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu, bħala prinċipju, huma stess suġġetti għall-VAT (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Sea Chefs Cruise Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑133/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:354">EU:C:2019:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Id-dritt għal tnaqqis u, għaldaqstant, għal rimbors jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u, bħala prinċipju, ma jistax jiġi llimitat. Dan id-dritt jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha li jkunu ġew imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input imwettqa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-prinċipju fundamentali ta’ newtralità tal-VAT jeżiġi li t-tnaqqis jew ir-rimbors tal-VAT tal-input jingħata jekk ir-rekwiżiti sostantivi jkunu ssodisfatti, anki jekk il-persuni taxxabbli jkunu naqsu milli jissodisfaw ċerti rekwiżiti proċedurali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk il-ksur ta’ tali rekwiżiti proċedurali jkollu l-effett li jwaqqaf milli tiġi prodotta l-prova ċerta li r-rekwiżiti sostantivi ġew issodisfatti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/9 toffri lill-Istat Membru ta’ rimbors, meta dan iqis li ma jkollux l-informazzjoni li tippermettilu jiddeċiedi fuq it-totalità ta’ tali talba jew fuq parti minnha, il-possibbiltà li jitlob, b’mod partikolari mingħand il-persuna taxxabbli jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, informazzjoni addizzjonali, li trid tiġi pprovduta fi żmien xahar mid-data ta’ riċezzjoni tat-talba ta’ informazzjoni mid-destinatarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tkun fil-parti l-kbira nieqsa mill-effett utli tagħha jekk l-Istat Membru jkun jista’ jirrifjuta immedjatament t-talba għal rimbors, indipendentement mill-fatt li numru li jippermetti li tiġi identifikata l-fattura jkun ġie inkluż fit-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-prinċipju ta’ newtralità u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġu li l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ rimbors tqis it-talba bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mressqa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, u tuża l-possibbiltà mogħtija fl-Artikolu 20(1) ta’ din id-direttiva sabiex titlob informazzjoni addizzjonali li tista’ tinkludi t-talba li jiġi kkomunikat in-numru sekwenzjali tal-fattura (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn Stat Membru, bħar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif jirriżulta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ikun għamel użu mill-possibbiltà prevista fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/9, b’tali mod li r-rikorrent jintalab jannetti mat-talba tiegħu għal rimbors kopja tal-fattura u li din il-kopja tal-fattura tkun disponibbli għall-awtorità tat-taxxa, din hija obbligata tipproċedi bl-evalwazzjoni ta’ din it-talba mingħajr ma teżiġi informazzjoni addizzjonali dwar in-numru sekwenzjali ta’ din il-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-awtorità tat-taxxa jkollha l-informazzjoni neċessarja sabiex tistabbilixxi li l-persuna taxxabbli hija responsabbli għall-ħlas tal-VAT, hija ma tistax timponi kundizzjonijiet addizzjonali li jista’ jkollhom l-effett li jġibu fix-xejn l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis jew għar-rimbors tal-VAT (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Rimbors tal-VAT – Fatturi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑371/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:936">EU:C:2020:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Dan ikun, b’mod partikolari, il-każ jekk l-awtorità tat-taxxa diġà kellha l-oriġinal jew kopja tal-fattura kkonċernata, abbażi tad-Direttiva 2008/9.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn naħa, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/9, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jitolbu lil kull rikorrent jannetti mal-applikazzjoni tiegħu għal rimbors kopja tal-fattura jekk il-valur taxxabbli li jidher fuq il-fattura jkun ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> jew iktar jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali – fejn dan il-limitu huwa ffissat għal EUR 250 jew l-ekwivalenti f’munita nazzjonali meta l-fattura tkun tirrigwarda l-karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 20(1) tal-imsemmija direttiva, jekk l-Istat Membru ta’ rimbors ikollu raġunijiet li jiddubita mill-validità jew l-eżattezza ta’ kreditu partikolari, huwa jista’ jitlob l-oriġinal jew kopja tal-fattura li tiġġustifika l-kreditu, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti msemmija fl-imsemmi Artikolu 10.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ħlief fil-każijiet fejn l-oriġinal jew il-kopja tal-fattura jkunu diġà disponibbli għall-awtorità tat-taxxa, din tista’ titlob lir-rikorrent jikkomunika n-numru sekwenzjali ta’ din il-fattura u, jekk din it-talba ma tiġix issodisfatta fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/9, hija għandha d-dritt li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domanda magħmula hija li l-Artikolu 8(2)(d) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta talba għar-rimbors tal-VAT ma jkunx fiha numru<?PAGE NO="10"?> sekwenzjali tal-fattura, iżda jkun fiha numru ieħor li jippermetti li tiġi identifikata din il-fattura u, għalhekk, l-oġġett jew is-servizz ikkonċernat, l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ rimbors għandha l-obbligu li tqis li din it-talba tkun ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>imressqa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, u li tipproċedi bl-evalwazzjoni tagħha. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, u ħlief fil-każ fejn din l-awtorità diġà jkollha l-oriġinal tal-fattura jew kopja tagħha, hija tista’ titlob lir-rikorrent jikkomunika n-numru sekwenzjali ta’ din il-fattura u, jekk din it-talba ma tiġix issodisfatta fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-direttiva, hija għandha d-dritt li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma hemmx lok li jiġu eżaminati l-elementi msemmija mill-qorti tar-rinviju fit-tielet domanda tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(2)(d) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/66/UE tal‑<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta talba għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma jkunx fiha numru sekwenzjali tal-fattura, iżda jkun fiha numru ieħor li jippermetti li tiġi identifikata din il-fattura u, għalhekk, l-oġġett jew is-servizz ikkonċernat, l-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ rimbors għandha l-obbligu li tqis li din it-talba tkun ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>imressqa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/66, u li tipproċedi bl-evalwazzjoni tagħha. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, u ħlief fil-każ fejn din l-awtorità diġà jkollha l-oriġinal tal-fattura jew kopja tagħha, hija tista’ titlob lir-rikorrent jikkomunika n-numru sekwenzjali ta’ din il-fattura u, jekk din it-talba ma tiġix issodisfatta fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/66, hija għandha d-dritt li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-VAT.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>