22.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9652 — Marquard & Bahls/Starwood Capital/GCA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 395/10)

1.   

Fl-14 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Marquard & Bahls AG (“M&B”, il-Ġermanja),

—

Starwood Energy Group Global, L.L.C. (“Starwood Energy”, l-Istati Uniti tal-Amerka), affiljata ta’ Starwood Capital L.L.C. (“Starwood”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

GCA Holdings LLC (“GCA”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

M&B u Starwood Energy jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ GCA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

M&B hija attiva fil-provvista, il-kummerċ, il-ħżin u l-loġistika ta’ prodotti tal-enerġija/taż-żejt u l-kimiċi. L-unitajiet ċentrali tagħha jinkludu l-loġistika tat-tankijiet għall-ħażna, il-kummerċ u l-għoti ta’ karburanti għall-avjazzjoni.

—

Starwood Energy hija ditta tal-investiment ta’ ekwità privata li tispeċjalizza f’investimenti tal-infrastruttura tal-enerġija.

—

Starwood hija ditta tal-investiment privata b’enfasi primarju fuq il-proprjetà immobbli dinjija.

—

GCA hija kumpanija tal-proġett li se tibni u tħaddem faċilità għall-produzzjoni tal-ammonja f’Texas, l-Istati Uniti tal-Amerka. Bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn M&B u AMGCA Partners LLC.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9652 — Marquard & Bahls/Starwood Capital/GCA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.